L-ARĊISQOF MATUL IL-ĠIMGĦA MQADDSA
21/04/2011
Fil-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jmexxi ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi li jsiru fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, Valletta.
Nhar Ħamis ix-Xirka fid-9.30a.m. tibda ċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tat-Tberik taż-Żjut Imqaddsa. Flimkien ma’ l-Arċisqof, f’din iċ-ċelebrazzjoni jieħdu sehem saċerdoti djoċesani u reliġjużi. L-Arċisqof ibierek iż-Żjut Imqaddsa li jintużaw fiċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti tal-Griżma tal-Morda, tal-Magħmudija, tal-Konfermazzjoni u l-Ordni Sagri. Is-saċerdoti preżenti jġeddu l-wegħdiet li għamlu dakinhar tal-ordinazzjoni saċerdotali… Kompli aqra »