Arkivji mensili: Mejju 2012

IL-PAPA JGĦID LI X-XOGĦOL M’GĦANDUX IFIXKEL LILL-FAMILJA

Work and Family

Fi kliem il-Papa Benedittu XVI fi tmiem l-udjenza ġenerali ta’ dil-ġimgħa, “ix-xogħol m’għandux ikun ta’ ostaklu għall-familja, anzi għandu jsostniha u jgħaqqadha iżjed”.

Waqt li fakkar li kien iċċelebrat il-Jum Dinji tal-Familji, jum li l-Ġnus Maqgħuda dis-sena ddedikat għar-relazzjoni bejn il-familja u x-xogħol, Benedittu XVI asserixxa li x-xogħol għandu jappoġġja lill-familja, “jgħinha tkun miftuħa iżjed għall-ħajja u jgħinha tidħol f’relazzjoni aħjar mas-soċjeta u mal-Knisja”… Kompli aqra »

IL-PAPA JGĦID LI L-IMPENN ĊIVIKU TAL-INSARA GĦANDU JIRRISPETTA T-TWEMMIN TAL-OĦRAJN

Sansepolcro

Fiċ-ċelebrazzjoni tal-1,000 anniversarju ta’ Sansepolcro, il-belt karatterizzata mill-paċi u l-ġustizzja apparti li deskritta bħala mudell tal-Vanġelu, il-Papa Benedittu XVI qal li l-Insara llum għandhom isibu modi kif jippromwovu fl-ibliet u l-pajjiżi fejn jgħammru, valuri tal-Vanġelu waqt li jilqgħu u jirrispettaw lil min iħaddan twemmin differenti.

Waqt iż-żjara li għamel f’Sansepolcro, il-post imsemmi għas-Santu Sepulkru f’Ġerusalemm, il-Papa appella lin-nies tal-post sabiex jinqdew bl-anniversarju biex jimitaw lil San Arkanu u San Eġidju, li waqqfu dil-belt wara li rritornaw minn Ġerusalemm… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIFRAĦ LILL-OMMIJIET MALTIN F’JUM L-OMM

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. wera l-apprezzament tiegħu għad-dedikazzjoni tal-ommijiet Maltin waqt messaġġ bit-telefon f’ attività organizzata għall-ommijiet tas-saċerdoti, reliġjużi u lajċi Maltin li jaħdmu barra minn Malta.

Din it-telefonata saret nhar l-Erbgħa 9 ta’ Mejju 2012, hekk kif l-Arċisqof kien qiegħed San Francisco biex iżur lill-emigranti Maltin bħala parti miż-żjara pastorali li qed jagħmel fl-Amerika Ċentrali. Fil-messaġġ tiegħu l-Arċisqof sellem lill-ommijiet tal-missjunarji u qal li huwa japprezza l-ħidma li jwettqu uliedhom u qrabathom… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JASAL IL-HONDURAS

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. llum jasal fil-belt ta’ Comayagua, Honduras, biex ikompli ż-żjara pastorali tiegħu lill-missjunarji Maltin fl-Amerika Ċentrali. Hemmhekk huwa ser ikun il-mistieden ta’ Mons. Robert Camilleri OFM, Isqof Awżiljarju tad-Djoċesi ta’ Tegucigalpa.

Qabel iż-żjara tiegħu fil-Honduras, l-Arċisqof żar lill-emigranti Maltin f’San Francisco, l-Istati Uniti. F’dawn l-aħħar sebat ijiem l-Arċisqof ċċelebra Quddiesa fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Veronika, li għaliha attendew it-tfal tal-iskola kattolika li hemm biswit din il-parroċċa… Kompli aqra »

IL-PAPA JAPPELLA BIEX IL-VOKAZZJONI MISSJUNARJA TINŻAMM ĦAJJA

Il-Papa Benedittu XVI iltaqa’ ma’ Diretturi tal-Ħidmiet Missjunarji Pontifiċji, li jħarsu l-koperazzjoni missjunarja fost il-Knejjes tad-dinja u li bħalissa qed jiċċelebraw l-assemblea annwali tal-Kunsill li jmexxihom.

