Arkivji mensili: Frar 2012

ŻEWĠ KANDIDATI ĠODDA GĦAS-SAĊERDOZJU

Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Frar 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser jiċċelebra Quddiesa li fiha żewġ seminaristi ser jitolbu lill-Knisja biex tilqagħhom uffiċjalment bħala kandidati għall-Ordni tad-Djaknonat u tal-Presbiterat. Din iċ-ċelebrazzjoni ser issir fil-Parroċċa ta’ Marija Assunta, Ħal Għaxaq, fis-6.30 p.m.

Iż-żewġ seminaristi, li bħalissa jinsabu fil-ħames sena tal-formazzjoni, huma Luke Cutajar mill-Parroċċa San Pawl, ir-Rabat, u Brian Gialanzè mill-Parroċċa San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 22 ta’ Frar

Ras ir-Randan

Mt 6,1-6.16-18

“Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet. “Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh… Kompli aqra »

IL-PAPA: “IR-RANDAN HU Ż-ŻMIEN LI FIH WIEĦED JGĦIN LILL-OĦRAJN, MATERJALMENT U SPIRITWALMENT”

L-Erbgħa 22 ta’ Frar huwa Ras ir-Randan. F’dan il-jum, il-Knisja Kattolika tidħol fiż-żmien liturġiku tar-Randan, li jikkonsisti f’erbgħin jum ta’ talb, sawm u karita li jwasslu għall-ikbar festa tal-Knisja Kattolika, l-Għid il-Kbir. Fil-messaġġ tiegħu, il-Papa Benedittu XVI, dis-sena qed jappella lil dawk kollha li jemmnu sabiex jieħdu kura fraterna tal-oħrajn – f’termini aktar sempliċi, appella biex kulħadd jieħu ħsieb xulxin. Dan l-appell tal-Papa, ħareġ ukoll fis-sejħa tal-Patrijarka tal-Art Imqaddsa, Faud Twal, li appella biex ħadd ma jinsa lill-familji li qed jissieltu biex iżommu ħajja l-preżenza nisranija fl-art fejn Ġesu Kristu għex il-passjoni tiegħu, inqatel u qam mill-mewt… Kompli aqra »

ŻMIEN IR-RANDAN

Għada, l-Erbgħa 22 ta’ Frar, il-Knisja tagħti bidu għar-Randan Imqaddes: erbgħin jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Matul ir-Randan, il-Knisja tħeġġeġ lill-membri tagħha biex, fost affarjiet oħra, jaqraw il-Kelma ta’ Alla, jieħdu sehem fis-sagramenti, u jattendu l-Eżerċizzi Spiritwali.

Bħala gwida dwar ċaħda personali u ta’ karita’, l-Isqfijiet iqiegħdu quddiem il-membri tal-Knisja għadd ta’ opri tajba biex jagħżlu minn fosthom dawk li l-iktar jiswewlhom sagrifiċċju… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 21 ta’ Frar

Mark 9, 30-37

Telqu minn hemm u għaddew minn nofs il-Galilija, u ma ried li ħadd ikun jaf, għax beda jgħallem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom: “Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt.” Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u beżgħu jistaqsuh… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 20 ta’ Frar

Mark 9,14-29

Meta reġgħu ġew ħdejn id-dixxipli l-oħra, rawhom b’kotra kbira ta’ nies madwarhom, u xi kittieba jitlewwmu magħhom. In-nies, kif rawh, lkoll stagħġbu ħafna u ġrew lejh biex isellmulu. U hu staqsiehom: “Fuqiex qegħdin titlewwmu magħhom?” U wieħed mill-kotra qallu: “Mgħallem, ġibtlek lil ibni għax għandu spirtu mbikkem. U kull fejn jaħkmu jsabbtu ma’ l-art u hu joħroġ ir-ragħwa minn ħalqu, jgħażżeż snienu u jibbies… Kompli aqra »

20 – 26 Frar

It-Tnejn

1.30 p.m. L-Arċisqof jasal lura Malta minn Ruma.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tas-Sorijiet tal-Klarissi ta’ San Ġiljan, bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u Koppji Mexxejja ta’ San Ġiljan.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu u mal-Kunsill Parrokkjali Ekonomiku ta’ San Ġiljan.

It-Tlieta

9.30 a.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 19 ta’ Frar

Is-Seba’ Hadd tas-Sena

Mark 2, 1-12

Meta wara xi ġranet daħal Kafarnahum, in-nies semgħet li kien id-dar. U nġabru bosta, hekk li ma kienx hemm fejn joqogħdu iżjed, anqas quddiem il-bieb. U qagħad ixandrilhom il-kelma. U marru ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, merfugħ minn erbgħa min-nies. Billi ma setgħux jersqu sa ħdejh minħabba l-kotra, qalgħu s-saqaf ta’ fuqu, fetħu toqba, u niżżlu minnha l-friex li fuqu kien mimdud il-mifluġ… Kompli aqra »

ISIR IL-KONĊISTORJU BIL-ĦATRA TA’ 22 KARDINAL ĠDID, INKLUŻ WIEĦED MALTI

Cardinal Prospero Grech

Fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, matul l-għodwa tas-Sibt, il-Papa Benedittu XVI ċċelebra r-raba’ Konċistorju Ordinarju Pubbliku tal-Pontifikat tiegħu, li matulu ħatar 22 Kardinal ġdid, inkluż fosthom il-Malti, Mons Prospero Grech – li huwa t-tieni Kardinal Malti fl-istorja tal-Knisja Kattolika. Wara t-talba tad-dħul u l-Liturġija tal-Kelma, il-Papa agħmel l-omelija li matulha beda biex spjega l-kliem ‘effikaċi’ li ntuża fid-daħla għar-ritwal sollenni, kliem li bih Ġesu ħatar lill-Pietru ‘il-blata li fuqha jiena nibni l-Knisja tiegħi’… Kompli aqra »

L-Eżilju – Randan 2012

Għeżież ħutna,

Wasalna għaż-żmien tar-Randan. Iż-żmien tar-Randan irid iwassalna għall-ġrajjiet kbar tat-tbatija, mewt u Qawmien ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Dawn il-ġrajjiet huma tant importanti fil-ħajja tagħna li hemm bżonn nirriflettu fuqhom u nħejju għalihom tul dawn l-erbgħin jum li ġejjin. Dawn l-erbgħin jum iridu jdaħħluna fl-atmosfera ta’ dawn il-ġrajjiet billi nitolbu, iżda woll billi nirriflettu xi jfissru għalina… Kompli aqra »