Arkivji mensili: Diċembru 2011

FTEHIM MAL-GĦAQDA KAŻINI TAL-BANDA DWAR ID-DOKUMENT TAL-FESTI

L-Awtoritajiet tal-Knisja f’Malta u l-Għaqda Każini tal-Banda llum, l-Erbgħa 21 ta’ Diċembru 2011, ffirmaw ftehim dwar iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi reliġjużi. Dan wara li ż-żewġ naħat daħlu f’eżerċizzju ta’ diskussjonijiet bir-rieda li ċ-ċelebrazzjonijiet esterni tal-Festi Reliġjużi jkunu jixirqu dejjem iżjed l-ispirtu Nisrani u soċjali. Id-diskussjonijiet segwew il-publikazzjoni tad-dokument konsultattiv ‘Nirrestawraw il-Festi Flimkien’ fil-5 ta’ Ottubru 2009.

Permezz tal-Ftehim iffirmat illum, l-Awtoritajiet tal-Knisja f’Malta u l-Għaqda Każini tal-Banda ddikjaraw li sar qbil fuq il-paragrafi kollha li jinsabu elenkati f’Appendiċi A (anness) u li jifforma parti ntegrali ta’ dan il-Ftehim… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 21 ta’ Dicembru

Luqa 1, 39-45

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost  in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? … Kompli aqra »

IS-SIĠRA TAL-MILIED FI PJAZZA SAN PIETRU – SIMBOLU EKUMENIKU

Christmas Tree in St Peter's Square

Is-Siġra tal-Milied fi Pjazza San Pietru fil-Vatrikan, prattika li nbdiet mill-Papa Ġwanni Pawlu II u li issa hi tradizzjoni b’saħħitha, inxtegħlet fl-aħħar jiem u kienet deskritta mill-Arċisqof ewlieni ta’ Kyiv-Halyc bħala “simbolu ta’ unita tal-paċi tal-Milied u simbolu ta’ devozzjoni u għaqda mas-Suċċessur ta’ Pietru – il-Papa Benedittu XVI”. Is-Siġra ta’ kważi 31 metru b’2,500 ornament, waslet mir-reġjun Ukren ta’ Zakarpattia… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 20 ta’ Dicembru

Luqa 1, 26-38

Fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILQA’ DAWK KOLLHA LI XTAQU JAGĦTUH L-AWGURI TAL-FESTI

Nhar il-Ħadd 18 ta’ Diċembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. laqgħa numru sabiħ ta’ nies li ġew jagħtu l-awguri tal-istagun tal-festi lilu u lill-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca. Għal din l-attivita’ attendew ukoll il-kor tat-tfal tal-parroċċa tal-Imtarfa li ħadu ħsieb idoqqu u jkantaw innijiet tal-Milied.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 19 ta’ Dicembru

Luqa 1, 5-25

Fi żmien Erodi, sultan tal-Lhudija, kien hemm qassis jismu Żakkarija, mit-taqsima ta’ Abija; martu, li kien jisimha Eliżabetta, kienet minn ulied Aron. It-tnejn kienu nies ġusti quddiem Alla u jimxu bla nuqqas ta’ xejn skond il-preċetti u l-kmandamenti kollha tal-Mulej. Ulied ma kellhomx, għax Eliżabetta ma setax ikollha, u t-tnejn kienu mdaħħlin fiż-żmien… Kompli aqra »

19 – 25 ta’ Diċembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi fis-Seminarju tal-Virtu’.

7.30 p.m. L-Arċisqof jattendi għall-festin tal-Milied mal-Kunsill u mal-impjegati tal-Moviment ta’ Kana, l-Istitut Kattoliku.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, l-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq Radju Marija.

6.30 p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 18 ta’ Dicembru

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent

Luqa 1, 26-38

Mbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima… Kompli aqra »

IL-PAPA JĦEĠĠEĠ LILL-MORDA JSIBU KOMFORT FIL-MILIED

Il-Papa Benedittu XVI qed jinkoraġixxi lill-morda sabiex isibu l-komfort tagħhom fil-Milied, anki jekk fil-ħajja ta’ kuljum jesperjenzaw il-ġrajja tal-Ġimgħa l-Kbira.

Il-Papa għamel din l-istedina fi tmiem l-udjenza ġenerali ta’ dil-ġimgħa, meta ta t-tislima tradizzjonali tiegħu liż-żgħażagħ, lill-morda u lill-miżżewġin friski.

Liż-żgħażagħ qalilhom “ħejju qalbkom biex tilqa’ għall-Mulej Ġesu, li jsalvana bil-qawwa tal-imħabba tiegħu”.

Għamel kuraġġ lill-morda. Qalilhom, “intom li tesperjenzaw il-piż tas-salib, jalla ċ-ċelebrazzjonijiet dal-Milied iġibulkom serenita u komfort”… Kompli aqra »

IL-KNISJA TNIEDI ‘SPOT’ IEĦOR GĦAT-TELEVIŻJONI MIS-SERJE ‘GĦIX IL-FIDI’

Illum il-Knisja nediet ‘spot’ għat-televiżjoni li juri kif il-fidi hija attwali. Fil-filmat qasir, jidhru żgħażagħ mill-Band SALT qed idoqqu l-mużika li kitbu huma stess biex ifaħħru ‘l Alla.

Il-Knisja f’Malta ppreżentat it-tieni minn serje ta’ spots bit-tema ‘Għix il-Fidi’. L-ispot li jiffoka fuq iż-żgħażagħ se jintwera fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali kollha.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com Kompli aqra »