Arkivji mensili: Marzu 2011

TMIEN PARROĊĊI B’KAPPILLAN ĠDID

Fr Joe Cilia matul din il-ġimgħa jibda b’mod informali l-ħidma pastorali tiegħu fil-parroċċa tal-Birgu, wara li għal xi snin mexxa l-parroċċa ta’ Ħal Safi. Fr Joe hu wieħed minn tmien kappillani li nħatru f’dawn l-aħħar tmien xhur. Għal sitta minnhom, dan kien l-ewwel inkarigu tagħhom fi tmexxija ta’ parroċċa. Il-ħatra ta’ tmien kappillani ġodda tfisser bidla fi 11 fil-mija tat-tmexxija tal-komunitajiet parrokkjali f’Malta fi tmien xhur… Kompli aqra »

CARITAS MALTA TNIEDI FOND B’RISQ IR-REFUĠJATI LI QED JAĦARBU MIL-LIBJA


Caritas Malta, b’kooperazzjoni ma’ Caritas Franza u Caritas Internationalis nediet fond għal ġbir ta’ fondi b’risq ir-refuġjati li qed jaħarbu il-kriżi li ħakmet il-Libja.

Is-sitwazzjoni politika ġewwa l-Libja qed twassal biex mijiet ta’ immigranti jaħarbu l-pajjiż minn konfini differenti tal-Libja inkluż l-Eġittu, it-Tuniżija, kif ukoll Niġer u l-Alġerija. Din hija waħda mil-ikbar kriżijiet ta’ immigranti mil-ewwel gwerra tal-Golf tal-1990… Kompli aqra »

TLETT KNEJJES FIL-PAKISTAN ATTAKKATI DIN IL-ĠIMGĦA

It-Tnejn filgħaxija, sitt persuni attakkaw Knisja Kattolika f’Rawalpindi, it-tielet aggressjoni ta’ din ix-xorta dil-ġimgħa.

Il-Knisja ddedikata lil San Tumas kienet attakkata filgħaxija minn grupp ta’ nies armati li tefgħu ġebel lejn il-ħġieġ u l-lampi, minbarra li taw in-nar lill-bieb tal-Knisja.

Il-Pastor lokali, Fr Yusaf Amanat, kien imwissi mill-persuna li tieħu ħsieb il-Knisja li qallu li kien sema’ xi ħsejjes. L-Isqof Anthony Rufin ta’ Islamabad-Rawalpindi, kien anki fuq is-sit ftit wara l-inċident, fejn iltaqa’ mal-pulizija u appella għal iktar protezzjoni tal-knejjes… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAŻ-ŻGĦAŻAGĦ TA’ BIRKIRKARA

Nhar il-Ġimgħa 25ta’ Marzu, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-Kummissjoni Żgħażagħ u Adolexxenti tal-parroċċa S. Marija, B’Kara. Wara, l-Arċisqof iltaqa’ maż-żgħażagħ tal-istess parroċċa.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

STQARRIJA MILL-KULLEĠĠ SANTU WISTIN

Fil-programm “Affari tagħna” ta’ nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Marzu 2011 fuq l-istazzjoni ONE TV, l-Onorevoli Evarist Bartolo għamel akkuża li fil-Kulleġġ ta’ Santu Wistin, tfal li ma jagħtux donazzjoni, ikunu msemmija waqt l-“assembly”. Din hi akkuża serja ħafna u falza. Barra li tkellimt mar-Rettur, stħarriġt ukoll ma’ persuni oħra li jaħdmu l-Kulleġġ. Dawn ilkoll ċaħdu kategorikament din l-akkuża.

P. Manwel Borg Bonello OSA, Provinċjal

Provinċja Agostinjana – Malta Kompli aqra »

‘IL-POLITIKA SIEKTA…TAGĦMEL ĦOSS IL-POLITIKA’

Holy Land attacks

Hekk kif il-politika tinsab wieqfa, skont il-Kustodja tal-Art Imqaddsa, huwa “il-lingwaġġ” tal-vjolenza u n-nuqqas ta’ fiduċja li qed jiddominaw il-konverzazzjoni u d-djalogu.

Fr Pierbattista Pizzabella qasam dal-ħsieb ma’ Radju Vatikan b’reazzjoni għaż-żjieda fit-tensjoni bejn l-Israeljani u l-Palestinjani.

Fl-aħħar jiem attakk terrorista fuq venda tal-karozzi f’Ġerusalemm ħalla persuna mejta u darab mal-50 persuna…xi ħaġa li ilha ma tiġri f’Ġerusalemm mill-2008 meta estremista Palestinjan daħal fi skola u qatel tmien studenti… Kompli aqra »

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI F’ BIRKIRKARA

Nhar is-Sibt 26 ta’ Marzu, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.  iċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ S. Marija, B’Kara. Iż-żona madwar il-Knisja ddedikata lill-Vergni Mqaddsa Marija Mtellgħa s-Sema, magħrufa bħala l-Knisja l-Qadima ta’ Birkirkara, ilha Parrocca mit-8 ta’ Mejju 2005. Fil-Parroċċa ta’ Santa Marija l-Arċisqof ser iqaddes ukoll fil-Knisja tal-Kulleġġ San Alwiġi u ser jiltaqa’ mal-komunita tal-patrijiet Ġizwiti. L-Arċisqof ser jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u mal-Kummissjonijiet li jikoordinaw il-ħidma pastorali fil-parroċċa… Kompli aqra »

IL-PAPA: “DAR-RANDAN, ISIMGĦU LIL ALLA”

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI qed jistieden lil dawk kollha li jemmnu sabiex f’daż-żmien tar-Randan isibu mument fis-skiet u jieqfu jisimgħu lil Alla fil-qalb tagħhom. Il-Papa rrifletta fuq il-laqgħa ta’ Ġesu mas-Samaritana biswit il-bir ta’ Ġakobb.

Fir-riflessjonijiet tiegħu qabel it-talba tal-Angelus fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, il-Papa qal li “l-għejja ta’ Ġesu meta waqaf mal-bir ta’ Ġakobb fejn iltaqa’ mas-Samaritana, u li turi l-umanita vera tiegħu, tista’ tittieħed bħala preludju għall-passjoni, li permezz tagħha Ġesu  wassal fil-qofol tagħha l-missjoni tiegħu tal-fidwa tagħna”… Kompli aqra »

MESSAĠĠ GĦALL-MEMBRI TAL-KONFRATERNIJIET

27 ta’ Marzu, 2011

S. Sebastjan, Ħal-Qormi

Ħuti,

mill-ġdid nixtieq nirringrazzjakom talli ġejtu ħalli nagħmlu dan l-ġest ta’ qima, ta’ talb lil Alla l-Imbierek permezz tal-quddiesa u l-Ewkaristija. U jiena minn hawnhekk nagħmel dan il-kumment biss: imma kemm hemm minnkom li b’xi mod jew ieħor ħassew is-sejħa f’qalbhom li jagħtu iktar lil Mulej anke fi ħdan il-Knisja u allura tagħtu l-impenn, tagħtu l-ħin tagħkom biex dak li l-Knisja tagħmel bħala ċelebrazzjonijiet, ikunu isbah… Kompli aqra »