Arkivji mensili: April 2012

IL-KARMELITANI JIĊĊELEBRAW IL-KAPITLU PROVINĊJALI

Nhar it-Tnejn 9 t’April 2012, ir-Reliġjużi Karmelitani tal-Provinċja Karmelitana Maltija ltaqgħu fid-Dar tat-Talb ‘Lunzjata’ fir-Rabat biex jiċċelebraw il-Kapitlu Provinċjali.  Il-Kapitlu Provinċjali, li jsir kull tliet snin, qiegħed ikun presedut mill-Pirjol Ġenerali tal-Ordni Karmelitan Patri Fernando Millán Romeral, u se jdum sal-Ġimgħa 13 t’April 2012. Għal din l-okkażjoni, qed jakkumpanja lill-Pirjol Ġenerali, il-Kunsillier Ġenerali Patri John Keating.

F’dan il-Kapitlu Provinċjali, ir-reliġjużi jagħmlu evalwazzjoni tal-ħajja Karmelitana fil-Provinċja, u programmazzjoni għat-tliet snin li ġejjin… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF FITZGERALD: “QATT MHU TARD WISQ LI WIEĦED IĊEDI L-VJOLENZA”

Syria-violence

In-Nunzju Appostoliku għall-Eġittu u l-Kajr, ibbażat fil-Lega Għarbija, irrefera għall-kriżi fis-Sirja u qal li “qatt mhu tard wisq biex wieħed iċedi l-vjolenza”. Ilbieraħ is-Sirja qalet li sal-lum kellha tirtira l-preżenza militari mill-ibliet kollha biex eventwalment tagħti spazju għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ paċi bejn il-Ġnus Maqgħuda u l-Lega Għarbija imħeġġeġ mill-mibgħut Kofi Annan.

Mons Fitzgerald qal li “l-missjoni ta’ Annan hi sors ta’ tama għar-restawr tal-paċi fis-Sirja, pero għal dan hemm ukoll il-kundizzjonijiet”… Kompli aqra »

GRUPP TA’ SAĊERDOTI JIĊĊELEBRA L-50 ANNIVERSARJU MILL-ORDINAZZJONI SAĊERDOTALI

Nhar it-Tnejn 9 ta’ April 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa ma’ grupp ta’ saċerdoti li ċċelebraw il-50 anniversarju mill-ordinazzjoni tagħhom għas-saċerdozju, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Dawn huma Mons. Vinċenz Deguara, Dun Vincent Deguara, Dun Maurice Mifsud, Mons. Joseph Grech Cremona, Mons. Ġużepp Mifsud Bonniċi, Kan. John Ciarlo, Dun Gużepp Berry, Mons. Joe Carabott, Mons. Alfred Micallef, Mons… Kompli aqra »

IL-PAPA JAPPELLA GĦALL-PAĊI WAQT IL-BARKA TAL-GĦID LIL RUMA U LID-DINJA

Pope on Easter Sunday

Fit-tifkira tal-Qawmien mill-Mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu, nhar Ħadd il-Għid, il-Papa Benedittu XVI iċċelebra l-ewkaristija fi Pjazza San Pietru, segwita mis-solita barka li l-Kap tal-Knisja jagħti urbi et orbi, jiġifieri lil Ruma u lid-dinja kollha. Hija t-tradizzjoni li l-Papa jagħti din il-barka fil-Milied u fl-Għid. Fil-kummenti li għadda lill-fidili fi Pjazza San Pietru, il-Papa Benedittu XVI sellem u għadda l-awguri tal-Għid f’iktar minn sittin lingwa differenti, fosthom bil-Malti… Kompli aqra »

9 – 15 ta’ April

It-Tnejn

6.00 p.m.L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ma’ grupp ta’ saċerdoti li qed jiċċelebraw il-50 anniversarju mill-ordinazzjoni tagħhom għas-saċerdozju, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-parteċipanti tal-Kungress Internazzjonali tal-Katekisti, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Għaqda Każini tal-Banda, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

L-Erbgħa

9.30 a.m… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-KUMMISSJONI LITURĠIJA U MAS-SOĊJETA’ ĊIVILI TA’ TAL-IBRAĠ

Nhar it-Tnejn 2 ta’ April 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija ta’ Tal-Ibraġ, bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa. Aktar tard, l-Arċisqof iltaqa’ mas-soċjeta’ ċivili u wara ippresieda l-assemblea parrokkjali tal-istess parroċċa.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof f’ Tal-Ibraġ.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JITLOB LIS-SAĊERDOTI JKUNU TA’ SERVIZZ, UBBIDJENTI U DISPONIBBLI

Meta kien qed ikellem lis-saċerdoti waqt l-omelija li għamel fil-Quddiesa tal-Griżma nhar il-Ħamis filgħodu, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP ħeġġiġhom biex ikunu ta’ servizz, ubbidjenti u disponibbli.

Waqt din il-quddiesa, l-unika waħda li kienet iċċelebrata nhar Ħamis ix-Xirka filgħodu fl-Arċidjoċesi, is-saċerdoti, li mlew aktar minn nofs il-Konkatidral, ġeddew il-wegħdiet saċerdotali tagħhom. L-Arċisqof qal lis-saċerdoti miġbura fil-Konkatidral ta’ San Ġwann li “hemm tliet kelmiet li jfissru dak li se nagħmlu bit-tiġdid tal-wegħdiet saċerdotali tagħna: servizz, ubbidjenza u disponibbiltà”… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIPPRESIEDI L-FUNZJONI TA’ ĦAMIS IX-XIRKA

Il-Ħamis 5 ta’ April 2012, l-Arċisqof ippresieda ċ-ċelebrazzjoni tat-twaqqif tal-Ewkaristija fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Ħamis ix-Xirka.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

IL-PAPA DWAR L-UBBIDJENZA U L-ĦELSIEN FUQ L-GĦOLJA TAŻ-ŻEBBUĠ

Pope on Maundy Thursday

Il-Papa Benedittu XVI qal li fil-lejl imdallam tal-Għolja taż-Żebbuġ, “Ġesu rrisolva l-oppożizzjoni falza bejn l-ubbidjenza u l-liberta u fetaħ it-triq għall-ħelsien”. Matul il-funzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka, fit-tifkira tal-Aħħar Ikla li Ġesu għamel mad-dixxipli tiegħu, il-Papa qal li “naħsbu li aħna ħielsa u tassew aħna jekk insegwu r-rieda tagħna. Alla jkun jidher li hu  kontra din ir-rieda tagħna – gidba fundamentali”… Kompli aqra »

FTEHIM DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI TA’ KRISTU RXOXT FIL-BELT VALLETTA

Is-Soċjetá Filarmonika Nazzjonali La Valette u s-Soċjetá Filarmonika King’s Own, waslu għal dan il-Ftehim li għandu l-approvazzjoni tal-Awtoritajiet tal-Knisja f’Malta dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fil-purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt li toħroġ mill-Knisja tal-Ġiżwiti, il-Belt Valletta.

  1. Ikun hemm alternanza għall-baned fis-sens li minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti fl-2012 iddoqq is-Soċjetá La Valette u fl-2013 u 2014 iddoqq is-Soċjeta’ King’s Own. Imbagħad fis-snin ta’ wara l-alternanza tkun kull sena, jekk jiġġedded il-Ftehim…
  2. Kompli aqra »