Yearly Archives: 2011

Il-Vanġelu tal-Jum – 9 ta’ Ottubru


Mattew  22, 1-14

Ġesù raġa’ qabad ikellimhom bil-parabboli u qalilhom: “Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta’ ibnu. U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu. U reġa’ bagħat qaddejja oħra, u qalilhom, ‘Għidu lill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta; il-barrin u l-għoġiela msemmna diġà maqtula u kollox lest; ejjew għall-festa.’ Iżda dawk ma tawx kas; min mar l-għalqa, min għan-negozju tiegħu, u l-bqija qabdu lill-qaddejja tas-sultan, żebilħuhom u qatluhom… Kompli aqra »

DIRETTUR ĠDID TAL-APPOSTOLAT TAL-BAĦAR

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. nnomina lil Fr Joe Borg biex ikun Direttur tal-Appostolat tal-Baħar.

Fr Borg twieled Ħal Qormi (Parroċċa San Bastjan) nhar is-7 ta’ Frar 1943. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi u fis-Seminarju Minuri. F’Ottubru tal-1962 beda l-kors tal-Filosofija u t-Teoloġija fl-Università ta’ Malta u ġie ordnat saċerdot fl-1970. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi, fejn għal perijodu ta’ ħames snin kien viċi-kappillan… Kompli aqra »

IT-TRIBUNAL TAL-KNISJA BI SPIŻA TA’ KWAŻI €550,000

Matul is-sena li għaddiet il-Knisja tat kontribut ta’ €546,000 biex tagħti servizz pastorali fit-Tribunal tagħha. L-ispiża tkopri ż-żewġ Tribunali li għandha l-Knisja f’Malta, jiġifieri dak tal-Ewwel Istanza u dak Reġjonali tal-Appell, jew kif jissejjaħ, dak tat-Tieni Istanza.

Fl-istess waqt, dawk li ngħataw servizz mit-Tribunal bejniethom taw kontribut li jlaħħaq il-€103,000, biex b’hekk il-Knisja tkun ħarġet sussidju ta’ ftit aktar minn €443,000 għall-operat tat-Tribunal fl-2010… Kompli aqra »

ADORAZZJONI GĦAL VOKAZZJONIJIET

Mhux intom għażiltuni imma jien għażiltkom …

… ejja itlob magħna għal aktar vokazzjonijiet fil kappella tal-kurja, l-Furjana. (Dħul minn quddiem id-depot)

Nhar il-Ħadd 9 ta’ Ottubru:

9.00 a.m. Rużarju

9.30 a.m. Quddiesa

10.15 a.m. Adorazzjoni sal-10.50 a.m.

Organiżżat miċ-Ċentru Vokazzjonjiet, Is-Seminarju, Tal-Virtu’ – Rabat 21450354 Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 8 ta’ Ottubru

Luqa 11, 27-28

Huwa u jgħid dan, kien hemm waħda mara li għolliet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu: “Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt!” Iżda hu qalilha: “Imma tassew ngħidlek, aktar hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha!”

Il-Qaddis tal-jum: Santa Benedicta, Vergni Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR L-ISKOLA TA’ SAN ĠORĠ PRECA FL-ALBANIJA

Waqt żjara fl-Albanija għal Konferenza tal-Isqfijiet Ewropej bejn it-28 ta’ Settembru u s-6 ta’ Ottubru 2011, l-Arcisqof Pawlu Cremona O.P. żar lill-istudenti tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca, f’Korca, l-Albanija. Fir-ritratti jidher ukoll l-Isqof Malti George Frendo (Isqof Awżiljarju ta’ Tirana-Durres) filwaqt li fil-group photo jidhru l-patrijiet Dumnikani u l-membri tal-MUSEUM li qed jagħtu servizz pastorali fl-Albanija. L-Arċisqof wasal lura Malta il-Ħamis, 6 ta’ Ottubru… Kompli aqra »

BIL-KELMA T-TAJBA

Bil-Kelma t-tajba – Is-Sibt 8.10.2011fuq One TV fit-3.30pm b’repetizzjoni l-Ħadd fis- 7.30am.

Bil-Kelma t-Tajba jirritorna fl-iskeda ġdida ta’ programmi fuq ONE TV minn nhar is-Sibt 8 t’Ottubru fit-3.30pm b’ripetizzjoni l-Ħadd fis-7.30 ta’ filgħodu. F’dan l-ewwel programm, li ser jixxandar mill-istudio ta’ ĊAM Productions International, il-preżentatur Edward Wright se jkollu miegħu grupp ta’ adoloxxenti subien u bniet u flimkien magħhom ser jiddiskuti xi valuri li joħorġu mill-Vanġelu tat-28 Ħadd matul is-Sena Liturgika… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 7 ta’ Ottubru

Luqa 1, 26-38

Mbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima… Kompli aqra »

STUDJU JURI LI S-SAĊERDOTI HUMA KUNTENTI U JAPPREZZAW IĊ-ĊELEBAT TAGĦHOM

Hapiness in priesthood

Intervista ma’ Monsinjur Stephen Rossetti

Mons Rossetti qal li s-saċerdoti, b’mod ġenerali, huma fost l-iktar membri ferħana tas-soċjeta, u kontra l-opinjoni sekulari, ħafna minnhom jabbraċċaw iċ-ċelebat tagħhom bħala aspett pozittiv tal-istess vokazzjoni tagħhom. Dawn kienu wħud mill-konkluzjonijiet li Mons Rossetti għamel fil-ktieb tiegħu “Why priests are happy”, pubblikazzjoni ta’ Ave Maria Press mnedija fl-aħħar jiem.

L-awtur li bħalissa qed jokkupa l-kariga ta’ ko-dekan għal programmi ministerjali u għas-seminarju fl-Universita Kattolika Amerikana… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 6 ta’ Ottubru

Luke 11, 5-13

Qalilhom Gesu: “Wieħed minnkom ikollu ħabib li jiġih f’nofs ta’ lejl u jgħidlu, ‘Ħabib, islifni tliet ħobżiet, għax ġie għandi wieħed ħabib tiegħi mill-vjaġġ u ma għandix x’nagħtih.’ U l-ieħor iwieġbu minn ġewwa u jgħidlu, ‘Iddejjaqnix; issa l-bieb magħluq, u wliedi qegħdin  fis-sodda miegħi; ma nistax inqum nagħtik.’ Ngħidilkom jien, li jekk ma jqumx jagħtih għax ħabib tiegħu, iqum u jagħtih kull ma jkollu bżonn minħabba l-wiċċ sfiq tiegħu… Kompli aqra »