Il-Papa, fl-indirizz tiegħu, irriserva kliem ta’ ġieħ għal Fr Massimo Cenci, li kien jokkupa l-kariga ta’ sotto-segretarju tal-Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-popli, li miet wara li sofra minn attack f’qalbu fl-aħħar jiem. Qal li “il-Mulej żgur li jippremjah għall-ħidma kbira li wettaq kemm fuq il-missjoni kif ukoll f’servizzi oħra lis-Santa Sede”… Kompli aqra »

BOOKSMARKS TAL-CARITAS GĦALL-OKKAŻJONIJIET SPEĊJALI

Il-Caritas Malta qed toffri servizz ta’ bookmarks ta’ tifkira biex persuni li jkunu qed jagħmlu pass importanti f’ħajjithom, jew kumpaniji li jkunu qed ifakkru ġrajja sinifikanti,  jkunu jistgħu jgħinu persuni fid-diffikultà.  Il-Caritas tipproduċi l-bookmarks għall-okkażjoni,  u għalihom ssir donazzjoni biex issostni s-servizzi ta’ din l-organizzazzjoni għal persuni fil-bżonn. Koppji li jkunu ser jiżżewwġu jistgħu jordnaw il-bookmarks b’isimhom u d-data tat-tieġ, u jagħmlu donazzjoni fid-diskrezzjoni tagħhom.   … Kompli aqra »

14 – 20 ta’ Mejju

It-Tnejn

L-Arċisqof iħalli Juticalpa għal Comayagua, fejn ikun il-mistieden tal-Isqof Mons. Robert Camilleri OFM, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu lill-missjunarji Maltin fl-Amerika Ċentrali.

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Konferenza Episkopali tad-Djoċesi. 

It-Tlieta

L-Arċisqof iżur il-belt ta’ Comayagua fejn fost l-oħrajn iżur l-Katidral, il-Kurja Veskovili, is-Seminarju, l-Isptar San Benito u s-sorijiet Klarissi Franġiskani.

L-Erbgħa

L-Arċisqof iħalli Comayagua għal Tegucicalpa… Kompli aqra »

JIBDA L-PROĊESS LEJN IT-TWAQQIF TAD-DJAKONAT PERMANENTI

L-Arċisqof Mons Pawlu Cremona OP għadu kemm waqqaf żewġ gruppi ta’ konsultazzjoni li għandhom jagħtuh suġġerimenti dwar b’liema mod se jiġu ntrodotti fl-Arċidjocesi ta’ Malta l-ministeri lajkali u d-djakni permanenti.

Kien f’Jannar li għadda, waqt il-programm ta’ Radju RTK ‘Il-Polz taċ-Ċittadin’ ippreżentat minn Tonio Bonello, li l-Arċisqof żvela li minn din is-sena kien se jibda l-proċess biex jitwaqqaf id-djakonat permanenti f’Malta: “Il-proċess se jibda billi grupp ta’ persuni li għandhom ċertu esperjenza se jagħmlu riflessjoni dwar din ir-realtà fil-Knisja, jagħtuni rapport, imbagħad minn dak ir-rapport nara ftit dak li naħseb li hu tajjeb u dak li mhux daqstant tajjeb.”

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com Kompli aqra »

ESPRESSA TAMA LI L-KUNGRESS TA’ ĠUNJU JDEWWI L-ĠRIEĦI TAL-KNISJA IRLANDIŻA

Il-ġrieħi u l-qasmiet fi ħdan il-Knisja Kattolika fl-Irlanda, skont il-Kardinal Diarmuid Martin ta’ Dublin, jikkostitwixxu l-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali, li se jsir f’Dublin f’Ġunju li ġej, bħala moment importanti ta’ tiġdid, fejqan u rikonċiljazzjoni.

Il-Kardinal kien qed jitkellem f’konferenza tal-aħbarijiet fi sfond ta’ appelli kontinwi biex jirriżenja l-primat tal-Knisja Kattolika Irlandiża, il-Kardinal Sean Brady ta’ Armagh wara allegazzjonijiet li m’għamilx biżżejjed biex irażżan saċerdot li ngħad li kien qed iwettaq abbużi fis-sebgħinijiet… Kompli aqra »

14 – 20 ta’ Mejju

It-Tnejn

L-Arċisqof iħalli Juticalpa għal Comayagua, fejn ikun il-mistieden tal-Isqof Mons. Robert Camilleri OFM.

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Konferenza Episkopali tad-Djoċesi.

It-Tlieta

L-Arċisqof iżur il-belt ta’ Comayagua fejn fost l-oħrajn iżur l-Katidral, il-Kurja Veskovili, is-Seminarju, l-Isptar San Benito u s-sorijiet Klarissi Franġiskani.

L-Erbgħa

L-Arċisqof iħalli Comayagua għal Tegucicalpa.

L-Arċisqof jiltaqa’ man-Nunzju Appostoliku, l-E.T… Kompli aqra »