Nhar il-Ħadd 27 ta’ Novembru 2011, l-Arċisqof Pawl Cremona O.P. se joħroġ l-ittra annwali tiegħu liż-żgħażagħ waqt laqgħa ta’ talb fil-Kappella ta’ Maria Bambina f’Ħaż-Żabbar. Fl-indirizz tiegħu, l-Arċisqof huwa mistenni li jittratta l-idea tal-hena, hekk kif toħroġ mit-tema għaż-żgħażagħ insara dis-sena: “Ifirħu dejjem fil-Mulej” (Fil 4,4).

L-Arċisqof għażel li jwassal l-ittra tiegħu waqt is-serje ta’ laqgħat ‘Between the Lines’: esperjenzi mal-Kelma ta’ Alla mmexxija minn Mons. Cremona nnifsu.

Din hija l-ħames sena li l-arċisqof qiegħed jindirizza liż-żgħażagħ fl-ewwel Ħadd tal-Avvent, b’rifflessjoni li toffrilhom gwida għall-bqija tas-sena. Il-laqgħa hija organiżżata mill-Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar u kkordinata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ.