Arkivji mensili: Ottubru 2011

SENA DDEDIKATA LILL-FIDI BEJN IL-11 T’OTTUBRU 2012 U L-24 TA’ NOVEMBRU 2013

Pope in audience

Il-Ħadd filgħodu l-Papa Benedittu XVI ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jniedi sena speċjali ddedikata lill-Fidi,  propju bejn il-11 t’Ottubru tas-sena 2012, li jaħbat il-50 anniversarju tal-Konċilju Vatikan II, u l-24 ta’ Novembru 2013, festa ta’ Kristu Sultan.

Fi kliemu, dan se jagħmlu biex tiġġedded il-missjoni tal-Knisja universali fl-impenn tagħha li toħroġ lill-bniedem mid-dezert, li ħafna drabi jispiċċa fih tul ħajtu, u tressqu lejn il-ħajja li jaf jagħtiha biss fil-milja tagħha, Kristu… Kompli aqra »

IT-TĦADDIM TAL-AWTORITA ĊIVILI GĦANDU JSIR B’DINJITA U RESPONSABBILTA

“It-tħaddim tal-awtorita ċivili għandu jkun eerċitat bl-ikbar dinjita u b’sens qawwi ta’ reponsabbilta”. Dan kien il-kliem li bih il-Papa Benedittu XVIindirizza lill-Prefetti Provinċjali Taljani, akkumpanjati mill-Ministru tal-Intern Roberto Maroni, li lkoll kienu għal udjenza bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet fl-okkazjoni tal-150 anniversarju tal-unifikazzjoni Taljana.

Fl-indirizz tiegħu, il-Papa enfasizza kif f’pajjiz wieħed jista’ jara it-traċċi li l-fidi nisranija tħalli mmarkati fid-drawwiet tal-poplu, drawwiet li jagħtu lok għal tradizzjonijiet kulturali u reliġjuzi nobbli, kif ukoll wirt artistiku uniku fid-dinja… Kompli aqra »

ĦIDMA ĊĊENTRALIZZATA GĦAS-SEGRETARJAT TAL-EDUKAZZJONI NISRANIJA

L-Arċisqof Pawlu Cremona, nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ottubru 2011, żar u bierek il-post fi Triq il-Mall il-Furjana, minn fejn se jkun jopera s-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija. L-uffiċċini ta’ dan is-Segretarjat, li qabel kienu fil-Kurja tal-Arċisqof, ġew trasferiti matul is-sajf. Il-bini li qed jospita dawn l-uffiċċini ħa diversi snin biex tlesta. Il-ħtieġa ta’ trasferiment ilha tinħass minħabba l-bżonn ta’ aktar koordinament bejn dawk li jaħdmu għas-servizz fl-iskejjel tal-Knisja… Kompli aqra »

17-23 ta’ Ottubru

anniversary of the religious profession of Fra Xmun Cachia O.P.

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekeżi fiċ-Ċentru tal-Katekeżi tal-Baħrija, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jkunu jixtiequ jkellmuh, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa tar-Rabat.

7.30 p.m… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF FL-OKKAŻJONI TAL-ORDINAZZJONI TA’ TMIEN DJAKNI

Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun

14 ta’ Ottubru 2011


Ħuti,

Aħna bħala nsara nqiegħdu l-ġrajjiet kollha li ngħaddu minnhom fil-kuntest ta’ żewġ ġrajjiet li huma l-aktar importanti għall-fatt li aħna neżistu. L-ewwel fatt huwa li Alla l-Imbierek ħalaq kollox u għamel il-bniedem, raġel u mara, xbieha tiegħu.  It-tieni fatt importanti fl’interpretazz-joni ta’ l-istorja tagħna huwa li l-bniedem dineb u allura hemm storja oħra parallela miexja… Kompli aqra »

ORDINAZZJONI TA’ TMIEN DJAKNI

Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ottubru 2011, fis-sitta u nofs ta’ filgħaxija, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa konċelebrazzjoni solenni fil-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun, li fiha ġew ordnati Djakni tmien żgħażagħ. Dawn is-seminaristi huma Dillon Bugeja miż-Żurrieq, Robin Camilleri minn Ħal Luqa, Roderick Camilleri minn Ħaż-Żabbar, Mario Dimech mis-Siġġiewi, Anthony Paul Fitzpatrick minn Gwardamangia, George Schembri minn Ħal Qormi (S. Ġorġ), Michael Zammit minn B’Kara (S… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF FL-OKKAŻJONI TAL-40 ANNIVERSARJU TAL-MOVIMENT GRUFAN

Konkatidral, ta’ San Ġwann

15 ta’ Ottubru, 2011


Ħuti aħna ġejna flimkien biex niċċelebraw l-erbgħin anniversarju tat-twaqqif tal-familji nsara tal-Grufan.  U naħseb li hemm żewġ raġunijiet prinċipali tal-ferħ tagħna.  L-ewwelnett għaliex dan il-moviment qiegħed madwar iż-żwieġ u l-familja u aħna nafu li Alla l-Imbierek, il-pjan tiegħu fiż-żewġ mumenti importanti ħafna għaqqadhom ma’ din ir-realta taż-żwieġ u l-familja… Kompli aqra »

SUPRETENDENT JAPPELLA LILL-VITTMI TAL-UŻURA JITOLBU L-GĦAJNUNA

Is-Supretendent Paul Vassallo, Kap tat-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi fi ħdan il-Kwartieri tal-Pulizija, appella lill-vittmi tal-użura biex jagħmlu kuraġġ u jitolbu l-għajnuna tal-pulizija. Is-Supretendent Vassallo saħaq ma’ IL-ĠENSillum online li l-vittmi m’għandhomx joqogħdu għat-theddid u għandhom jitolbu l-protezzjoni tal-pulizija.

Minkejja li skond il-Fondazzjoni Vittmi Użura tal-CARITAS l-użura hi problema mifruxa ħafna fis-soċjetà, ċifri mogħtija lil IL-ĠENSillum online mill-Comunity & Media Relations Unit – CMRU tal-Puliżija, juru li l-għadd ta’ każi ta’ użura li jkunu rrapportati lill-pulizija huma insinjifikanti… Kompli aqra »

DIVORCE LEGISLATION – THE AFTERMATH

Proġett Impenn, li hi t-task force tal-Kummissjoni Djoċesana Familja għal ħidma favur żwieġ b’saħħtu, nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ Ottubru li ġej, fis-6.30 p.m., fil-lukanda Phoenicia, Floriana, sa torganizza konferenza nazzjonali, bit-tema: Divorce Legislation – The Aftermath. Ikun henn ħin għal mistoqsijiet/interventi qosra. Jagħlaq Mons. Arċisqof. Dil-Konferenza qed issir biex tfakkar l-Anniversarju taċ-Charter tad-Drittijiet tal-Familja.

David Quinn hu ġurnalist Irlandiż, u kummentatur fuq il-media dwar affarijiet reliġjużi u soċjali… Kompli aqra »

L-ISKOLA PRIMARJA TAS-SEMINARJU TAL-ARĊISQOF TILQA’ L-EWWEL STUDENTI

IL-KNISJA TKOMPLI TINVESTI FL-EDUKAZZJONI TAT-TFAL

Fil-bidu ta’ din is-sena akkademika, is-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtu’ inawgura l-estensjoni ġdida li qed tilqa’ fiha l-iskola primarja. Dan skont kif tħabbar f’Jannar tas-sena l-oħra, bħala parti mill-proċess ta’ riforma li wassal biex jissaħħah il-prinċipju ta’ kontinwita’ fit-tranżizzjoni mill-primarja ghas-sekondarja u li wassal lill-iskejjel tal-Knisja biex jieħdu diversi inizjattivi.

L-iskola primarja tas-Seminarju nbniet fi żmien tnax-il xahar u hija meqjusa bħala Green School minħabba l-aċċenn partikolari għall-aspetti ambjentali fid-disinn u l-infrastruttura tagħha… Kompli aqra »