Arkivji mensili: Diċembru 2011

AWGURI TAL-ISTAĠUN TAL-FESTI LILL-ISQFIJIET

Fl-okkażjoni tal-festi ta’ żmien il-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u l-Arċisqof Emeritus Ġuzeppi Mercieca, nhar il-Ħadd 18 ta’ Diċembru se jilqgħu lil kull min jixtieq iżurhom għal bdil tal-awguri tal-istaġun, bejn id-9.00 a.m. u nofsinhar.

Din is-sena wkoll, l-bdil tal-awguri se jsir fil-Kurja tal-Arċisqof, Floriana, minħabba raġunijiet ta’ aċċessibilità għal persuni b’diżabilità. Għal dan il-għan se jkun miftuħ għan-nies il-bieb ta’ San Kalċedonju fi Triq Vincenzo Bugeja (u mhux il-bieb prinċipali)… Kompli aqra »

IL-PAPA JGĦID LI “MARIJA HI SINJAL KBIR TA’ TAMA GĦALL-KNISJA U GĦAD-DINJA”

Pope in audience

F’Jum l-Immakulata Kunċizzjoni, il-Papa Benedittu XVI indirizza lill-ġemgħa fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan u meta sellem lill-preżenti bl-Ingliż, qal hekk: “Nieħu gost li ninsab hawn insellem lil kulħadd f’din il-festa kbira li fiha qed nonoraw l-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Marija Verġni. Fil-perfezzjoni tagħha, bla mittiefsa mid-dnub, Marija hija sinjal qawwi ta’ tama għall-Knisja u għad-dinja, sinjal tal-meravilja tal-grazzja li Alla jiżra fina l-bnedmin… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAT-TFAL LI JATTENDU L-KATEKIŻMU FL-IMDINA

Nhar it-Tnejn 5 ta’ Diċembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekiżmu fil-kunvent tas-Sorijiet Dorotej fl-Imdina, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu. Aktar tard, l-Arċisqof itlaqa’ mal-katekisti tat-tfal tal-Imdina. Fl-aħħarnett, l-Arċisqof iltaqa’ mal-komunità tas-Sorijiet Dorotej.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof fl-Imdina

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

DĦUL FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA FL-2012

Ir-Regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena 2012 ġew ippublikati fuq il-website tal-Kurja fis-sezzjoni Church Schools Entry.

L-applikazzjonijiet ser isiru f’diversi skejjel tal-Knisja bejn Jannar u Frar. Min ser japplika għandu jieħu miegħu d-dokumenti meħtieġa u l-applikazzjoni timtela dakinhar stess.  B’hekk l-applikanti ma jkollhomx għalfejn jinqalgħu darbtejn. Lista tad-dokumenti meħtieġa hija mniżżla fir-Regolamenti. Dawk li ser japplikaw bħala każijiet umanitarji gravi għandhom isegwu l-istruzzjonijiet imniżżla fir-Regolamenti tal-każijiet umanitarji gravi… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JATTENDI LAQGĦA EKUMENIKA FL-UNIVERSITÀ

Nhar it-Tlieta, 6 ta’ Diċembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., Pastor Lembke mill-Knisja Luterana u Mr Peter Lloyd (Church of Scotland) pparteċipaw f’laqgħa ekumenika li saret fil-kampus tal-Universitá . Din l-attivitá ġiet organizzata miċ-Chaplaincy tal-Universitá bħala parti mill-attivitajiet tal-Milied bit-tema “hearts wide open today”. Permezz ta’ dawn l-attivitajiet, l-istaff u l-istudenti li jiffrekwentaw ic-Chaplaincy qed jiġbru l-fondi b’risq id-Dar tal-Providenza u għal guide dog meħtieġ minn tifel ta’ 7 snin… Kompli aqra »

IL-VATIKAN JINGĦAQAD FL-IOM BĦALA MEMBRU SĦIĦ

Il-Vatikan ingħaqad bħala Stat Membru mal-Organizzazjoni Dinjija tal-Migrazzjoni. It-talba tas-Santa Sede intlaqgħet waqt laqgħa plenarja ta’ din l-organizzazjoni ibbażata f’Ġinevra.

L-Organizzazjoni Dinjija tal-Migrazzjoni temmen fil-prinċipju li l-migrazzjoni organizzata u li tirrispetta l-umanita’ tal-bniedem igawdu minnha kemm l-immigranti kif ukoll is-soċjeta’ li tilqagħhom.

L-Osservatur Permanenti tal-Vatikan fin-Nazzjonijiet Uniti, l-Arċisqof Silvano Tomasi qal li huwa importanti li l-Knisja tieħu sehem attiv fil-ħidma tal-komunita’ internazzjonali f’sitwazzjoni fejn qed jiżdiedu l-immigranti u r-refuġjati madwar id-dinja… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIĊĊELEBRA QUDDIESA FIL-KNISJA TAL-KARMELITANI

Nhar il-Ħadd 4 ta’ Diċembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fil-knisja tal-Karmelitani fl-Imdina bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu. Aktar tard, l-Arċisqof żar il-komunita’ tas-Sorijiet Benedittini fil-Monasteru ta’ San Pietru.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof fl-Imdina

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

Ittra tal-Arċisqof liż-Żgħażagħ

“Ifirħu dejjem fil-Mulej” Fil 4,4

Ħuti,

Fil-ħajja hemm affarijiet li ma nistgħux nakkwistawhom direttament. Iżda nistgħu nilħquhom billi nqiegħdu il-kundizzjonijiet li jwasslu għalihom. Dan jgħodd pereżempju għall-paċi: ma tistax taħdem għaliha direttament. Trid tagħżilha. U mbagħad tqiegħed il-kundizzjonijiet għaliha. Għalxejn tixtieq il-paċi weħidha. Tista’ tiġi biss jekk tqiegħed il-liberta’, l-imħabba u l-ġustizzja. Meta jkun hemm dawn il-kundizzjonijiet imbagħad li jirriżulta hija l-paċi… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF FL-OKKAŻJONI TA’ JUM IS-SAĊERDOT

It is a joy for me to share with you my experience both as a priest and as a bishop on the Day of the Priest, which our Archdiocese is celebrating today for the first time. I rest assured that many Christians hold the priest in high esteem and also appreciate the service he offers for the good of mankind… Kompli aqra »