Arkivji mensili: Mejju 2012

Il-Vanġelu tal-Jum – 25 ta’ Mejju

Ġwanni 21, 15-19

Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?” “Iva, Mulej,” wieġbu, “int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa l-ħrief tiegħi.” Staqsieh għat-tieni darba: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?” “Iva, Mulej,” wieġbu,”int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi.” Għat-tielet darba staqsieh: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni?” Pietru ħass għafsa ta’ qalb għax staqsieh għat-tielet darba, ‘Tħobbni?’ u qallu: “Mulej, int taf kollox, inti taf li nħobbok.” Qallu Ġesù: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi… Kompli aqra »

IL-KNISJA KOMMESSA GĦAS-SAĦĦA

Archbishop Zygmunt Zimowski

Il-Kap tad-delegazzjoni tas-Santa Sede għall-65 Assemblea Dinjija tas-Saħħa, l-Arċisqof Zygmunt Zimowski, irriafferma f’Geneva, l-Isvizzera, l-appoġġ tas-Santa Sede għar-Riżoluzzjoni WHA64.9 dwar “l-istrutturi finanzjarji tas-saħħa li jkunu sostenibbli u madwar id-dinja”, b’appell lill-iStati membri sabiex jimmiraw lejn saħħa li tkopri lil kulħadd, pedamentata fuq l-ekwita u s-solidarjeta.

Huwa fakkar li l-Papa stess enfasizza l-importanza ta’ ġustizzja distribwita realment, li abbżi tal-ħtiġijiet oġġettivi, tiggarantixxi kura adekwata għal kulħadd.Konsegwentement, biex ma ssirx inumana, id-dinja tas-saħħa ma tistax twarrab r-regoli morali li għandhom imexxuha… Kompli aqra »

PREŻENTAZZJONI TA’ KTIEB MIN-NEPUTI TA’ KOPPJA MIŻŻEWĠA VENERABBLI

Il-koppja miżżewġa Settimio u Licia Manelli, kellhom 21 wild li tlettax minnhom baqgħu ħajjin. Minn mindu seħħet il-konverżjoni ta’ Settimio bis-saħħa ta’ San Piju ta’ Pietrelcina, ġewwa San Giovanni Rotondo, il-koppja qasmu l-ħajja miżżewġa tagħhom – kemm dik spiritwali kif ukoll materjali – taħt it-tmexxija tal-patri qaddis Padre Pio.

Għall-qdusija u l-virtujiet erojċi tagħhom, huma ġew iddikjarati mill-Knisja bħala Venerabbli… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 24 ta’ Mejju

Ġwanni 17, 20-26

“M’iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni. Il-glorja li int tajt lili jiena tajtha lilhom, biex ikunu ħaġa waħda bħalma aħna ħaġa waħda: jiena fihom u inti fija, biex isiru ħaġa waħda għalkollox, ħalli d-dinja tagħraf li inti bgħattni u li ħabbejt lilhom kif ħabbejt lili… Kompli aqra »

ISSIR IL-PREŻENTAZZJONI TAL-LAQGĦA DINJIJA TAL-FAMILJA

Il-Kardinal Ennio Antonelli, President tal-Kunsill Pontifiċju tal-Familja, flimkien mall-Arċisqof ta’ Milan, il-Kardinal Agelo Scola, u l-Professur tad-Dipartiment tas-Soċjoloġija fl-Universita ta’ Bologna fl-Italja, Pierpaolo Donati, ippresedew konferenza tal-aħbarijiet biex setgħu jippreżentaw is-seba’ laqgħa dinjija tal-familja li se ssir f’Milan bejn it-30 ta’ dax-xahar u t-3 ta’ Ġunju. It-tema se tkun “Il-Familja: Xogħol u Ċelebrazzjoni”.

Il-Kardinal Antonelli iffoka r-rimarki tiegħu fuq it-tħejjijiet għal din l-attivita li ilha mħabbra mill-Papa sentejn… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 23 ta’ Mejju

Ġwanni 17, 11-19

U jien ma għadnix aktar fid-dinja, iżda huma għadhom fid-dinja, u jiena ġej għandek. Missier qaddis, ħarishom f’ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna. Kemm domt magħhom, jiena ħaristhom fl-isem tiegħek, l-isem li tajtni. U jiena ħadt ħsiebhom, u ħadd minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien, biex isseħħ l-Iskrittura… Kompli aqra »

VĠILI TA’ PENTEKOSTE

L-Appostli Franġiskani ta’ Ġesù u Marija, il-Couples for Christ u t-Tiġdid Kariżmatiku qed jingħaqdu flimkien biex jagħmlu esperjenza ta’ Pentekoste fid-dawl tas-sejħa li kien għamel l-Papa Ġwanni Pawlu II biex tinxtered il-kultura ta’ Pentekoste. Din hija stedina miftuħa għal kulħadd. Iċ-ċelebrazzjoni se ssir nhar is-Sibt 26 ta’ Mejju, 2012, fil-Knisja tal-Kapuċċini, Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, bejn it-8:30 p.m. u l-11:30 p.m. Il-velja ta’ talb se tinkludi t-talba tar-ruzarju u ċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija… Kompli aqra »

IL-PAPA WAQT IKLA MAL-KARDINALI: ‘JEĦTIEĠ NISSIELTU L-ĦAŻEN’

Pope Benedict XVI addreses a gathering of cardinals

Waqt ikla mal-Kulleġġ tal-Kardinali biex ifakkar is-seba’ anniversarju minn ftuħ il-Pontifikat tiegħu, il-Papa Benedittu XVI radd ħajr lill-eqreb kollaboraturi tiegħu għall-appoġġ tagħhom fil-jiem ta’ ferħ u anki f’dawk ta’ diffikulta tul iż-żmien li ilu jokkupa l-kariga ta’ Papa, fis-Sede ta’ Pietru.

Il-Papa beda biex radd ħajr ‘l Alla għall-jiem ta’ ferħ u anki għal dawk li sejjaħ ‘l-iljieli mdallma’… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 22 ta’ Mejju

Ġwanni 17, 1-11

Wara li qal dan, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema u qal: “Missier, waslet is-siegħa; agħti glorja lil Ibnek biex l-Iben jagħti glorja lilek, bħalma int tajtu s-setgħa fuq kull bniedem biex jagħti l-ħajja ta’ dejjem lil dawk kollha li inti fdajtlu. Din hi l-ħajja ta’ dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt… Kompli aqra »

’IL-KATTOLIĊI GĦANDHOM JAĊĊETTAW IL-KONĊILJU VATIKAN II, INKLUŻ DAK LI JGĦID DWAR IL-ĠUDAIŻMU’

Ir-relazzjoni tal-Knisja Kattolika mal-Ġudaiżmu, kif mgħallma mill-Konċilju Vatikan II, flimkien mal-interpretazzjonijiet u l-iżiluppi ta’ dak it-tagħlim minn Papiet sussegwenti, “jorbtu lill-kattoliku”. Din id-dikjarazzjoni għamilha l-Uffiċjal tal-Vatikan responsabbli mir-relazzjonijiet mal-Lhud.

Il-Kardinal Svizzeru Kurt Koch, President tal-Kummissjoni Pontifiċja għar-relazzjonijiet reliġjużi mal-Lhud, hu li hu wkoll membru tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, tkellem mal-mezzi tal-istampa wara taħdita dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Kattoliċi u l-Lhud fid-dawl tad-dikjarazzjoni ‘Nostra Aetate’ tal-Konċilju Vatikan II, li titkellem dwar ir-relazzjonijiet tal-Knisja ma’ reliġjonijiet mhux insara… Kompli aqra »