Arkivji mensili: Diċembru 2011

IL-PAPA JINDIRIZZA LILL-AMERIKA LATINA

Latin America

F’ċelebrazzjoni liturġika speċjali fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan it-Tnejn filgħaxija, il-Papa Benedittu XVI saħaq fuq id-dritt tal-ħajja għal dawk li jkunu għadhom mhux imwielda u appella wkoll lill-pajjiżi sabiex jikkonfrontaw b’mod effettiv l-isfidi ta’ ġustizzja pubblika u soċjali li għandhom quddiemhom.

Il-Papa ħabbar ukoll l-intenzjoni tiegħu li jagħmel vjaġġ appostoliku lejn Kuba u l-Messiku qabel l-Għid tas-sena d-dieħla. Huwa qal li xtaq li hemm ukoll “jippriedka l-Kelma ta’ Kristu” u jħeġġeġ għal evanġelizzazzjoni b’fidi vera, b’tama ħajja u b’imħabba… Kompli aqra »

KONFERENZA NAZZJONALI ‘BIŻŻEJJED GĦAL KULĦADD’

Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ipparteċipa f’Konferenza Nazzjonali ‘Biżejjed għal Kulħadd’ organizzat mill-Kummissjoni Interdjoċesana għall-Ambjent, il-Kurja.

AGĦFAS HAWN biex taqra l-messaġġ tal-Arċisqof f’din l-okkażjoni

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-KUMMISSJONIJIET TAL-LITURĠIJA, TAD-DJAKONIJA U L-KUNSILL PASTORALI MDINA

Nhar il-Erbgħa 7 ta’ Diċembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija u Pastorali tal-Imdina. Aktar tard, l-Arċisqof iltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija u  spiċċa billi ltaqa’ mal-Kummissjoni Pastorali Parrokkjali u mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu tal-Imdina.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof fl-Imdina

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

IL-PAPA: IL-FAMILJI NSARA HUMA FIL-QALBA TAL-EVANĠELIZZAZZJONI

Family

Il-Papa qal li l-familji nsara huma msejħa sabiex jilqgħu, juru u jxerrdu l-imħabba u l-preżenza ta’ Kristu fid-dinja. Fi kliemu, familja imsejsa fuq żwieġ bejn raġel u mara, miftuħa għall-ulied, “huwa spazju uman miftuħ għall-esperjenza ma’ Kristu”.

Il-Papa kien qed jindirizza lill-membri tal-Kunsill Pontifiċju tal-familja. Il-Kunsill, imwaqqaf mill-Papa Ġwanni Pawlu II, kien qed jiċċelebra t-30 anniversarju mit-twaqqif tiegħu b’iffukar fuq ir-rwol tal-familja għal “evanġelizzazzjoni ġdida”… Kompli aqra »

IL-KNISJA F’MALTA B’AKTAR INVESTIMENT FL-EDUKAZZJONI

F’temp ta’ tlett xhur l-Knisja f’Malta fetħet tlett skejjel ġodda. Bħalissa għaddej il-bini tar-raba’ waħda.

Fit-22 ta’ Settembru li għadda l-iskola tas-Soċjetà tal-MUSEUM, is-St Michael School, li tinsab f’Santa Venera, inawgurat sular ġdid biex tkun tista’ tilqa’ fiha aktar studenti.

Fil-bidu t’Ottubru l-iskola Primarja tas-Seminarju ta’ Malta laqgħet l-ewwel studenti tagħha. L-iskola nbniet b’investiment ta’ €8 miljun… Kompli aqra »

12 – 18 ta’ Diċembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jindirizza laqgħa fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-Organiżazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

It-Tlieta

10.00 a.m. L-Arċisqof jattendi ċ-ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Repubblika, il-Belt Valletta.

L-Erbgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja għal bdil tal-awguri tal-Milied, fil-Kurja… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF WAQT IL-KONFERENZA ‘BIŻŻEJJED GĦAL KULĦADD’

Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

10 ta’ Diċembru 2011

Bonġu lil kulħadd,

Qed nieħu gost li din il-konferenza ġiet organizzata mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent partikolarment għaliex xi kultant ikollna l-kunċett li lil Alla l-Imbierek jinteressah biss minn dak li jiġri wara din il-ħajja. Iżda nafu li Alla, li ħalaq id-dinja, jinteressah li d-dinja timxi ’l quddiem għall-ġid tal-bniedem… Kompli aqra »

GĦALL-QADI TAL-FOQRA

L-Arċidjoċesi ta’ Malta nhar il-Ħadd li għadda ċċelebrat għall-ewwel darba ‘Jum is-Saċerdot’. Għal dan il-għan, ħsibt li naqsam l-esperjenza tiegħi magħkom, qarrejja ta’ dan il-ġurnal.

Illum, lili ħafna nies jassoċjawni mal-Caritas u bir-raġun għax jiena ili naħdem f’dan il-qasam għal dawn l-aħħar 34 sena. Din il-ħidma m’għażiltix jien, imma nemmen li għażilha Alla għalija permezz tas-superjur tiegħi. Ix-xogħol tiegħi fil-Caritas hu għal qalbi ħafna għax jiena dejjem ħassejtha parti ntegrali mill-vokazzjoni tiegħi li nkun viċin dawk li huma l-aktar fil-bżonn; il-foqra… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR IL-KULLEĠĠ SANT ELIJA

Nhar is-6 ta’ Diċembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar il-Kulleġġ Sant Elija, skola sekondarja mmexxija mill-Patrijiet Karmelitani. L-Arċisqof kien milqugħ mill-Provinċjal tal-Karmelitani f’Malta Patri Michael Farrugia O.Carm. u mir-Rettur tal-Kulleġġ Patri Jürgen Cucciardi O.Carm. li wassluh sal-bitħa tal-Kulleġġ fejn kien hemm l-istudenti miġburin jistennew il-wasla tiegħu. L-Arċisqof iltaqa’ mal-istudenti fil-klassijiet tagħhom, u ċċelebra l-Quddiesa mal-istudenti tal-Form 2 li fil-ġimgħat u x-xhur li għaddew irċevew is-sagrament tal-Griżma tal-Isqof… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF MAMBERTI JIPPROPONI JUM DINJI KONTRA L-PERSEKUZZJONI TAL-INSARA

Mons Domenique Mamberti

Is-Segretarju tas-Santa Sede għar-relazzjonijiet bejn l-iStati differenti, l-Arċisqof Dominique Mamberti, indirizza t-18-il Kunsill Ministerjali tal-Organizzazzjoni għas-Sigurta u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, l-OSCE, miżmuma bejn is-6 u s-7 ta’ Diċembru f’Vilnius, il-Litwanja. Fl-indirizz tiegħu, Mons Mamberti ddiskuta fost temi oħra s-suġġett tal-migrazzjoni, li għas-Santa Sede jikkostitwixxi argument ta’ interess kostanti, fuq kollox, fiċ-ċirkostanzi attwali ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja. Qal li fil-komunita interessanti jeżisti kunsens wiesa’ dwar il-ħtieġa li tingħata attenzjoni ikbar għall-problema tal-immigrazzjoni… Kompli aqra »