Arkivji mensili: Lulju 2012

L-inawgurazzjoni tal-Osservatorju tal-Evanġelizzazzjoni l-ġdida fl-Amerika Latina

Is-segretarju tal-Kunsill Pontifiċju għall-promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida, Mons Octavio Ruiz Arenas, ħabbar li nhar it-Tlieta, waqt is-sessjoni tal-ftuħ tal-laqgħa tal-Isqfijiet Presidenti tal-Kummissjonijiet taċ-CELAM (Il-Kunsill Episkopali Latin Amerikan), kien inawgurat l-Osservatorju tal-Evanġelizzazzjoni l-ġdida għall-Amerika Latina. Skont l-informazzjoni li qalet li waslitilha l-aġenzija Fides, kien preżeni wkoll il-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-ġdida, Mons Rino Fisichella. Matul l-inawgurazzjoni, kienet ukoll ippjanata laqgħa tal-pjattaforma ‘episcopo.net’ mad-diretturi kollha tal-Kummissjonijiet għall-Komunikazzjoni tal-Konferenzi Episkopali tal-Amerika Latina… Kompli aqra »

Ittra Pastorali – Niċċelebraw il-Ħajja Umana

L-Għożża tal-Ħajja

Hija ħaġa tassew pożittiva li fil-pajjiż hawn dibattitu dwar kif numru ta’ koppji jistgħu jindirizzaw id-diffikultà tal-infertilità. Din hija xhieda ta’ kemm ngħożżu l-ħajja umana. Dan napprezzawh aktar meta naraw li qed ngħixu fi żmien fejn kemm fl-Ewropa kif ukoll f’Malta, parti sewwa tas-soċjeta’ hija xħiħa mal-ħajja fis-sens li r-rata tat-twelid hija baxxa… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-26 ta’ Lulju

Mattew 13, 10-17

Resqu lejh id-dixxipli u staqsewh: “Għaliex tkellimhom bil-parabboli?” Hu weġibhom: “Għax lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri tas-Saltna tas-Smewwiet; iżda lilhom dan ma kienx mogħti. Għax kull min għandu, jingħatalu, u jkollu żżejjed ukoll; iżda min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu. Jien għalhekk inkellimhom bil-parabboli; għax iħarsu kemm iħarsu ma jarawx, u jisimgħu kemm jisimgħu ma jifhmux… Kompli aqra »

Il-Papa jsellem lill-Kungress tal-Konferenza Dinjija tal-Istituti Sekulari

World Conference of Secular Institutes in Assisi

Il-Papa Benedittu XVI wassal it-tislijiet tiegħu lil dawk li qed jieħdu sehem fil-Kungress tal-Konferenza Dinjija tal-Istituti Sekulari li għaddej bħalissa. Mibgħuta mis-Segretarju tal-iStat, il-Kardinal Tarcisio Bertone, in-nota tal-Kap tal-Knisja tinkoraġixxi s-sejħa għall-ħajja kkonsagrata li ssib l-għeruq tagħha u li hi ċċentrata fuq Ġesu Kristu u mgħejxa fis-soċjeta.

“Għal ħafna u ħafna sekli”, qal l-Arċisqof ta’ Quebec, Gerald Lacroix, “jekk ridt tikkonsagra ħajtek lil Alla, kont issir jew saċerdot, jew soru jew fra… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-25 ta’ Lulju

Matthew 20, 20-28

Mbagħad resqet lejh omm ulied Żebedew flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa. “Xi trid?” staqsieha. U hi qaltlu: “Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fis-Saltna tiegħek.” U Ġesù wieġeb: “Ma tafux x’intom titolbu. Għandkom ħila tixorbuh il-kalċi li se jkolli nixrob jien?” “Għandna,” qalulu. “Il-kalċi tiegħi,” qalilhom, “tixorbuh, iva, imma li wieħed joqgħod fuq il-lemin jew  ix-xellug tiegħi, din m’hijiex ħaġa li nagħtiha jien, imma hi għal dawk li għalihom hi mħejjija minn Missieri.” L-għaxra l-oħra, meta semgħu dan, inkurlaw għaż-żewġt aħwa… Kompli aqra »

Il-Papa jappella lill-miżżewġin biex ipoġġu bilqiegħda u jitkellmu

Young married couple discussing their everyday life

F’messaġġ mibgħut mis-Segretarju tal-iStat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone, il-Papa Benedittu sellem lill-parteċipanti tal-11-il Kungress Internazzjonali tat-Tema of Our Lady, li bħalissa qed isir fil-Brażil. Teams of Our Lady huwa moviment ta’ spiritwalita tal-miżżewġin fi ħdan il-Knisja Kattolika li għandu l-għan li jgħin lill-koppji jiskopru r-rikkezza tas-sagrament taż-żwieġ u jgħixu l-ispirtwalita tiegħu.

Fl-istqarrija, il-Kardinal Bertone wassal l-awgurju tal-Papa lill-parteċipanti minn dan il-moviment li twaqqaf fl-1939 f’Pariġi minn Fr Henri Caffarel… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-24 ta’ Lulju

Mattew 12, 46-50

Kif kien għadu qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra jfittxu li jkellmuk .” Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? U min huma ħuti?” Mbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Dawn, araw, huma ommi u ħuti… Kompli aqra »

12-il kors mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali għas-sena akkademika l-ġdida 2012/2013

Fis-sena akkademika li tibda f’Ottubru, l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali (IFP) tal-Knisja f’Malta ser jorganiżża, isostni u jikkolabora fi 12-il kors differenti, fosthom kors ġdid fil-Media Education mill-perspettiva Kattolika. Il-korsijiet tal-Istitut huma lkoll akkreditati mill-Malta Qualifications Council u jwasslu għal general jew higher education award.

Dawn il-korsijiet iħejju l-operaturi pastorali biex jagħtu servizz f’oqsma differenti bħal dik tal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ, tal-familja, tad-direzzjoni spiritwali u fi Christian leadershipKompli aqra »

Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 sena anniversarju

Fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-mewt ta’ San Ġorġ Preca, se ssir Quddiesa preseduta mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech, fl-Awditorju tal-MUSEUM il-Blata l-Bajda nhar il-Ħamis 26 ta’ Lulju fis-6.30 p.m. u Quddiesa preseduta wkoll mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech, nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Lulju fis-6.30 p.m. fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, Għawdex. Il-publiku hu mistieden biex jattendi. Kompli aqra »

il-Papa xxukjat għall-att vjolenti f’Denver

Pope in Castel Gandolfo

Il-Papa Benedittu XI iddeskriviha bħala aħbar xokkanti dik tal-jiem li għaddew dwar attakk fuq in-nies li kienu qed jaraw il-film Batman fis-swali taċ-ċinema fl-iStat ta’ Colorado fl-Istati Uniti tal-Amerika. Il-Papa esprima niket ukoll għat-telf ta’ ħajjiet, mhux biss f’dal-każ, imma anki fid-diżastru riċenti li ħalla mad-69 mejta wara li kienu fuq dgħajsa qrib Zanzibar.

Il-Papa qasam l-esperjenza tiegħu u esprima solidarjeta mal-familjari u l-ħbieb tal-vittmi u l-midruba, speċjalment it-tfal… Kompli aqra »