Arkivji mensili: Jannar 2012

L-INTENZJONIJIET TAT-TALB TAL-PAPA GĦAL FRAR

Pope praying

Matul ix-xahar ta’ Frar, il-Papa Benedittu XVI se jitlob biex il-popli jkollhom aċċess għall-ilma u riżorsi oħra bażiċi u meħtieġa għall-ħajja ta’ kuljum. Dan ħabbritu l-Appostolatura tat-Talb tal-Papa fil-Vatikan.

Bħal kull xahar, titħabbar l-intenzjoni missjunarja. Tul Frar, il-Kap tal-Knisja Kattolika se jitlob sabiex il-Mulej isostni l-isforzi tal-ħaddiema tas-saħħa li fir-reġjuni l-iktar fqar tad-dinja qed jassistu lill-morda u lill-anzjani. Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR IL-FERGĦA TAL-MUSEUM F’SAN ĠWANN

Nhar il-Ħamis 26 ta’ Jannar 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekiżmu fil-MUSEUM u fiċ-Ċentru taż-Żwejt, fil-MUSEUM tas-Subien, San Ġwann, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu fil-parroċċa.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof f’ San Ġwann.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

IL-PAPA DWAR L-AWTORITA VERA BĦALA SERVIZZ UMLI FL-IMĦABBA

Pope-Benedict-XVI

Fir-riflessjonijiet tiegħu li bħal kull ġimgħa jaħbtu mat-talba tal-Angelus, il-Papa Benedittu XVI irrefera għall-vanġelu li fih l-ispirtu ħażin jagħraf lil Ġesu bħala l-Qaddis ta’ Alla. Il-Papa jieħu wkoll l-okkażjoni li jfakkar fil-Jum Dinji ta’ dawk morda bil-lebbra. Ngħaqad ukoll fit-talb fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-interċessjoni għall-paċi fl-Art Imqaddsa u flimkien maż-żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika fl-Italja, ħeles żewġ ħamimiet bojod bħala sinjal ta’ paċi.

IS-SANTA SEDE U L-ORGANIZZAZZJONI PALESTINJANA GĦALL-ĦELSIEN JITLAQGĦU F’RAMALLAH

F’komunikat konġunt dwar din il-laqgħa f’Ramallah, intqal li fit-tkomplija tan-negozjati bilaterali, in-naħa Palestinjana għaddiet lid-delegazzjoni tas-Santa Sede r-reazzjoni għall-abbozz ta’ ftehim propost mis-Santa Sede… Kompli aqra »

STEDINA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ: EJJEW U TARAW

Ejjew u Taraw’ hi t-tema magħżula din is-sena għal-Live-in Vokazzjonali li ser isir ġewwa s-Seminarju tal-Arċisqof bejn is-Sibt, 11 u l-Ħadd, 12 ta’ Frar 2012.

L-għan ċentrali ta’ dan il-Live-in ser ikun li wieħed jisma’ u jfittex is-sejħa vokazzjonali u kif ukoll jagħmel esperjenza ta’ jumejn ġewwa s-seminarju flimkien mas-seminaristi.

Żgħażagħ ‘il fuq minn 16-il sena li ġewwa fihom qed jħossu l-leħen ta’ Alla jsehilhom għandhom jilqgħu din l-isfida li qegħdha ssirilhom… Kompli aqra »

30 ta’ Jannar – 5 ta’ Frar

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ San Ġwann bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-Iskola Primarja ‘B’ ta’ San Ġwann.

L-Erbgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jirċievi żjara ta’ kortesija minn Mons. Isqof ta’ Lourdes, il-Kurja… Kompli aqra »

FL-AĦĦAR ĦAMES SNIN ŻEWĠ TERZI TAŻ-ŻWIĠIJIET KIENU RELIĠJUŻI

F’dawn l-aħħar ħames snin, żewġ terżi taż-żwiġijiet li saru f’Malta u Għawdex, jew 66.8 fil-mija, kienu reliġjużi. F’Għawdex biss, iż-żwiġijiet reliġjużi kienu 78 fil-mija. Bejn l-2007 u l-2011 fil-gżejjer Maltin kienu rreġistrati mal-Istat b’kollox 12,148 żwieġ, li minnhom 8,111 kienu reliġjużi. Minn dawn, il-maġġoranza kbira, jew 8,071, kienu bir-rit Kattoliku; l-oħrajn kienu bir-rit ta’ reliġjonijiet oħra.

L-għadd ta’ żwiġijiet ċivili, dejjem f’dawn l-aħħar ħames snin, kienu 4,037, jew 33.2 fil-mija taż-żwiġijiet kollha li saru f’Malta u Għawdex… Kompli aqra »

IL-MESSAĠĠ TAL-PAPA GĦALL-JUM DINJI

Mission Sunday

Il-Papa Benedittu XVI ħareġ bil-messaġġ tal-Jum Missjunarju Dinji , iċċelebrat f’Ottubru li ġej. It-tema għall-messaġġ ta’ din is-sena huwa marbut mar-radjazzjoni tal-kelma tal-verita li ħallielna Ġesu. Il-messaġġ tal-Papa hu maqsum f’erba’ partijiet. Fl-introduzzjoni, il-Jum Missjunarju Dinji jitpoġġa fil-kuntest tal-50 anniversarju tal-Konċilju Vatikan II, id-Dikjarazzjoni Konċiljari Ad gentes, is-Sena tal-Fidi u l-Assemblea Sinodali dwar l-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida.

Viżibbilment separati b’titli, l-erba’ partijiet tal-messaġġ tal-Papa huma ddedikati għall-ekkleżjoloġija missjunarja, il-priorita tal-evanġelizzazzjoni, il-fidi u l-proklamazzjoni u l-proklamazzjoni li ssir imħabba… Kompli aqra »

EDIZZJONI SPEĊJALI TA’ QALBINNIES MINN RUMA NHAR IT-TNEJN LI ĠEJ FUQ TVM

Edizzjoni specjali ta’ Qalbinies minn Ruma nhar it-Tnejn 30 ta’ Jannar fuq TVM (9:45 p.m.).

Il-prezentatrici Josianne Camilleri, f’isem l-inewsroom ta’ radju RTK, tiltaqa’ ma’ Patri Prospero Grech O.S.A., li ser jinħatar kardinal mill-Papa Benedittu XVI fil-Konċistorju tat-18 ta’ Frar. Il-crew ta’ Qalbinnies qatta’ ftit jiem fil-Kunvent tal-Agostinjani f’Ruma biex insiru nafu iktar min hu dan il-patri tant maħbub… Kompli aqra »