Yearly Archives: 2010

15 – 21 ta’ Frar

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ grupp ta’ studenti mill-iskola Giovanni Curmi Higher Secondary, fil-Kurja.

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi individwalment, jiċċelebra Quddiesa u jibqa’ magħhom għall-ikel, fis-Seminarju, tal-Virtu’.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi Konferenza Episkopali, fil-Kurja.

4.45 p.m. L-Arċisqof imexxi laqgħa tal-board tas-Seminarju… Kompli aqra »

UE: EWROPARLAMENTARI MALTI DWAR IL-ĦTIEĠA TAD-DIFIŻA TAL-VALURI

L-aġenzija tal-aħbarijiet SIR tat prominenza għal dak li aċċenna għalih l-ewroparlamentari Malti Simon Busuttil dwar ir-riżoluzzjoni fuq id-drittijiet tan-nisa u l-ugawaljanza li għaddiet fil-Parlament Ewropew.

Simon Busuttil estenda l-analiżi tiegħu mill-kamp politiku istituzzjonali għall-kamp soċjo-kulturali. “Il-politiċi jirrappreżentaw s-soċjeta ċivili”, qal Busuttil lill-aġenzija SIR. “U għal din ir-raġuni ninsab l-iktar imħasseb. Kulħadd jitkellem dwar il-valuri,  pero mbagħad, meta niġu biex niddefenduhom…”. Żied li filwaqt li din m’għandha ebda valur legali, “hi riżoluzzjoni li tikser il-prinċipju tas-sussidjarjeta, u fejn titkellem dwar l-abort, hi theddida għad-dritt tal-ħajja lil dawk mhux imwielda… Kompli aqra »

Il-PAPA SER JGĦADDI MINN 40 PARROĊĊA

F’Konferenza tal-Aħbarijiet, il-Kumitat Organizzattiv Nazzjonali u dak Interdjoċesan taw dettalji dwar il-Programm taż-Żjara tal-Papa u l-lokalitajiet li ser jgħaddi minnhom matul l-istess żjara. Il-Konferenza tal-Aħbarijiet kienet indirizzata mis-Sur Charles Bonello, Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv Nazzjonali u minn Mons. Charles Cordina, Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv Interdjoċesan.

Il-lokalitajiet li minnhom ser jgħaddi il-Papa, li f’uhud minnhom hemm aktar minn parroċċa waħda, huma dawn:

Is-Sibt, 17 ta’ April, 2010

17:45 – Il-Papa jħalli l-Ajruport fi triqtu lejn il-Belt Valletta:
MIA – Gudja, Luqa, Marsa, Blata l-Bajda, Floriana, Valletta

19:15 – Il-Papa jħalli l-Palazz tal-President fi triqtu lejn il-Grotta ta’ San Pawl, Rabat:
Valletta, Floriana, Pieta, Msida, Gzira, Sliema, San Giljan, San Ġwann, Naxxar, Mosta, Rabat

19:45 – Il-Papa jħalli l-Grotta ta’ San Pawl fi triqtu lejn in-Nunzjatura, Rabat:
Rabat

Il-Ħadd, 18 ta’ April, 2010

09:15 – Il-Papa jħalli n-Nunzjatura Appostolika fi triqtu lejn il-Fosos tal-Furjana:
Rabat, Attard, Balzan, Birkirkara, Fleur de Lys, Santa Venera, Hamrun, Blata l-Bajda, Floriana

12:20 – Il-Papa jħalli l-Fosos tal-Furjana fi triqtu lejn in-Nunzjatura, Rabat:
Floriana, Marsa, Mriehel Bypass, Attard, Rabat

16.15 – Il-Papa jħalli n-Nunzjatura Appostolika fi triqtu lejn il-Kalkara:
Rabat, Zebbug, Qormi, Marsa, Paola, Fgura, Bormla, Birgu, Kalkara

18:15 – Il-Papa jħalli l-Valletta Waterfront fi triqtu lejn l-Ajruport:
Valletta, Floriana, Blata l-Bajda, Marsa, Tal-Barrani, Ghaxaq, Gudja

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

QUDDIESA PONTIFIKALI TA’ SAN PAWL

Nhar l-Erbgħa, 10 ta’ Frar 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP mexxa Quddiesa Pontifikali fil-Kolleġjata ta’ San Pawl, il-Belt. Waqt din l-okkażjoni l-Arċisqof ħabbar il-programm uffiċjali taż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta.

.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

ISQFIJIET AWSTRALJANI JOFFRU EŻERĊIZZI TAR-RANDAN ONLINE

lent

Hekk kif il-kattoliċi madwar id-dinja qed jitħejjew sabiex jibdew żmien ir-Randan mill-ġimgħa d-dieħla, il-mexxejja tal-Knisja fl-Awstralja qed joffru riżorsi sabiex japprofondixxu l-fidi permezz ta’ riflessjonijiet fuq il-vanġelu u l-kredu. Il-Konferenza Episkopali Awstraljana qed toffri esperjenza innovattiva online li qed tissejjaħ “The Reflection”.

