Arkivji mensili: April 2012

IR-RAGĦAJ IT-TAJJEB JAGĦTI ĦAJTU GĦAN-NAGĦAĠ TIEGĦU

The Good Spheperd

l-Jum tal-Ħadd kien jum speċjali għal disa’ djakni li kienu ordnati saċerdoti mill-Papa Benedittu XVI proprju fil-Jum Dinji ta’ talb għall-vokazzjonijiet reliġjużi. Tmienja minn dawn id-djakni kienu mid-djoċesi ta’ Ruma u d-disa’ wieħed mill-Vjetnamm. Interessanti li dan tal-aħħar kien avukat, u tnejn mill-bqija kienu pilota u gradwat fil-kemistrija, rispettivament.

Meta indirizza lill-kongregazzjoni miġbura quddiemu, li kienet naturalment tinkludi l-familji u l-ħbieb ta’ dawn id-disgħa saċerdoti ġodda, il-Papa qal li s-saċerdot, bħar-ragħaj, hu msejjaħ imexxi l-fidili afdati f’idejh lejn il-ħajja vera, “il-ħajja fil-milja tagħha”… Kompli aqra »

ARĊISQOF JGĦID LI ‘PACEM IN TERRIS’ HI MUDELL GĦALL-PREDIKAZZJONI

Pope John XXIII

“Hekk kif il-Knisja Kattolika qed iżżid l-isforzi tagħha fl-evanġelizzazzjoni l-ġdida, kif ukoll il-ħidma fil-qasam tal-ġustizzja u l-paċi fid-dinja, ikun għaqli li wieħed jimita l-approċ pożittiv u profetiku li ħa Beatu Ġwanni XXIII fl-enċiklika tiegħu ‘Pacem in Terris’ jew ‘Paċi fl-Art’.”

Din l-istqarrija għamilha l-Arċisqof Franċiż Roland Minnerath ta’ Dijon fi ftuħ il-laqgħa tal-Akkademja Pontifiċja tax-Xjenzi Soċjali, li fl-aħħar jiem żammet it-tieni minn tliet laqgħat bi tħejjija għall-50 anniversarju tal-enċiklika ‘Pacem in Terris’, li se jsir is-sena d-dieħla, enċiklika li tħares mill-qrib lejn it-kisba tal-paċi, il-ġustizzja, l-imħabba u l-liberta… Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ARĊISQOF FL-GĦOTJA TAL-MINISTERU TAL-LETTORAT LIL ŻEWĠ SEMINARISTI

Knisja Parrokkjali ta’ Santa Luċija

28 ta’ April 2012

Ħuti,

Kif għidna fil-bidu, dawn iż-żewġ seminaristi qegħdin issa qrib it-triq li, bl-għajnuna ta’ Alla l-Imbierek, twassalhom għas-saċerdozju ministerjali, jew kif sirna ngħidulu wkoll, għall-Presbiterat. Illum huma se jiġu istitwiti fil-ministeru tal-Lettorat jiġifieri s-servizz tal-kelma, imbagħad jiġu istitwiti fil-ministeru tal-akkolitat jiġifieri s-serviżż tal-altar, u wara jidħlu f’dak li hu s-sagrament shih ta’ min ikun se jiġi ordnat presbiteru, billi jircievu d-djakonat, imbagħad jiġu ordnati presbiteri fil-Knisja… Kompli aqra »

30 ta’ April – 6 ta’ Mejju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-subien li jattendu l-katekiżmu fiċ-ċentru tal-katekeżi tal-parroċċa tal-Birgu, bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa.

7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-assemblea parrokkjali tal-istess parroċċa.

8.30 p.m. L-Arċisqof jattendi festin fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa, il-Barrakka ta’ Fuq, il-Belt Valletta.

It-Tlieta

3.30 p.m… Kompli aqra »

JUM DINJI TA’ TALB GĦALL-VOKAZZJONIJIET

Il-Ħadd 29 ta’ April, il-Knisja tiċċelebra Jum il-Vokazzjonijiet. Fil-messaġġ tiegħu fl-okkażjoni tad-49 Jum Dinji ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet, il-Papa Benedittu XVI ħeġġeġ mill-qalb lil dawk kollha responsabbli fil-Knisja u fil‑qasam tal‑edukazzjoni taż‑żgħażagħ sabiex jagħtu attenzjoni speċjali lil dawk il‑membri tal‑komunitajiet parrokkjali, assoċjazzjonijiet u movimenti ekkleżjali li jħossu fihom sejħa għas‑saċerdozju jew għal konsagrazzjoni speċjali. Il-Papa qal li “huwa importanti għall‑Knisja li toħloq dawk il‑kundizzjonijiet li jippermettu liż‑żgħażagħ jgħidu ‘iva’ bi tweġiba ġeneruża għas‑sejħa t’Alla kollha mħabba”… Kompli aqra »

436 APPLIKAZZJONI GĦAD-DIVORZJU FL-EWWEL SITT XHUR

Minn mindu daħlet fis-seħħ il-liġi tad-divorzju f’pajjiżna fl-1 ta’ Ottubru li għadda sa l-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena, jiġifieri f’perjodu ta’ sitt xhur, quddiem il-Qrati ta’ Malta u Għawdex saru b’kollox 436 applikazzjoni għad-divorzju. Dan skont tagħrif mogħti mill-Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja lil IL-ĠENSillum online.

Fl-ewwel tlett xhur li l-liġi kienet fis-seħħ, jiġifieri bejn l-1 ta’ Ottubru u l-31 ta’ Diċembru 2011, quddiem il-Qrati ta’ Malta kienu daħlu b’kollox 242 applikazzjoni għad-divorzju, waqt li ġimgħa wara daħlet il-liġi, kienu diġà daħlu 20 applikazzjoni għad-divorzju… Kompli aqra »

KORS FUQ L-ISPIRITWALITA’ NISRANIJA

A course on Christian Spirituality will be held during the month of May. This course will be led by Fr Martin Cilia at the MSSP Oratory in Birkirkara. The course will be held on four Tuesdays: 1st, 8th, 15th and 22nd May 2012, at 7.30 p.m.

Kompli aqra »

IL-KNISJA TKOMPLI TINVESTI FIL-MEDIA EDUCATION FL-ISKEJJEL

Il-Knisja f’Malta hija mpenjata li ssaħħaħ u tagħti vitalita ġdida lil Media Education għaliex temmen li, aktar minn qatt qabel, dan huwa suġġett indispensabbli għall-edukazzjoni holistika tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. Għal dan il-għan, is-Segretarjat għall-Mezzi tal-Komunikazzjoni Soċjali u s-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija organizzaw seminar għall-għalliema kollha tal-PSD u l-Media Education fl-iskejjel tal-Knisja. Dan is-seminar sar il-Ġimgħa 27 ta’ April 2012, f’ Dar Ħanin Sammaritan, St.Venera… Kompli aqra »