Arkivji mensili: Frar 2011

QUDDIESA TAL-FESTA TAL-KANDLORA

Nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Frar, 2011, l-Arċisqof  Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa flimkien mal-Kappillani u r-rappreżentanti tal-parroċċi fl-okkażjoni tal-festa tal-Kandlora fil-Knisja ta’ San Bastjan, Ħal Qormi.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

APPELL MILL-PAPA GĦALL-PROMOZZJONI TAL-ĦAJJA

Il-Papa Ġwanni Pawlu II qed jinkoraġixxi lil dawk li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa sabiex jibnu kultura tal-ħajja bbażata fuq valuri etiċi. Il-Papa qal dan fl-aħħar indirizz pubbliku qabel ma talab it-talba tal-Angelus fi Pjazza San Pietru l-Vatikan. Huwa rrefera għall-Jum Dinji tal-morda, iċċelebrat il-Ġimgħa, festa tal-Madonna ta’ Lourdes. Fi kliemu, “dan il-jum huwa ta’ okkażjoni opportune biex issir riflessjoni, isir talb u tiżdied il-kuxjenza lejn il-morda mill-komunita ekkleżjali u s-soċjeta ċivili”… Kompli aqra »

7 – 13 ta’ Frar

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-E.T. Ulla Gudmundson, Ambaxxatur tal-Izvezja, fir-residenza tiegħu, Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’ konferenza organizzata minn ProġettImpenn bit-tema ‘Il-Familja fl-Ewropa llum’, fil-Phoenicia Ballroom, Floriana.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur il-Mother and Baby Club ta’ Marsascala, bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-parroċċa.

9.30 a.m… Kompli aqra »

ĠIMGĦAŻWIEĠ: 7 – 13 TA’ FRAR

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Frar, 2011, tnieda l-programm ta’ attivitajiet fl-okkażjoni ta’ ĠimgħaŻwieġ li ser tiġi iċċelebrata bejn is-7 u t-13 ta’ Frar.

F’Malta, ĠimgħaŻwieġ bdiet fis-sena 2010. Prinċipalment kienet tikkonsisti f’ żewġ konferenzi nazzjonali, waħda fis-6 ta’ Frar u l-oħra fit-13 ta’ Frar. Fl-ewwel konferenza tkellmu l-Prim Ministru u s-Sinjura Gonzi, u l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni u s-Sinjura Muscat, dwar x’jifhmu bi żwieg b’saħħtu u x’jista’ jsir iżjed biex jissaħħaħ iż-żwieġ f’ pajjiżna… Kompli aqra »

IL-VATIKAN JIPPJANA KONFERENZA B’LINJIGWIDI DWAR IL-KURA TAL-AIDS

Il-Vatikan se jkun qed jilqa’ xjentisti internazzjonali għal konferenza dwar l-AIDS f’Mejju li ġej, okkażjoni li matulha hu maħsub li uffiċjali tal-Knisja jieħdu ċ-ċans biex jikkjarifikaw il-kummenti riċenti tal-Papa dwar l-użu tal-kondom fil-prevenzjoni mill-AIDS.

Wara l-konferenza ta’ ġurnata fit-28 ta’ Mejju, il-Vatikan jippjana li jippubblika linjigwida pastorali fi ktejjeb immirat għall-ħaddiema kattoliċi fil-qasam tas-saħħa u li jispeċjalizzaw fil-kura u l-prevenzjoni mill-AIDS.

