Arkivji mensili: April 2012

L-INTIMITA SESSWALI

A project entitled Żwieġ B’Saħħtu was launched by Cana Movement in October 2008, the aim of which is to create greater awareness among the general public on the necessity for strengthening marriage and the family, through the presentation of different topics and aspects of family life.

The third talk in the fourth cycle of seminars will be delivered on 25th April 2012 by Dr Anna Maria Vella, President of the Cana Movement… Kompli aqra »

KARDINAL TALJAN JGĦID LI D-DIBATTITU DWAR IL-LIBERTA RELIĠJUŻA HU TWISSIJA GĦALL-EWROPA

Il-Kardinal irtirat Giovanni Lajolo qal li d-dibattitu attwali fl-Istati Uniti tal-Amerka dwar il-liberta reliġjuża għandu jispira lill-Kattoliċi fl-Ewropa sabiex jirsistu għal protezzjoni legali ikbar f’dak li jirrigwarda d-drittijiet tagħhom li joġġezzjonaw quddiem “normi leġislattivi li minħabba l-implikazzjonijiet morali tagħhom, huma f’kunflitt man-normi morali affermati uffiċjalment mill-awtoritajiet reliġjużi tal-individwu”.

Dak li kien President tal-Kummissjoni li tmexxi l-iStat tal-Vatikan, għamel ir-rimarki tiegħu f’taħdita fl-iskola tal-liġi fi ħdan l-Universita Kattolika tal-Qalb Imqaddsa f’Milan… Kompli aqra »

KATTOLIĊI JITOLBU L-MEXXEJJA TAD-DINJA JIDDETERMINAW IL-FRUNTIERA BEJN IS-SUDAN U SOUTH SUDAN

Sudan and South Sudan border

Il-mexxejja kattoliċi qed jappellaw lill-komunita internazzjonali sabiex iżżid l-isforzi tagħha biex tilqa’ milli tfaqqa’ gwerra ħarxa minħabba t-territorju li fuqu hemm nuqqas ta’ qbil fuq il-fruntiera tas-Sudan man-nofsinhar tal-pajjiż.

L-Isqof Awżiljarju ta’ Khartoum, Daniel Adwok Kur, qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet Catholic News Service, CNS, li t-tensjoni bejn is-Sudan u s-South Sudan, li hu l-aħħar pajjiż uffiċjalment rikonoxxut bħala Stat, jistgħu jittaffew jekk il-Ġnus Maqgħuda u l-Unjoni Afrikana jidħlu medjaturi u jittentaw jiddeterminaw il-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi… Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-PARROĊĊA TA’ SAN LAWRENZ, IL-BIRGU

Il-Ġimgħa, 20 ta’ April

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Arċipriet, dwar iż-żjara pastorali f’din il-parroċċa.

Is-Sibt, 21 ta’ April

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija fis-Sala Dun Pawl Camilleri.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja parrokkjali fil-ftuħ taż-żjara Pastorali fil-parroċċa u wara jiltaqa’ man-nies.

It-Tnejn, 23 ta’ April

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-bniet li jattendu l-katekiżmu fil-Museum tal-Bniet… Kompli aqra »

Edukazzjoni>Integrazzjoni Forum taż-Żgħażagħ

L-Erbgħa April 18 – il-ħames edizzjoni tal-Forum taż-Żgħażagħ se jittella’ ġewwa Dar l-Ewropa, bejn 7pm u 9pm. Permezz tat-tema, Edukazzjoni>Integrazzjoni, il-Forum se jiddiskuti bidliet konkreti fis-sistema edukattiva biex titkattar l-integrazzjoni soċjali.

Il-Forum iġib flimkien żgħażagħ b’ispirazzjoni nisranija minn għalqa wiesa’ ta’ dixxiplini. Fi djalogu ma’ persuni responsabbli mill-politika nazzjonali, huma se jwasslu ideat ġodda dwar kif tista’ tintlaħaq aktar integrazzjoni soċjali permezz tal-proċess edukattiv… Kompli aqra »

LAQGĦA TA’ DJALOGU EKUMENIKU

‘Ikoni u Idoli’ huwa t-titlu tal-laqgħa ta’ djalogu li se ssir nhar il-Ħamis, 26 ta’ April 2012. Christians Together in Malta (Malta Ecumenical Council) jistiednu lil kulħadd jattendi.  Il-laqgħa se ssir bejn is-6.00 u s-7.00 p.m., f’St. Andrew’s House, Triq l-Ifran, il-Belt Valletta. Persuni minn denominazzjonijiet nsara differenti huma mistiedna jaqsmu l-fehmiet tagħhom fuq dan is-suġġett. Kompli aqra »

KUMMISSJONI BIBBLIKA TISTUDJA L-VERITA`, L-ISPIRAZZJONI

Sacred Scripture

Ilbieraħ fetħet is-sessjoni plenarja annwali tal-Kummissjoni Bibblika Potinfiċja, li se ttul sal-Ġimgħa u li qed issir fid- Domus Sanctae Marthae fil-Vatikan taħt il-presidenza tal-Kardinal William Joseph Levada, Prefett tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi. Qed imexxi s-sessjoni s-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni, il-Ġiżwita Klemens Stock.

Il-parteċipanti qed jirriflettu dwar it-tema ‘L-Ispirazzjoni u l-Verita fil-Bibbja’.

Fl-ewwel stadju tal-eżaminazzjoni tas-suġġett, il-Kummissjoni għażlet li tiffoka l-attenzjoni fuq il-mod kif huma rivelati l-Ispirazzjoni u l-Verita fl-Iskrittura Mqaddsa… Kompli aqra »