Fi stqarrija għall-istampa li matulha tħabbret l-inizjattiva, l-Arċisqof John Bathersby, li jmexxi l-Kummissjoni għall-Formazzjoni fil-Missjoni u l-Fidi, fi ħdan il-Konferenza Episkopali, qal li “minflok ma wieħed sempliċiment iċedi xi ħaġa dar-Randan, għax m’għandux jagħmel xi ħaġa b’responsabbilta?”

“Dis-sena qed nipproponu li wieħed iqatta’ ħin mal-ħbieb u l-familjari tiegħu f’riflessjoni tal-Iskrittura li twassal għal ċelebrazzjoni tal-Knisja fit-tifsir tagħha”… Kompli aqra »

PROGRAMM UFFIĊJALI TAŻ-ŻJARA APPOSTOLIKA F’MALTA TAL-PAPA BENEDITTU XVI

Is-Sibt, 17 ta’ April, 2010

5.00 p.m.        Ċerimonja tal-wasla fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, Luqa.

5.45 p.m.        Il-Papa jħalli l-Ajruport fi triqtu lejn il-Belt Valletta. Il-poplu jsellem lill-Papa fit-toroq minn fejn ikun għaddej.

6.15 p.m.        Żjara ta’ kortesija lill-President tar-Repubblika u l-ogħla Awtoritajiet tal-iStat fil-Palazz, il-Belt. It-tfal jilqgħu lill-Papa fi Pjazza San Ġorġ.

7.15 p.m.        Il-Papa jħalli l-Palazz tal-President fi triqtu lejn ir-Rabat… Kompli aqra »

TĦABBIRA SOLENNI TAŻ-ŻJARA TAL-PAPA F’MALTA

Għeżież uliedna,

Elf, disgħa mija u ħamsin sena ilu, Alla, il-Missier u s-Sid tagħna, bl-id setgħana u ħanina tiegħu, għadda mit-telfien tal-għarqa għall-ħajja tax-xandir tal-kelma fi Gżiritna lill-Appostlu tal-Ġnus, Missierna San Pawl. Mimli bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu u mħeġġeġ mit-tama li Alla stess nissel fih permezz ta’ Anġlu, f’nisġa sħiħa mal-Pjan Divin, ġie wassal lill-missirijietna u lilna warajhom, il-Bxara t-Tajba tas-saltna ta’ Alla, kif xtaq li tkun għall-bnedmin kollha, l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem, li twieled, għex, bata u miet għalina u seħibna fil-Qawmien tiegħu għall-ħajja li ma tintemmx… Kompli aqra »

TMIN KANDIDATI GĦAS-SAĊERDOZJU

Tmin żgħażagħ ser ikunu aċċettati uffiċjalment bħala kandidati għas-saċerdozju waqt quddiesa mmexxija mill-Arċisqof Pawlu Cremona OP, nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Frar, 2010, fis-6.30p.m, fil-Bażilika ta’ Marija Bambina, l-Isla.

Dawn huma: Dillon Bugeja (Zurrieq), Robin Camilleri (Luqa), Roderick Camilleri (Zabbar), Mario Dimech (Siggiewi), Anthony Paul Fitzpatrick (Gwardamangia), Cristian Antony Muscat (San Ġiljan), George Schembri (Qormi – San Ġorġ) u Michael Zammit (Birkirkara – Sant’ Elena)… Kompli aqra »

IL-PAPA SODISFATT BIL-ĦIDMA FUQ IT-TĦEJJIJA GĦAŻ-ŻWIEĠ

engaged couple preparing for marriage

Il-Papa Benedittu XVI qal lill-membri tal-Kunsill Pontifiċju tal-Familja li l-ħidma tagħhom fuq il-ktejjeb bi tħejjija għaż-żwieġ hi biċċa xogħol ta’ siwi kbir. Id-dekasteru għaddej b’asemblea plenarja ta’ tliet ijiem. Fl-indirizz tiegħu lill-Asemblea, il-Papa innota kif il-Papa Ġwanni Pawlu II kien afferma li t-tħejjija għaż-żwieġ hi illum iktar importanti minn qatt qabel. Huwa għadda biex jiddefinixxi dan fi tliet stadji… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR L-ISKOLA ST EDWARDS

Nhar it-Tlieta 9 ta’ Frar, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP żar l-iskola St Edwards, fil-Birgu.  Waqt din iż-żjara l-Arċisqof kellu ċ-ċans jiltaqa’ ma’ l-għalliema u jitkellem ma’ l-istudenti preżenti.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »