Arkivji mensili: Novembru 2011

ITTRA PASTORALI TAL-AVVENT GĦAT-TFAL

Għeżież Tfal,

Qed ngħaddilkom din l-ittra fl-ewwel Ħadd tal-Avvent, iż-żmien li jwassalna għall-festa tal-Milied. Il-Milied huwa rakkont tal-ħajja ta’ żewġ persuni li nbidlu għall-aħjar biex iħallu lil Ġesù jidħol f’ħajjithom, dawn huma Marija u Ġużeppi. Anke aħna bħal Marija u Ġużeppi rridu inħallu li ssir bidla fina, biex ikun jista’ jidħol Ġesù fil-ħajja tagħna.

Kemm hi xi ħaġa kerha meta l-bniedem ma jkunx irid jinbidel għall-aħjar… Kompli aqra »

IL-MAGĦMUDIJIET U T-TRABI LI TWIELDU BARRA Ż-ŻWIEĠ

Stħarriġ li sar mill-kappillani tat-Tlett Ibliet tal-Kottonera u dak tal-parroċċa tal-Kalkara juri li medjament 48.25 fil-mija tal-magħmudijiet li saru f’dawn l-erba’ parroċċi tul is-sena li għaddiet kienu ta’ trabi li twieldu barra ż-żwieġ. Kienu 51.75 fil-mija t-trabi li tgħammdu f’dawn il-parroċċi li kienu ta’ koppji miżżewġin.

Ir-riżultati ta’ dan l-istħarriġ kienu ppreżentati din il-ġimgħa waqt l-Assemblea tal-Parroċċi tat-Tlett Ibliet tal-Kottonera u tal-Kalkara li saret it-Tnejn li għadda… Kompli aqra »

QUDDIESA GĦAL DAWK LI MIETU FL-ARTIJIET TAL-EMIGRAZZJONI

Il-Kummissjoni Emigranti li segwiet mill-qrib u ħadet interess fil-każ ta’ ħruq fid-Dar tal-Anżjani fi Quakers Hill ġewwa Sydney, l-Awstralja, ttenni d-dispjaċir tagħha għal dak li ġara u għat-tbatija li kellu jgħaddi minna kull min ġarrab din l-esperjenza kera.

Il-Kummissjoni tixtieq twassal ukoll il-kondoljanzi lill-familjari tas-Sur Ceasar Galea, wieħed minn ħutna Maltin li tilef ħajtu f’din it-traġedja.

Nhar il-Ħadd 27 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni Emigranti ser tiċċelebra quddiesa b’sufraġju għal ruħ dawk kollha li mietu fl-artijiet tal-Emigrazzjoni filwaqt li matul il-Quddiesa ser tiftakar b’mod speċjali f’dan ħuna li tilef ħajtu f’din it-traġedja… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IMEXXI MUMENT TA’ TALB FL-IMTARFA

Nhar il-Ħamis 25 ta’ Novembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa mument ta’ talb fiċ-ċentru parrokkjali tal-Imtarfa u wara ltaqa’ mal-Kummissjoni Evanġelizzazzjoni tal-istess parroċċa.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

JUM IS-SAĊERDOT

Nhar il-Ħadd 4 ta’ Diċembru 2011, l-Arċidjoċesi ta’ Malta ser tiċċelebra għall-ewwel darba ‘Jum is-Saċerdot’ bis-suġġett ‘Jiena magħkom dejjem’ (Mt 16:20). L-għan ewlieni ta’ dan il-jum hu li jinħoloq għarfien dwar il-ħajja u l-ħidma tas-saċerdot fil-Knisja u fis-soċjetà għall-ġid tal-bniedem. Għalhekk, dakinhar fil-Quddies kollu ser isir talb speċjali għas-saċerdot.

