Arkivji mensili: Ġunju 2012

IL-PAPA JGĦID LI D-DONATURI TAD-DEMM JOFFRU SOLIDARJETA INDISPENSABBLI

Pope on Corpus Christi

Il-Papa Benedittu XVI ġibed l-attenzjoni għall-Jum Dinji tad-Donazzjoni tad-Demm, li se jkun iċċelebrat nhar il-Ħamis li ġej, b’organizzazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Il-Papa esprima apprezzament lejn min jagħti d-demm u sejjaħ dan bħala forma qawwija ta’ solidarjeta li qal li hi indispensabbli għall-ħafna persuni morda. Ir-rimarki tal-Kap tal-Knisja Kattolika waslu wara li hu talab l-Angelus fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan.

Qabel ir-reċita, il-Papa rrefera għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija fil-festa ta’ Corpus Domini jew Corpus Christi… Kompli aqra »

11 – 17 ta’ Ġunju

It-Tnejn

9.15am           L-Arċisqof jattendi kors ta’ aġġornament għall-kleru fis-Seminarju, Tal-Virtù.

4.30pm           L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwalment fis-Seminarju, Tal-Virtù.

7.00pm           L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Don Orlando Brendez, Arċisqof ta’ Londrina fil-Brażil, fis-Seminarju, Tal-Virtù.

8.00 p.m.        L-Arċisqof jattendi riċeviment fl-okkażjoni tal-Jum Nazzjonali tar-Russja.

It-Tlieta

9.00am           L-Arċisqof jattendi kors ta’ aġġornament għall-kleru fis-Seminarju, Tal-Virtù.

4.30pm           L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, Tal-Virtù… Kompli aqra »

IL-PAPA:L-ISPORT ESSENZJALI GĦALL-IŻVILUPP INTEGRU TAL-BNIEDEM

UEFA-EURO-2012-LOGO

Hekk kif illum jibda l-kampjonat tal-futbol EURO 2012, il-Kap tal-Knisja Kattolika qed jistieden lill-plejers, lid-dilettanti u lis-soċjeta kollha kemm hi sabiex tgħix din l-esperjenza fi spirtu ta’ ferħ u paċi.

Il-Papa bagħat il-messaġġ tiegħu lill-Arċisqof Józef Michalik, president tal-Konferenza Episkopali Pollakka, fl-okkażjoni tal-UEFA EURO 2012 fil-Polonja u l-Ukrajna. Il-messaġġ tal-Papa fakkar fil-messaġġ tal-predeċessur tiegħu Ġwanni Pawlu II li kien qal li l-isport huwa importanti għall-iżvilupp tal-persuna, u li s-sens ta’ fraternita, ġenerożita, onesta u rispett lejn il-ġisem fil-qasam sportive, jgħinu fil-binja ta’ soċjeta fejn il-kompetizzjoni sana tieħu post il-kunflitt… Kompli aqra »

L-INTENZJONIJIET TAT-TALB TAL-PAPA F’ĠUNJU B’IFFUKAR FUQ L-EWKARISTIJA

Pope during prayers

Il-Papa Benedittu XVI, fit-talb tiegħu matul dan ix-xahar ta’ Ġunju, qed jiftakar b’mod speċjali f’kull min jemmen, u qed jitlob sabiex kulħadd jirrikonoxxi l-preżenza ħajja ta’ Ġesu fl-Ewkaristija.

L-Appostolatura tat-Talb tal-Papa, bħal ma tagħmel kull xahar, tħabbar l-intenzjoni ġenerali u dik missjunarja tal-Kap tal-Knisja Kattolika. Qalet fil-fatt, li l-intenzjoni ġenerali tal-Papa f’dan ix-xahar hi “sabiex il-fidili jirrikonoxxu fl-Ewkaristija l-preżenza reali ta’ Kristu Mqajjem mill-Mewt, hu li jakkumpanjahom matul il-ħajja tagħhom ta’ kuljum”… Kompli aqra »

ĊIFRI DWAR IS-SEBA’ LAQGĦA DINJIJA TAL-FAMILJI F’MILAN

World Families Meeting

Il-President Nazzjonali tat-Tiġdid Spiritwali Salvatore Martinez ħabbar li f’Nażaret se tinbena dik li se tissejjaħ id-‘Dar tal-Papa’, li se tkun ċentru internazzjonali għall-familja. Dan iċ-ċentru se jservi bħala post ta’ formazzjoni, osservazzjoni u soċjalizazzjoni għall-familji.   Din kienet il-ħolma li kellu l-Beatu, Papa Ġwanni Pawlu II, imħabbra minnu stess fit-tieni laqgħa dinjija tal-familji f’Rio de Janiero l-Brażil fl-1997. Kien tliet snin ilu, li l-Papa attwali poġġa u bierek l-ewwel ġebla ta’ dan il-proġett f’Nażaret… Kompli aqra »

