Arkivji mensili: Awwissu 2012

Il-Kardinal Grech f’laqgħa informali mal-ġurnalisti.

Fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Kardinal Prospero Grech mexxa laqgħa informali mal-ġurnalisti. Din saret fuq xewqa tal-Kardinal innifsu. Din hija l-ewwel darba li l-Kardinal Grech qed iżur Malta mill-ħatra tiegħu ta’ Kardinal fi Frar li għadda, mill-Papa Benedittu Sittax.

Il-Kardinal Prospero Grech qal li l-ikbar sfida li l-Knisja qed tħabbat wiċċha magħha hija r-realtà tar-relattiviżmu li l-Papa jiddiskrivih bħala n-nuqqas fil-valuri.

Mistoqsi jekk iż-żgħażagħ hux qed jitbiegħdu mill-Knisja, qal li tajjeb li jippruvaw jifhmu lil Knisja qabel iwarbuha… Kompli aqra »

Ġesu huwa l-ħobż tal-ħajja

Pope in Castel Gandolfo

Fil-messaġġ tiegħu qabel it-talba tal-Angelus mill-bitħa tal-Palazz Appostoliku ta’ Catesl Gandolfo fin-nofsinhar ta’ Ruma, il-Papa Benedittu XVI iffoka r-rimarki tiegħu fuq il-liturġija tal-ġurnata meħuda mis-sitt kapitlu tal-evanġelju ta’ San Ġwann, fejn Ġesu jirrivela lilu nnifsu bħala l-Ħobż tal-Ħajja.

“Anki jekk il-ġid materjali hu importanti, Ġesu jrid jgħin lill-bniedem jimxi iktar ‘il quddiem mis-sodisfazzjon immedjat lid an jagħti”. Hekk qal il-Papa waqt li spjega li l-Mulej irid jiftħilna orizzont ta’ eżistenza li mhuwiex sempliċiment marbut mal-affarijiet ta’ kuljum, bħall-ikel, ix-xorb, l-ilbies u x-xogħol… Kompli aqra »

Maratona Oħloq Tbissima – ‘Konna qegħdin naħdmu għal għan wieħed’

Il-Maratona Oħloq Tbissima, maratona ta’ 60 siegħa xandir live b’risq is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP), għadha kif intemmet.

Is-sittin siegħa kienu mimlija attivita.  Il-pubbliku ipparteċipa f’quddies, rużarju u mumenti oħra ta’ talb. Segwa wkoll filmati esklussivi, djalogu dirett mal-missjunarji permezz ta’ Skype, diskussjonijiet, interviszi mal-voluntiera li akkumpanjaw lil-President ta’ Malta Dr. George Abela fl-esperjenza missjunarja fil-Peru fix-xahar ta’ Lulju, Rokna għat-tfal,  Musichiere, Il-Festival Żifna mal-Istilel u diversi  varjetajiet immirati biex jolqtu l-gosti tal-familja kollha, fejn wieħed seta’ japprezza l-livell għoli tat-talent Malti u Għawdxi… Kompli aqra »

Tibda l-maratona Oħloq Tbissima

Għadha kif ġiet inawgurata l-għaxar edizzjoni l-Maratona Oħloq Tbissima, f’dar San Ġużepp, Santa Venera. Din hija maratona ta’ 60 siegħa ta’ xandir kontinwu li s-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl qed torganizza biex titqajjem kuxjenza missjunarja filwaqt li jinġabru fondi b’ risq il-missjonijiet li l-istess Soċjetà għandha fil-Perù, fil-Filippini u fil-Pakistan.

Mill-fondi miġbura fil-Maratona Oħloq Tbissima se tiggwadanja wkoll id-dar li fiha qed issir il-maratona li tgħin bosta tfal u adolexxenti li għal xi raġuni ma jistgħux jgħixu fil-familja naturali tagħhom… Kompli aqra »

Il-Papa jgħid li l-imħabba mogħtija lil min qed ibati tirrifletti l-imħabba t’Alla

People suffering after tsunami in Japan in 2011

Il-Papa Benedittu XVI bagħat it-tislijiet u l-barka tiegħu lill-parteċipanti tal-25 Laqgħa Interġreliġjuża ta’ talb għall-paċi fid-dinja, attivita li bidet il-Ġimgħa fuq Mount Hiei fil-Ġappun. Is-summit jinkludi simposju bi studju tar-reazzjoni tal-mexxejja reliġjużi għad-diżastri naturali. Il-Kap tal-Kattoliċi qal li jittama li d-diskussjoni twassal għal iktar solidarjeta u għajnuna. Fi kliemu, skont il-perspettiva nisranija, l-imħabba li tingħata u tintwera ma’ min ikun qed ibati hi riflessjoni tal-imħabba ta’ Alla nnifsu, lit ant ħabb lill-bniedem, li bagħat lil Ibnu l-Waħdieni fid-dinja… Kompli aqra »

It-tielet volum ta’ Ġesu ta’ Nażaret lest

Jesus-of-Nazareth-Vol II

Il-Papa Benedittu XVI iffinalizza t-tielet volum ta’ Ġesu ta’ Nażaret, iddedikat għal stejjer mit-tfulija ta’ Ġesu. Stqarrija tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan spjegat li t-tielet volum, li jikkompleta ż-żewġ volume preċedenti, bħalissa qed jiġi tradott mil-lingwa oriġinali, il-Ġermaniż, għal diversi ilsna oħra, fosthom l-Ingliż.

L-istqarrija żżid tesprimi t-tama li l-ktieb il-ġdid ikun tradott f’bosta lingwi f’kolp. Dan sakemm kien affermat li l-proċess kellu jieħu ż-żmien tiegħu, kif jixraqlu… Kompli aqra »

Programm taż-Żjara f’Malta tal-Kardinal Prospero Grech O.S.A.

L-Eminenza Tiegħu il-Kardinal Prospero Grech O.S.A. se jżur Malta fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Lawrenz fil-Birgu, belt twelidu.

Dettalji tal-Programm:

Il-Ġimgħa 3 t’Awwissu

12.30pm: Il-Kardinal jasal Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

It-Tnejn 6 t’Awwissu

12:00pm: Il-Kardinal jiltaqa’ mal-ġurnalisti waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Kurja tal-Arcisqof

Il-Ġimgħa 10 t’Awwissu: Kompli aqra »

8.15am: Il-Kardinal Grech jasal ħdejn id-daħla prinċipali tal-Birgu fejn jingħata merħba mis-Sindku tal-Birgu, is-Sur John Boxall.  …

Tul Awwissu l-Papa jitlob għaż-żgħażagħ u l-priġunieri

Pope praying

Matul dan ix-xahar ta’ Awwissu, il-Papa Benedittu XVI qed jitlob għaż-żgħażagħ u għaż-żelu appostoliku tagħhom fil-proklamazzjoni ta’ Ġesu Kristu u l-messaġġ tiegħu.

L-Appostolatura tat-Talb tal-Papa, bħal kull xahar ħabbret l-intenzjoni ġenerali u dik missjunarja tal-Papa, f’dal-każ tul Awwissu.

Matul dax-xahar, l-intenzjoni missjunarja tat-talb tal-Papa hi biex iż-żgħażagħ imsejħa lkoll biex jimxu wara Ġesu, ikunu jistgħu jipproklamaw u jagħtu xiehda tal-Vanġelu sa truf l-art kollha… Kompli aqra »