Yearly Archives: 2010

IL-ĦADDIEM U IL-KONSUMATUR HUMA F’KUNFLITT?

It-Tlieta, 23 ta’ Frar, 2010, il-Kummissjoni Pastorali fid-dinja tax-xogħol organizzat seminar bit-tema ‘Il-ħaddiem u l-konsumatur: f’kunflitt?’. Fl-intervent tiegħu, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP sostna li kull min jaħdem għandu responsabbilita’ quddiem Alla. L-Arċisqof saħaq li f’Malta għad hawn każijiet soċjali ta’ familji li mhux jirnexxilhom ilaħqu mad-dritt tal-konsum u għalhekk hemm bżonn li wieħed jara l-kawżi li qed iwasslu għal dan.

L-Arċisqof Cremona ikkwota lil Papa Benedittu XVI fejn qal li din hija sfida mhux biss għall-Knisja imma anke għal dawk li jmexxu, inkluż l-politiċi… Kompli aqra »

IL-PAPA JAPPELLA GĦAT-TALB HEKK KIF BEDA L-IRTIR TAR-RANDAN

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI beda jieħu sehem fl-eżerċizzi spiritwali ta’ żmien ir-Randan, kif inhi t-tradizzjoni li jsir f’daż-żmien tas-sena.

Qabel ma talab it-talba tal-Angelus fl-aħħar udjenza pubblika tiegħu fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan qabel l-eżerċizzi, il-Kap tal-Knisja Kattolika fisser l-interpretazzjoni tiegħu dwar il-vjaġġ tar-Randan permezz tal-liturġija li tippreżenta lil Ġesu ttentat mix-xitan fid-deżert.

“Huwa evidenti li hemm insistenza dwar il-fatt li t-tentazzjonijiet tax-xitan ma kinux aċċidentali imma l-konsegwenza tal-għażla li għamel Ġesu nnifsu biex iwettaq il-missjoni li afdalu l-Missier… Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 23 ta’ Frar 2010

Vanġelu

Bil-qawwa tal-fidi

se nitkellmu fuq il-maħfra tiegħek,

imma fl-istess ħin

u kif inhu xieraq,

sabiex ma nagħmluhiex ta’ mħallef,

bl-ikbar imħabba nuru ħniena

ma’ kull persuna mħawda u mfarrka

jew li tilfet it-triq minħabba l-ħażen.

Mingħajr ma nistennew minnha

l-inteġrità

jew id-dinjità,

u fuq kollox mingħajr ġudizzju,

noffrulha l-mogħdrija

u l-faraġ tagħna… Kompli aqra »

IR-RENJU UNIT SE JIKKUNSIDRA EDUKAZZJONI SESSWALI GĦAL TFAL MILL-ETA TA’ 5 SNIN ‘IL FUQ

sexual education

Il-Kamra tar-Rappreżentanti Ingliża din il-ġimgħa għandha tieħu vot fuq leġislazzjoni maħsuba biex tintroduċi programm ta’ edukazzjoni sesswali għat-tfal fl-iskejjel primarji, tfal li l-eta tagħhom hi ta’ ħames snin ‘il fuq. Iċ-“Children, Schools and Families Bill” tinkludi wkoll klawsoli, li skont kritiċi, mhumiex wisq ta’ ċaħda tat-tagħlim tal-Knisja.

L-abbozz, li se jittieħed vot fuqu t-Tlieta, qed iqajjem tħassib madwar ir-Renju Unit speċjalmenty fost saċerdoti u lajċi li qalu li jarawha bħala pass ieħor lejn iktar teħid ta’ libertajiet leġittimi… Kompli aqra »

