Arkivji mensili: Mejju 2011

PROBLEMI TA’ POPOLAZZJONI FIĊ-ĊINA

baby boy and baby girl

Iċ-Ċina tinsab taħt pressjoni biex tbiddel il-politika tagħha ta’ ppjanar tal-familja b’wild wieħed. Dan wara li kienu ppubblikati l-aħħar ċifri permezz ta’ ċensiment.

Il-Wall Street Journal riċentament irrapporta li mill-1.27 biljunpersuna fis-sena 2000, il-popolazzjoni żdiedet għal 1.34 biljun fl-2010. Il-medja ta’ żieda annwali għall-aħħar għaxar snin kienet ta’ 0.57%, tnaqqis sinifikanti fuq il-1.07% fl-għaxar snin ta’ qabel… Kompli aqra »

LAQGĦAT TA’ TALB GĦALL-FAMILJI

Nhar it-Tlieta 17 ta’ Mejju saret laqgħa oħra ta’ Talb għall-Familji.  Din saret fil-Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġia sehem tal-Parroċċi ta’ Gudja, Għaxaq,Marsaxlokk u Żejtun  li jiffurmaw parti mill-istess Unità 15.

Dawn il-laqgħat qed jiġu organizzati mis-Segretarjat tal-Parroċċi flimkien mas-Segretarjat tal-Lajċi li għalihom l-insara Maltin kollha huma mistiedna jattendu sabiex ilkoll flimkien, kemm lajċi, kemm saċerdoti kif ukoll reliġjużi rġiel u nisa, jiltaqgħu f’mumenti ta’ talb għall-familji kollha ta’ pajjiżna.  … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 23 ta’ Mejju

Ġwann 14,21-26

Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi.” Ġuda – l-ieħor, mhux   l-Iskarjota – qal lil Ġesù: “Mulej, din kif inhi li inti se turi ruħek lilna u mhux lid-dinja?” Ġesù wieġbu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu… Kompli aqra »

23 – 29 TA’ Mejju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-E.T. Mons. Isqof Vittorio Lupi ta’ Savona fil-Kurja, Floriana.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Viċi Kappillani fir-residenza tiegħu f’Attard.

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

Il-Ħadd

6.30 p.m… Kompli aqra »

INSAĦĦU Ż-ŻWIEĠ TAGĦNA

Nhar it-Tnejn 23 ta’ Mejju, 2011, Fr.Brendon Gatt se jkun qed jiddiskuti s-suġġett ‘Insaħħu ż-Żwieġ Tagħna’.

Din ser issir fiċ-Ċentru Familja Karmelitani, Fleur de Lys fis – 6.00 p.m. Kompli aqra »

GĦAŻLA FAVUR IŻ-ŻWIEĠ DEJJIEMI – REFERENDUM 2011

Għeżież,

F’dan il-Ħames Ħadd tal-Għid, il-Mulej irregalalna Kelma tiegħu li trid iddawwalna fl-għażla tagħna għal Sidna Ġesù Kristu, fi ħdan il-Knisja Kattolika: “Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier, jekk mhux permezz tiegħi” (Ġw 14, 6).

Il-Mulej qiegħed jgħidilna li dak li lkoll nixtiequ – li mmorru għand Alla l-Missier – irridu norbtuh ma’ Persuna, li hu Sidna Ġesù Kristu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 21 ta’ Mejju

Ġwann,14, 7-14

Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa ‘l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh.” Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.” Ġesù wieġeb: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? Min ra lili ra lill-Missier. Kif tgħidli, ‘Urina l-Missier’? Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija? … Kompli aqra »

IL-PAPA JGĦID LI L-KATTOLIĊI FIĊ-ĊINA JEĦTIEĠU T-TALB

“Il-Knisja Kattolika li hi persegwitata fiċ-Ċina, teħtieġ u jixirqilha t-talb tal-kattoliċi madwar id-dinja kollha”, qal il-Papa Benedittu XVI. “Hemm, bħal kullimkien, Kristu qed jgħix il-passjoni tiegħu” minħabba restrizzjonijiet imposti mill-Gvern u pressjonijiet fuq il-Knisja. Fi tmiem l-udjenza ġenerali ta’ dil-ġimgħa, il-Kap tal-Knisja Kattolika ħeġġeġ biex il-kattoliċi josservaw il-jum iddedikat lil Madonna Għajnuna tal-Insara, fl-24 ta’ Mejju, bħala jum ta’ talb għall-kattoliċi fiċ-Ċina. Dan il-jum ta’ talb stabbilih il-Papa Benedittu fl-2007 meta kiteb ittra lill-kattoliċi fiċ-Ċina u li fiha kien elenka mezzi li bihom wieħed seta’ jippromwovi għaqda ikbar bejn dawk li jeżerċitaw il-fidi b’mod klandestin, u dawk li jipparteċipaw f’komunitajiet imħarsa mill-Assoċjazzjoni Kattolika Patrijottika Ċiniża appoġġjata mill-Gvern… Kompli aqra »