Arkivji mensili: Settembru 2012

It-talb tal-Papa għal Settembru

Pope Benedict XVI

L-intenzjoni ġenerali għat-talb tal-Papa tul ix-xahar ta’ Settembru hi sabiex “il-politiċi jaġixxu dejjem b’onesta, integrita u imħabba għall-verita”.

L-intenzjoni missjunarja hija “sabiex il-komunitajiet insara jkollhom aktar rieda sabiex jibagħtu missjunarji, saċerdoti u lajċi, flimkien ma’ riżorsi konkreti lill-ifqar knejjes”. Kompli aqra »

Arċipriet ġdid għall-Parroċċa ta’ Bormla

L-Arċisqof Pawlu Cremona ħatar lil Dun Reuben Micallef bħala arċipriet tal-parroċċa ta’ Marija Immakulata Kunċizzjoni, Bormla.

Dun Reuben twieled fid-29 ta’ Lulju 1977 u trabba Raħal Ġdid, parroċċa Madonna ta’ Lourdes. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja Immaculate Conception f’ Ħal Tarxien, fil-kulleġġ De La Salle, fil-Junior College (G.F. Abela) l-Imsida, u kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta… Kompli aqra »

3 – 9 ta’ Settembru

It-Tnejn

9.15 a.m.        L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta
L-Erbgħa

11.30 a.m.      L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, il-Kurja.

6.30 p.m.        L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-anniversarju tal-mewt tal-Beata Mother Theresa, għand is-Sorijiet tal-Karita’ f’Bormla.

Il-Ħamis

7.00 p.m.        L-Arċisqof ibierek u jinawgura birrerija ġdida ta’ Simonds Farsons Cisk Plc.

Il-Ġimgħa

8.30 a.m.        … Kompli aqra »