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI F’BURMARRAD

Is-Sibt, 20 ta’ Frar 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP, iċċelebra Quddiesa f’Burmarrad fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali tiegħu f’dan ir-raħal. L-Arċisqof semma kif fil-komunita’ għandu jkun hemm għaqda sħiħa, speċjalment mal-Komunitajiet Pastorali tal-Parroċċa. Il-Komunitajiet Pastorali għandhom jaħdmu bis-sħiħ qal l-Arċisqof, biex flimkien jilħqu għanijiet għall-ġid tal-Komunita’ kollha. L-Arċisqof ifakkar lil dawk kollha preżenti li f’dan iż-żmien tar-Randan, għandna nieħdu l-opportunita’ li nħarsu l-quddiem u flimkien nagħmlu l-għalmu tagħna biex ngħaqdu l-Komunita’ f’għaqda waħda ma’ Ġesu’ Kristu… Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 22 ta’ Frar 2010

Komunjoni

Hemm qegħdin magħna.

Huma bnedmin bħalna.

Huma ħutna, Mulej!

U aħna nħokku, immissu magħhom

u niltaqgħu magħhom

kull ħin ta’ kull jum!

Jokorbu. Jisktu.

Jittalbu. Jistennew bis-sabar kollu.

Jistennew sa ma jitherrew

u kull ma jifdlilhom

hu ftit tama.

Huma ċkejknin, Mulej,

u min jista’ jarahom, Mulej,

u min jista’ jismagħhom, Mulej? … Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 21 ta’ Frar 2010

Xebħ

Il-Kelma tiegħek, Mulej,

hi l-preżenza

ta’ l-ispirtu ta’ aħwa,

lest biex jgħin

lil dawk imċaħħda

mid-dinjità u mill-ikel,

li jinsabu fl-ikbar miżerja!

Il-Kelma tiegħek, Mulej,

hi l-kompassjoni

li biha tfarraġ lil dawk

li għandhom il-futur imkisser

minħabba t-telfa

ta’ xi ħadd għażiż,

u t-toqol tas-sens ta’ ħtija… Kompli aqra »

22 – 28 ta’ Frar

It-Tnejn

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jaħdmu ma’ aġenziji ta’ ħidma soċjali f’din il-lokalita’.

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali tal-Qawra.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jattendi seminar dwar “il-Ħaddiem u l-Konsumatur” organizzat mit-Taqsima Pastorali fid-dinja tax-Xoghol, f’Dar l-Ewropa, Valletta.

5.30 p.m… Kompli aqra »

IL-POLITIKA HI “SEJĦA GĦALL-ĠID KOMUNI U L-ĦELSIEN TAS-SOĊJETA”

Cardinal Tarcisio Bertone

“Is-sejħa politika hi sejħa għall-ġid komuni u l-ħelsien tas-soċjeta. Ġid li jirrifletti fil-ġejjieni. Iż-żgħażagħ huma l-protagonisti tal-politika, li ma tistax tħares lejn il-passat jew tħalli li teħel mal-preżent”.

Din id-dikjarazzjoni għamilha s-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone meta tkellem f’Riccione fil-laqgħa annwali ta’ Rete Italia.

Żied li fis-soċjeta tal-lum “li tkun involut maż-żgħażagħ u l-politika jista’ jidher bħala eżerċizzju ta’ stil”… Kompli aqra »

IŻ-ŻWIEĠ – L-AĦJAR GĦALL-KOPPJA, ULIED U SOĊJETA’

Kull meta nitkellmu dwar statistiċi, irridu nżommu f’moħħna li qed nitkellmu dwar persuni f’sitwazzjonijiet, u li wkoll meta jkun hemm persentaġġ għoli, xorta jfisser li mhux kulħadd jidħol f’dik il-kategorija. Imma l-istatistika hija importanti, fost raġunijiet oħra biex ikollna idea tas-sitwazzjoni u jekk tinħass il-ħtieġa naraw xi prijoritajiet għandna u x’rimedji jinħtieġu jittieħdu. Dan kollu jfisser ukoll li mhu qed issir l-ebda forma ta’ kundanna għal min qiegħed f’sitwazzjoni li mhix mibnija fuq iż-żwieġ… Kompli aqra »