Dan qalu is-Sottosegretarju tal-Kunsill Pontifiċju għall-Ministeru tas-Saħħa, Mons Jean-Marie Mpendawatu… Kompli aqra »

l-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-ISTAFF TAL-I.T.U TAL-ISPTAR MATER DEI

Bħala parti minn sensiela ta’ laqgħat li l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. qiegħed jagħmel ma’ katergoriji differenti ta’ lajċi, nhar it-Tlieta 1 ta’ Frar, 2011, huwa ltaqgħa ma’ madwar 90 speċjalista, tobba u nfermiera li jaħdmu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei u magħhom iddiskuta diversi materji relatati mal-kura li għandhom jirċievu pazjenti b’mard serju u dawk li jkunu qegħdin f’tarf ħajjithom… Kompli aqra »

“IT-TALB HU ESSENZJALI BIEX WIEĦED JIFHEM IL-ĦAJJA” – IL-PAPA

Fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, din il-ġimgħa l-Papa Benedittu XVI qal li jekk bniedem ma jitlobx regolarment, ma jkunx jista’ jifhem sew l-eżistenza tiegħu u l-iskop ta’ ħajtu. Kuljum, il-bniedem jeħtieġ isib ammont biżżejjed ta’ ħin għat-talb, sabiex jinfetaħ għal Alla, għal dal-vjaġġ ta’ tiftix lil Alla sabiex jidħol f’relazzjoni ta’ ħbiberija miegħu.

L-udjenza tal-Papa kienet iffukata għall-ħajja u t-tagħlim ta’ Santa Tereża ta’ Avila, mistika u duttura tal-Knisja tas-16-il seklu… Kompli aqra »

MEDJA TA’ 1,237,000 ABORT FIX-XAHAR

Madwar id-dinja qed isiru medja ta’ 1.2 miljun abort fix-xahar, waqt li hu stmat li mill-1922 ’il quddiem saru b’kollox madwar biljun abort.

Statistika riċenti turi li f’dawn l-aħħar snin ir-rata ta’ aborti fl-Istati Uniti ma baqgħetx tonqos kif kienet qabel, iżda stabbilizzat ruħha f’rata ta’ 19.6-il tarbija maqtula fil-ġuf għal kull elf mara bejn il-15 u l-44 sena.

Dawn il-fatti joħorġu minn ċifri ppubblikati separatament minn Johnstonsarchive.net u l-Guttmacher Institut… Kompli aqra »

FI FRAR, IL-PAPA JITLOB GĦALL-FAMILJA

Il-Papa Benedittu XVI qed jiddedika x-xahar ta’ Frar għat-talb għall-familja.

L-Appostolatura ta’ Talb ħabbret l-intenzjonijiet tat-talb tal-Papa għax-xahar ta’ Frar. Bħal kull xahar, il-Kap tal-Knisja Kattolaik jagħżel l-intenzjoni ġenerali tiegħu, li dax-xahar se tkun iffukata fuq il-familja. Qed jitlob “sabiex kulħadd jirrispetta l-familja u jirrikonoxxiha għall-kontribuzzjoni unika tagħha fil-progress tas-soċjeta”.

Il-Papa għażel bħas-soltu l-intenzjoni missjunarja tiegħu. Dax-xahar qed jitlob biex “il-komunitajiet insara jagħtu xiehda għall-preżenza ta’ Ġesu fil-qadi  ta’ dawk li jsofru minn mard fit-territorji missjunarji fejn il-ġlieda kontra l-mard hi ta’ priorita”… Kompli aqra »

Seminar għaż-Żgħażagħ dwar il-Familja

Il-grupp taż-żgħażagħ Link, tal-parroċċa ta’ Hal Qormi San Ġorġ, ser jorganizza seminar nazzjonali bit-tema: Familja: Diversita`, Sforz u Sagrifiċċju? Din l-attivita, li qed titellgħa bl-għajnuna tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ u l-Kummissjoni Djoċesana Familja, qed tkun organizzata bl-iskop, biex iz-żgħażagħ, li ħafna drabi jisimgħu biss fuq in-negattivita tal-familja nuruhom realta oħra, ħafna aktar posittiva min dak li qed jingħad fl-ambjenti fejn huma jiffrekwentaw.

Dan ser isir is-Sibt 12 ta’ Frar 2011, fis-sala taċ–ĊAK, B’ Kara, mid-9.00am sas-1.30pm u ġħalih huma mistiedna li jipparteċipaw dawk iż-żgħażagħ u adulti li għandhom min tmintax sa ħamsa u tletin sena… Kompli aqra »