Arkivji mensili: Lulju 2011

20 – 26 ta’ Lulju

It-Tnejn

L-Arċisqof jibda l-irtir spiritwali tiegħu tas-sena.

It-Tlieta

L-Erbgħa

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

Il-Ħadd

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Seminarju, tal-Virtu’ fl-okkażjoni tal-25 Anniversarju ta’ grupp ta’ qassisin mill-ordinazzjoni tagħhom għas-saċerdozju. Kompli aqra »

FI TMIEM IL-ĠIMGĦA ŻEWĠ ATTIVITAJIET B’RISQ L-OĦRAJN

Fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi u f’Bay Street, San Ġiljan, fi tmiem din il-ġimgħa qed isiru żewġ attivitajiet li l-għan aħħari tagħhom hu li jinġabru fondi b’risq l-oħrajn.

Ilum is-Sibt u għada l-Ħadd il-Bank APS qed jorganizza ‘Family Fest’ f’Bay Street biex jinġabru fondi b’risq il-kampanja ‘RTK4Charity’, Dar Sagra Familja.

“Kburin ħafna li qed inkunu assoċjati mal-Bank APS u ma’ din l-attività għall-familja kollha,” qalet Julie Roberts, il-maniġer tal-operat ta’ Bay Street, li rringrazzjat lid-diversi ħwienet f’Bay Street li pprovdew rigali oħra għall-pubbliku… Kompli aqra »

12-IL SAĊERDOT ĠDID

Nhar il-Ħadd 3 ta’ Lulju, 2011, Festa ta’ San Ġwann Battista, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP se jordna tnax-il saċerdot ġdid (5 djoċesani u 7 reliġjużi) fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt. Il-funzjoni tibda fis-6.00 ta’ filgħaxija. Dawk li se jiġu ordnati saċerdoti huma:

Carmelo Aquilina O.F.M. Cap. ta’ 43 sena mis-Siġġiewi, Franġiskan Kapuċċin

Stephen Attard ta’ 26 sena mill-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta

Joseph Ciappara O.F.M… Kompli aqra »

ĊERIMONJA TA’ GRADWAZZJONI TA’ CARITAS MALTA F’SAN BLAS

Nhar il-Ħamis 3o ta’ Ġunju, 2011, Caritas Malta organizzat iċ-ċerimonja ta’ gradwazzjoni għal dawk li temmew b’suċċess il-programm ta’ rijabilitazzjoni mill-użu tad-droga. Din l-attivita’ saret fiċ-Ċentru tal-Caritas Malta f’San Blas u ġiet ppreseduta mill-E.T. Dr George Abela, President ta’ Malta u minn Mons. Pawlu Cremona, Arċisqof ta’ Malta.

Agħfas hawn biex tniżżel id-diskors ta’ Mons. Victor Grech… Kompli aqra »