Arkivji mensili: Settembru 2011

IL-KONFERENZA TAL-KUMMISSJONIJIET ĠUSTIZZJA U PAĊI TAL-EWROPA

THE CONFERENCE OF EUROPEAN JUSTICE AND PEACE COMMISSIONS

“Inter-religious and intercultural relations – chances and challenges for our solidarity”

An Albanian contribution to the construction of Europe

Representatives of the 30 national commissions, including Malta, that constitute the Conference of European Justice and Peace Commissions (Justice and Peace Europe) will meet in Albania between the 16th and 20th of September 2011 for the annual international workshop and general assembly… Kompli aqra »

12 -18 ta’ Settembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta

7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Santwarju tal-Mellieħa u wara jattendi ikla fi tmiem il-ħidma ta’ Fr Dominic Scerri O.P. bħala Delegat tal-Arċisqof għall-Edukazzjoni Nisranija.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, B’Kara.

5.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Caritas, il-Kurja… Kompli aqra »

AKTAR MINN 250,000 HIT FIS-SIT ELETTRONIKU TAL-ARĊIDJOĊESI

Minn meta kien imniedi f’Ottubru 2009 sal-aħħar tas-sena li għaddiet, is-sit elettroniku tal-Arċidjoċesi ta’ Malta – www.maltadiocese.org, kellu 256,078 hit minn 119,825 absolute unique visitors, li b’kollox bejniethom żaru 892,045 paġna.

Is-sit elettroniku qed jinżamm aġġornat b’mod regolari u kemm ilu li kien imniedi, baqa’ jiġi żviluppat. Kelliemi għall-Kurja tal-Arċisqof qal lil IL-ĠENSillum online li “l-websajt intlaqgħet tajjeb ħafna u tiġi segwita minn għadd sodisfaċenti ta’ nies b’mod interattiv”… Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ARĊISQOF GĦAL JUM IL-VITORJA 2011

KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

8 ta’ Settembru 2011

Ħuti,

Aħna bħala poplu Malti qegħdin niċċelebraw dawk il-mumenti fl-istorja tagħna meta Malta ħelset minn żewġ Assedji: dak fl-1565 u dak fl-1943. Kull mument fih importanza fih innifsu fl-istorja tal-persuna jew tal-pajjiż.

Aħna llum qegħdin hawnhekk proprju biex napprezzaw dawn il-mumenti fl-istorja tagħna li kienu bidu ta’ sensiela li sawret l-istorja tagħna… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IBIEREK L-OQBRA TAL-KAVALLIERI TA’ SAN ĠWANN

On Wednesday 7th September 2011,  members of the Order of the Knights of St John gathered at St. John’s Co-Cathedral in Valletta for the traditional memorial service for those knights of the Order who gave their lives in defence of Christianity and Malta during the Great Siege of 1565.

Pontifical Mass was celebrated by Archbishop Paul Cremona O.P. and assisted by members of the Cathedral Chapter of the Co-Cathedral… Kompli aqra »

‘IT-TALB GĦANDU JIBDA B’XI ĦAĠA ĊERTA: IL-PREŻENZA T’ALLA’

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI qal li fit-talb, għandu jkun hemm iċ-ċertezza tal-preżenza t’Alla. Huwa enfasizza dan il-punt fundamentali meta issokta bis-serje ta’ katekeżi li beda dwar it-talb. Huwa kien qed jindirizza l-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa fi Pjazza San Pietru.

Il-punt tat-tluq kien Salm numru 3, b’riflessjoni dwar il-fidi fil-preżenza t’Alla bħalal-bażi għat-talb.

Is-salm, attribwit għal David, jippreżenta lis-salmista f’kundizzjoni ta’ diffikulta estrema, bit-tentazzjoni ewlenija tipprova tipperswadih li Alla mhux kapaċi jeħilsu mid-diffikulta… Kompli aqra »

STATISTIKA GĦALL-KNISJA KATTOLIKA FIL-ĠERMANJA

Germany flag

Għall-okkażjoni tal-vjaġġ appostoliku li l-Papa Benedittu XVI se jkun qed jagħmel fil-Ġermanja bejn it-22 u l-25 ta’ Settembru, statistika dwar il-Knisja Kattolika fil-pajjiż uriet li 30.18% tal-popolazzjoni sħiħa ta’ kważi 82 miljun persuna, huma Nsara Kattoliċi.

L-informazzjoni kienet ippubblikata mill-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fi ħdan il-Knisja, u kienet skont l-aħħar ċifri aġġornati sa Diċembru li għadda.

Irriżulta mit-tagħrif ippubblikat li fil-Ġermanja hemm mad-29 entita ekkleżjali u 11,483 parroċċa… Kompli aqra »

350 MALTIN JASLU LURA MINN PELLEGRINAĠĠ LOURDES

It-Tlieta 6 ta’ Settembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. wasal lura Malta minn Lourdes fejn mexxa pellegrinaġġ organizzat mill-Assoċjazzjoni Volontarji Lourdes. Għal dan il-pellegrinaġġ attendew 350 persuna li nkludew 120 pazjent, 6 tobba, 12-il infermier, terapista u spiżjar. Barra minn hekk, kull pazjent kien akkumpanjat minn helper.

Din is-sena, l-Assoċjazzjoni Volontarji Lourdes qed tiċċelebra l-għaxar anniversarju mit-twaqqif tagħha… Kompli aqra »

L-GĦAQDA NISRANIJA SUĊĊESS GĦALL-EVANĠELIZZAZZJONI

Evangelisation

Il-Papa Benedittu XVI saħaq fuq l-importanza tal-għaqda nisranija għas-suċċess tal-evanġelizzazzjoni l-ġdida. Huwa tkellem dwar iż-żewġ prioritajiet tiegħu f’ittra indirizzata lill-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Għaqda Nisranija, il-Kardinal Kurt Koch. L-ittra ntbagħtet fl-okkażjoni tat-12-il Simposju Inter-Nisrani, promoss mill-Istitut Franġiskan tal-Ispiritwalita fl-Athenaeum Antonianum u mill-Fakulta Teoloġika Ortodossa fl-Universita Aristotle f’Tessaloniki.

Is-simposju t’erbat ijiem iffoka fuq it-tema “Ix-xiehda tal-Knisja fid-dinja moderna”.Meta fakkar fit-twaqqif tal-Kunsill Pontifiċju għall-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida, Benedittu XVI qalli t-tema li kienet qed tiġi diskussa “kienet ta’ importanza liema bħalha, li kienet ukoll fiċ-ċentru tal-ħsieb u tat-talb” tiegħu… Kompli aqra »

TFITTEX LIL WIĊĊU F’DAWK LI HUMA KONTRA TAGĦNA

Fil-program tal- llum ser naraw kif  in-nisrani għandu jgħaġixxi ma dawk in-nies li hu jikkonsidra l-għedewwa tiegħu. Kif nistgħu aħna nfittxu l-wiċċ ta’ Ġesu permezz ta’ dawn in-nies?

Ħobbu l-għedewwa tagħkom?? – Kliem li hu tassew qawwi li zġur jaqleb il-mod ta kif naħsbuha. Għax ngħiduha kif inhi, xi għadu, kbir jew zgħir kulħadd għandu.  Izda, kif kullhad jaf, dal-kliem, xi kultant huwa wisq diffiċli biex isir realta!   … Kompli aqra »