Arkivji mensili: April 2012

SYMPOSIUM

Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ April 2012, is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M. qed torganiżża Symposium bit-tema: “Id-dinja għad għandha bżonn ix-xhieda tal-Qaddisin” li se jsir fis-7.00 p.m. fis-sala tal-iskola ta’ St Michael’s, Santa Venera. Kompli aqra »

ĊELEBRAZZJONIJIET LITURĠIĊI PRESEDUTI MILL-PAPA BEJN APRIL U ĠUNJU

Pope Benedict XVI

L-uffiċċju għaċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-Papa ippubblika l-kalendarju taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi li se jkunu preseduti mill-Kap tal-Knisja bejn dax-xahar u Ġunju.

F’dan ix-xahar t’April, preċiżament nhar il-Ħadd li ġej, li jaħbat ir-raba’ Ħadd tal-Għid, il-Papa se jippresiedi l-ordinazzjonijiet saċerdotali fil-Bażilika tal-Vatikan fid-9am.

Matul ix-xahar ta’ Mejju, fis-sitt Ħadd tal-Għid, nhar it-13 ta’ Mejju, il-Papa se jagħmel żjara pastorali fl-ibliet Taljani ta’ Arezzo, La Verna u San Sepolcro… Kompli aqra »

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-BIRGU

Nhar is-Sibt 21 ta’ April 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fil-Birgu bħala l-ftuħ uffiċċjali taż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa, u wara ltaqa’ man-nies.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

Konkors Kanzunetta Jum iż-Żgħażagħ 2012

Is-sibt 21 ta’ April – Is-sitt edizzjoni tal-Konkors Kanzunetta Jum iż-Żgħażagħ ġie mtella’ ġewwa l-awditorjum tal-Parroċċa ta’ Ħ’Attard. Tmien bands insara lokali daqqew l-innijiet oriġinali tagħhom live lil sala mimlija żgħażagħ. It-tema tal-konkors għal din is-sena kienet: “Ifirħu dejjem fil-Mulej” (Fil 4,4)

Il-kanzunetti kienu evalwati b’mod individwali minn ġurija magħmula minn seba’ esperti. Lejn tmiem il-programm, ir-riżultati ħabbru lill-innu ‘I Will Rejoice’, minn The Pilgrimage bħala l-aħjar kanzunetta… Kompli aqra »

L-GĦARFIEN TA’ KRISTU RXOXT

Pope Benedict XVI

-għarfien ta’ Kristu Rxoxt permezz tal-Kelma tiegħu u tal-Ewkaristija kien il-qofol tal-messaġġ tal-Papa Benedittuc XVI lbieraħ waqt ir-riflessjonijiet abbinati mar-reċita tar-Regina Caeli, li bejn l-Għid il-Kbir u Pentekoste tieħu post it-talba tal-Angelus. F’dan it-tielet Ħadd tal-Għid, il-Papa qal lib l-istess mod Kristu Rxoxt deher fost l-appostli, illum ukoll “is-Salvaturjassigurana bil-preżenza reali tiegħu permezz tal-kelma u l-Ewkaristija” u bħal ma ta l-paċi lid-dixxipli tiegħu, illum ukoll “huwa jagħtina l-paċi tiegħu, jiftħilna ħajjitna għall-ferħ  u jistedinna nagħtu xiehda tiegħu fid-dinja kollha, ikkaratterizzata mit-tbatija, mill-uġigħ u mill-biża”… Kompli aqra »

KAPPILLAN ĠDID GĦALL-PARROĊĊA TA’ ĦAL LUQA

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Gordon Refalo bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Ħal Luqa (Sant’ Andrija).

Dun Gordon twieled Tas-Sliema fl-1961. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu għand is-Sorijiet ta’ St Joseph u fil-Kullegg San Alwiġi, Birkirkara. Fl-1984 daħal is-Seminarju tal-Arċisqof u ġie ordnat saċerdot fl-1991.

Dun Gordon kien viċi-kappillan fil-parroċċa tal-Ħamrun (San Gejtanu), wettaq ħidma pastorali fil-parroċċa tan-Naxxar u kien kappillan fil-parroċċi ta’ Santa Luċija, Ibraġ u Swatar fejn ilu jservi għal dawn l-aħħar 7 snin… Kompli aqra »

23 – 29 ta’ April

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet fil-Birgu, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu fil-parroċċa.

6.00 p.m. L-Arċisqof  jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija tal-Birgu.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u mal-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali tal-Birgu.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola primarja tal-Birgu… Kompli aqra »

IL-KARDINAL PROSPERO GRECH JIEĦU PUSSESS TAD-DJAKONIJA TIEGĦU

Fi tmiem din il-ġimgħa, ħames kardinali fost it-22 maħtura fil-Konċistorju tat-18 ta’ Frar li għadda, se jieħdu pussess tad-djakonija tagħhom. Fosthom hemm il-Kardinal Prospero Grech O.S.A. li llejla, fis-6.00 p.m., se jieħu pussess tad-djakonija tiegħu ta’ Santa Maria Goretti f’Ruma. Kompli aqra »

KUNĊERT GĦAL JUM IŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Dan huwa l-vers mill-Bibbja li l-Papa għażel din is-sena biex iż-żgħażagħ jirriflettu fuqu u hija ukoll it-tema li ntgħażlet għall-World Youth Day Concert (Kunċert Jum iż-Żgħażagħ) ta’ din is-sena. Dan huwa kunċert b’differenza, festa ta’ mużika live imtellgħa miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ, fejn aħna lkoll ningħaqdu flimkien f’ċelebrazzjoni Kattolika ta’ ferħ, fidi u mużika.

Il-kunċert jinvolvi numru ta’ bands lokali li ngħataw l-opportunità li jesprimu t-talent tagħhom b’lirika oriġinali u b’tema Kristjana… Kompli aqra »