L-IMĦABBA HI L-UNIKA FORZA LI TISTA’ TBIDDEL ID-DINJA

The family

F’quddiesa fil-miftuħ fi Brasso Park f’Milan l-Italja, f’għeluq is-seba’ Laqgħa Dinjija tal-Familji, il-Papa qal:

“Is-solennita liturġika tat-Trinita Qaddisa tħeġġiġna nikkommettu lilna nfusna biex ngħixu f’għaqda m’Alla u ma’ xulxin fuq il-mudell tat-trinita Qaddisa. Mhijiex biss il-Knisja li hi msejħa sabiex issegwi dal-mudell ta’ Alla wieħed fi tliet persuni, imma anki l-familja, ibbażata fuq żwieġ bejn raġel u mara. Alla ħalaqna rġiel u nisa, ugwali fid-dinjita, anki jekk b’karatteristiċi differenti biex nikkumplimentaw lil xulxin f’ħajja ta’ mħabba li tagħmilna xbieha awtentika ta’ Alla.”

Lill-koppji miżżewġin qalilhom li fiż-żwieġ mhumiex sempliċiment jagħtu xi ħaġa waħda lil xulxin, imma qed jagħtu ħajjithom… Kompli aqra »

4 – 10 ta’ Ġunju

It-Tnejn

9.15 a.m.        L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

8.00 p.m.        L-Arċisqof jiltaqa’ maż-Żgħażagħ Franġiskani (ĠIFRA) fil-Kalkara.

It-Tlieta

10.00 a.m.      L-Arċisqof jippresiedi laqgħa mal-Fundazzjoni għall-Iskejjel tal-Knisja, fil-Kurja.

12.00 p.m.      L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Fr Joe Borg, Direttur tal-Appostolat tal-Baħar.

4.00 p.m.        L-Arċisqof jipparteċipa fi programm live fuq Radju Marija.

6.00 p.m.        … Kompli aqra »

L-EVANĠELIZZAZZJONI TEMA KURRENTI WAQT IŻ-ŻJARA AD LIMINA

Waqt iż-żjara ad limina tagħhom fil-Vatikan, iż-żewġ Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex kemm-il darba tkellmu dwar l-evanġelizzazzjoni ġdida li l-Knisja qed tipproponi fi żmienna, “anki fid-dawl tas-Sinodu tal-Isqfijiet li se jsir f’Ottubru li ġej”.

“Il-Knisja tagħna waqqafha Pawlu u fuqha għaddew is-sekli. U allura rridu nerġgħu niskopru mill-ġdid l-Vanġelu u l-Ġesù Kristu,” qal l-Isqof Mario Grech lil IL-ĠENSillum onlineKompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-PARROĊĊA TA’ MARIJA REĠINA, IL-MARSA

Is-Sibt 9 ta’ Ġunju

11.00am         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan, Patri Paul Bugeja OFM Cap., dwar iż-żjara pastorali f’din il-parroċċa.

5.00pm           L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija, fis-Sala San Piju.

6.30pm           L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-knisja parrokkjali fil-ftuħ taż-żjara pastorali fil-parroċċa u wara jiltaqa’ man-nies.

It-Tlieta 12 ta’ Ġunju

7.00pm           L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġelizzazzjoni, fis-Sala San Piju… Kompli aqra »

PATRI FEDERICO LOMBARDI JGĦID LI BĦALISSA HI MEĦTIEĠA SOLIDARJETA SĦIĦA MAL-PAPA

Paolo Gabriele

Il-Kelliemi għall-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, Patri Federico Lombardi, qal f’kummenti lill-media li l-Papa Benedittu XVI bħalissa jeħtieġ ħafna solidarjeta. Huwa kien intervistat fid-dawl tal-aħħar aħbarijiet li svelaw li s-servjent tiegħu kien arrestat wara li nstabu dokumenti kunfidenzjali tal-Papa fil-pussess tiegħu, każ aktarx relatat mal-ħruġ ta’ informazzjoni kunfidenzjali mill-istess dokumenti fil-media.

Mistoqsi jekk il-Papa hux se jirriżenja, teżi ta’ xi mezzi tal-media, Lombardi qal li hi sempliċiment diċerija bla ebda bażi… Kompli aqra »