Il-ħidma tas-saċerdot hi spiritwali u materjali. F’isem Sidna Ġesù Kristu u fuq l-eżempju tiegħu, s-saċerdot ifittex il-ġid tal-bniedem kollu u l-ġid tal-bnedmin kollha… Kompli aqra »

IL-PAPA LILL-CARITAS: ‘KUNU SINJAL TAL-IMĦABBA TA’ KRISTU’

Caritas Italiana

Meta laqa’ parteċipanti f’laqgħa organizzata minn Caritas tal-Italja f’għeluq l-40 anniversarju mit-twaqqif tagħha, il-Papa Benedittu XVI fakkar “fl-irwol importanti li Caritas għandha li teduka l-komunitajiet, il-familji u s-soċjeta ċivili, fejn il-Knisja hi msejħa tagħti”.

Il-Papa ħeġġeġ lil Caritas tal-Italja sabiex ma tabbandunax l-irwol edukattiv tagħha, anki meta l-missjoni ssir iktar diffi     ċli u tkun tidher li mhix tħalli l-frott. Ħeġġiġha tissokta bid-dmirijiet tagħha waqt li tibqa’ fidila lejn il-Knisja, b’rispett lejn l-identita tal-istituzzjonijiet fi ħdanha… Kompli aqra »

IL-KUMMISSJONI EMIGRANTI TOFFRI GĦAJNUNA OĦRA LIR-REFUĠJATI

It-Taqsima Refuġjati tal-Kummissjoni Emigranti tifhem id-diffikultà li wħud mir-refuġjati li hawn Malta jsibu biex iħallsu s-somma ta’ 58 Ewro biex japplikaw għall-permess tax-xogħol. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni għamlet l-arranġamenti meħtieġa biex dawk li ma jistgħux iħallsu din is-somma jkunu jistgħu jissellfuha jew almenu parti minnha.

Fl-istess waqt, il-Kummissjoni tixtieq tieħu din l-opportunità li tirringrazzja lill-Gvern f’isem il-kategoriji kollha tar-refuġjati li hawn Malta għad-deċiżjoni għaqlija li jħalli lir-refuġjati, lil dawk mogħtija Protezzjoni Sussidjarja u Protezzjoni Umanitarja Temporanja u lil Asylum Seekers, li jaħdmu bil-permess tax-xogħol… Kompli aqra »

ARĊIPRIET ĠDID GĦALL-PARROĊĊA TAL-MOSTA

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Albert Buhagiar bħala arċipriet tal-parroċċa tal-Mosta.

Dun Albert Buhagiar twieled f’Ħal Tarxien fid-19 ta’ Awwissu 1964. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja ta’ Raħal Ġdid, il-Kulleġġ tal-Karmelitani, Santa Venera, u l-Kulleġġ De La Salle, Cottonera. Kompla l-istudji terzjarji tiegħu fil-Filosofija u t-Teoloġija, fl-Università ta’ Malta.

Dun Albert ġie ordnat saċerdot fit-2 ta’ Lulju, 1993… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JINDIRIZZA LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Nhar il-Ħadd 27 ta’ Novembru 2011, l-Arċisqof Pawl Cremona O.P. se joħroġ l-ittra annwali tiegħu liż-żgħażagħ waqt laqgħa ta’ talb fil-Kappella ta’ Maria Bambina f’Ħaż-Żabbar. Fl-indirizz tiegħu, l-Arċisqof huwa mistenni li jittratta l-idea tal-hena, hekk kif toħroġ mit-tema għaż-żgħażagħ insara dis-sena: “Ifirħu dejjem fil-Mulej” (Fil 4,4).

L-Arċisqof għażel li jwassal l-ittra tiegħu waqt is-serje ta’ laqgħat ‘Between the Lines’: esperjenzi mal-Kelma ta’ Alla mmexxija minn Mons… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MA’ TERAPISTI

Nhar is-Tlieta 22 ta’ Novembru 2011 l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ ma’  numru ta’ terapisti (physiotherapists, speech therapists u occupational therapists). Il-laqgħa saret fis-Seminarju, Tal-Virtù. Din kienet waħda minn sensiela ta’ laqgħat organizzati mis-Segretarjat għal-Lajċi tal-Knisja f’Malta, fejn l-Arċisqof qiegħed jisma minn għand professjonisti minn setturi differenti dwar jekk it-twemmin nisrani jkunx ta’ għajnuna fil-qadi ta’ dmirijiethom u jekk jagħmilx differenza fit-twettiq tal-vokazzjoni tagħhom… Kompli aqra »