Arkivji mensili: Frar 2011

MESSAĠĠ LIT-TRADE UNIONS

Għeżież,

Xtaqt nibda billi nirriflettu ftit fuq din il-mistoqsija.

X’inhu l-Valur ta’ din il-laqgħa?  Kif qed nifhimha jien … jiena kkonsidrajtha li bħalma nagħmlu s-soltu aħna nkunu l-ħin kollu meħudin f’affarijiet li huma konkreti fil-mument. Dan huwa l-mument fejn aħna ltqajna flimkien, ħadna nifs, mhux affarijiet konkreti u erġajna għal dawk li huma l-prinċipji li minnhom joħroġ din ir-realta tax-xogħol li hija ċentrali fis-soċjeta li qegħdin ngħixu fiha… Kompli aqra »

MĦABBRA L-PJANI GĦAL JUM IL-BEATIFIKAZZJONI TA’ ĠWANNI PAWLU II

Pope John Paul II

Il-Vatikan żvela l-ħames attivitajiet ewlenin li se jikkostitwixxu l-beatifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II f’Mejju li ġej, meqjusa madwar id-dinja kollha bħala ġrajja ekkleżjali kbira. Komunikat tal-Vatikan qal li s-Sibt, lejliet il-beatifikazzjoni, se jsir vġili bi preparazzjoni mit-8 sal-10.30pm f’Circus Maximus ta’ Ruma. L-attivita se tkun organizzata mid-djoċesi ta’ Ruma, preseduta mill-Vigarju tal-Papa f’Ruma, il-Kardinal Agostino Vallini. Il-Papa se jkun qed isegwi l-attivita b’link awdjo viżiv… Kompli aqra »

KAPPILLAN ĠDID GĦALL-PARROĊĊA TA’ S. GIRGOR SLIEMA

L-Arċisqof Pawlu Cremona ħatar lil Dun Victor Scicluna bħala kappillan tal-parroċċa ta’ S.Girgor, Sliema.

Dun Victor twieled f’Raħal Ġdid fis-16 ta’ Jannar, 1953. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja ta’ Raħal il-Ġdid, fis-Seminarju Minuri, fis-6th Form, il-Belt, u kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) u fil-Mediterranean Institute (Mużika).

Ġie ordnat saċerdot fil-11 ta’ Lulju, 1981 u nħatar viċi-parroku fil-parroċċa tal-Gżira, imbagħad kappillan ta’ Ħal Safi (1989-1994)… Kompli aqra »

DISCERN, GAUDIUM ET SPES LECTURE 2011

On Wednesday, 23rd February 2011, at 7:00 p.m., the Institute for Research on the Signs of the Times (DISCERN) is organizing a lecture at the Hotel Phoenicia, on the theme ‘Free to Believe? A Religious Conscience in a Secular Society’. The guest speaker will be Professor Roger Trigg, Emeritus Professor of Philosophy, University of Warwick, and Academic Director, Centre for the Study of Religion in Public Life, Kellogg College, Oxford… Kompli aqra »

FRAR 21-27

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwalment, fis-Seminarju tal-Virtu’.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jilqa’ lir-Rev.da Guliana Carollo, Superjura tal-Little Sisters of the Poor.

10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-Sur Anthony Mifsud, President tal-Kummissjoni Djoċesana Zgħazagħ (K.D.Z).

11.15 a.m. L-Arċisqof jindirizza grupp ta’ studenti Maltin u barranin li se jmexxu proġett ta’ evanġelizazzjoni maż-żagħżagħ, fil-Kappella tal-Universita’… Kompli aqra »

SEMINAR DWAR IR-RWOL TAT-TRADE UNIONS FIS-SOĊJETA’

Il-Ġimgħa, 18 ta’ Frar 2011, Arċisqof Pawlu Cremona O.P. attenda seminar organizzat mit-Taqsima Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol dwar ir-rwol tat-Trade Unions, fil-Kurja. Is-suġġett ta’ dan is-seminar kien ir-Rwol tat-Trade Unions fis-soċjeta’. F’dan is-seminar pparteċipaw fost l-oħrajn, is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union, is-Sur Tony Zarb, is-Segretarju Ġenerali tal-Union Ħaddiema Maqgħudin, is-Sur Gejtu Vella, il-President tal-Forum Unions Maltin, is-Sur John Bencini, id-direttur tal-Malta Employers Association, is-Sur Joe Farrugia u d-Direttur tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali, Dr Noel Vella… Kompli aqra »