L-aħħar erba’ xhur kienu ferm impenjattivi għall-Papa Benedittu XVI u għas-Santa Sede, b’attivtajiet li varjaw minn ftuħ is-sena tal-fidi, żjarat appostoliċi u djoċesani, messaġġi tematiċi u riflessjonijiet kateketiċi, fost attivitajiet u inizjattivi oħra. Ħarsa lejn il-kalendarju papali fl-aħħar erba’ xhur.
SETTEMBRU
4: Messaġġ imqanqal mill-Papa fil-funeral tal-Kardinal Carlo Maria Martini, Arċisqof emeritus ta’ Milan fl-Italja li miet fl-eta ta’ 85 sena fl-aħħar jum ta’ Awwissu li għadda
10: Laqgħa bejn il-Papa u t-tieni grupp ta’ Isqfijiet mill-Konferenza Episkopali tal-Kolumbja
14-16: Żjara Appostolika fil-Libanu
14: Pubblikazzjoni tal-Eżortazzjoni Appostolika Post-Sinodali tal-Assembela Speċjali tas-Sinodu tal-Isqfijiet għal-Lvant Nofsani f’Bejrut, il-Libanu
18: Il-Papa jappunta l-Missirijiet tas-Sinodu għat-tlettax-il Assemblea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet bit-tema “L-Evanġelizzazzjoni l-ġdida għat-trasmissjoni tal-fidi nisranija”
20: Imut il-Kardinal Fortunato Baldelli, li kien penitenzjarju emeritus ewlieni tal-Penitenzjarju Appostoliku
21: Laqgħa tal-Papa mal-Isqfijiet tal-Konferenza Episkopali Franċiża
25: B’inizjattiva tal-Kunsill Pontifiċju għall-Kultura, il-Kunvent Imqaddes t’Assisi u l-Assoċjazzjoni ‘Oicos Riflessioni, organizzat l-‘Atrium ta’ San Franġisk bit-tema “Alla, li ma nafux… Kompli aqra »