Arkivji mensili: Settembru 2012

Uffiċjal tal-Vatikan ifakkar l-10 anniversarju mill-mewt tal-Kardinal Van Thuan

Cardinal Van Thuan

Fit-tifkira tal-eżaltazzjoni tas-salib, l-Isqof Mario Toso, Segretarju tal-Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u l-Paċi, fakkar l-10 anniversarju mill-mewt tal-Cardinal Francois-Xavier Nguyen Van Thuan u qal li “għadna sal-lum ngħixu l-mument tat-telfa tal-Kardinal, li din is-sena li ġejja, li se tkun iddedikata lill-fidi, anki fid-dawl tas-Sinodu li jmiss f’Ottubru ddedikat lill-evanġelizzazzjoni l-ġdida, it-tifkira tal-Kardinal Van Thuan se tkun karatterizzata minn referenzi pastorali u ekkleżjali f’tifsiriet profondi… Kompli aqra »

L-Arċisqof jindirizza għalliema u LSAs ġodda għall-Iskejjel tal-Knisja

Nhar it-Tlieta 18 ta’ Settembru 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-għalliema u l-LSAs (Learning Support Assistants) li fis-sena skolastika li tibda fi tmiem dan ix-xahar se jibdew impjieg ġdid fi skejjel tal-Knisja. Il-laqgħa tal-Arċisqof saret waqt induction seminar fil-Kurja għal aktar minn 200 għalliem u LSA ġdid fl-iskejjel tal-Knisja.

Id-direttur għas-Servizzi fl-Edukazzjoni,  Dr Rose Anne Cuschieri, sqarret li l-idea ta’ dan l-induction seminar huwa li l-professjonisti jiltaqgħu flimkien, isiru jafu iktar lil xulxin u r-rwol tagħhom bħala edukaturi fi skola tal-Knisja… Kompli aqra »

Skedata l-ewwel seduta fil-każ Vatileaks

Pope's butler – Paolo Gabriele

F’komunikat li ħarġet it-Tnejn, is-Santa Sede qalet li l-President tat-Tribunal tal-iStat tal-Vatikan, Giuseppe della Torre, ħareġ digriet li jistabbilixxi li l-ewwel smigħ fil-każ tal-ġuri ta’ Paolo Gabriele u Claudio Sciarpelletti, se jsir is-Sibt 29 ta’ Settembru fid-9.30am. Iż-żewġ akkużati se jgħaddu ġuri wara direzzjoni mogħtija fit-13 t’Awwissu mill-Maġistrat li eżamina l-każ. Is-smigħ se jsir fl-awla tal-udjenzi tat-Triunal fil-Vatikan. Il-partijiet konċernati kienu mgħarrfa b’dan permezz ta’ digriet… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-18 ta’ Settembru

Luqa 7, 11-17

Wara dan imbagħad mar f’belt jisimha Najn, u marru miegħu d-dixxipli tiegħu u kotra kbira ta’ nies.  Kif wasal qrib il-bieb  tal-belt, kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu; u magħha kien hemm għadd ġmielu ta’ nies mill-belt. Kif raha l-Mulej tħassarha.”Tibkix” qalilha.  Resaq, u mess it-tebut. Dawk li kienu qegħdin jerfgħuh waqfu… Kompli aqra »

Iż-żjara fil-Libanu ta’ opportunita lid-dinja biex tara l-Musulmani u l-iNsara jiċċelebraw il-paċi

Pope in Lebanon

Il-Papa Benedittu XVI għalaq iż-żjara tiegħu fil-Libanu lbieraħ b’messaġġ ta’ ringrazzjament għall-mod li bih ħassu milqugħ u qal li jittama li din iż-żjara ma tkunx l-uniku waħda, imma jirritorna.

Iż-żjara tal-Papa fil-Libanu bejn il-Ġiumgħa u l-Ħadd kienet tinkludi laqgħat mal-mexxejja politiċi u dawk reliġjużi, kif ukoll maż-żgħażagħ. L-għan ewlieni taż-żjara kien pero l-iffirmar tal-Eżortazzjoni Appostolika post-sinodali dwar il-Lvant Nofsani, wara s-sinodu tal-2010… Kompli aqra »

Qaddejja ta’ Alla fiż-żwieġ u fil-familja

Henry u Inez Casolani kienu koppja li żżewġu fl-1944. Inez mietet fl-1992 u Henry fl-1999. Huma għexu l-ħajja miżżewga ta’ kuljum b’mod straordinarjament tajjeb.  Fid-dettall ta’ ħajjithom ippprovaw jagħmlu kollox sew b’imħabba kbira lejn Alla u l-proxxmu. Kmieni fil-ħajja tagħhom huma għamlu deċiżjoni fundamentali favur is-sewwa.  Bil-grazzja ta’ Alla din id-deciżjoni għenithom biex għexu l-virtujiet Insara b’mod eżemplari u fil-mixja tal-ħajja ta’ kuljum kienu mberkin minn Alla… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-17 ta’ Settembru

Luqa 7, 1-10

Meta spiċċa jgħid lin-nies kull ma kellu jgħidilhom, daħal Kafarnahum. U jkun hemm ċenturjun li kellu qaddej għażiż ħafna għalih, li kien marid u wasal fl-aħħar. Iċ-ċenturjun sama’ b’Ġesù u bagħatlu xi wħud mix-xjuħ tal-Lhud biex jitolbuh jiġi jfejjaqlu l-qaddej. Dawk marru quddiem Ġesù u bdew jitolbuh b’ħerqa kbira u jgħidulu: “Jixraqlu li tagħmillu dan, għax hu jgħożż il-ġens tagħna, u kien hu li bnielna s-sinagoga.” Ġesù mar magħhom, u ma kienx ‘il bogħod wisq mid-dar meta ċ-ċenturjun bagħat jgħidlu ma’ xi ħbieb: “Sinjur, toqgħodx tinqala’, għax jien ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi; għalhekk ħassejt li anqas kien jistħoqqli niġi nsibek jiena stess… Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa tal-Imtarfa

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Denis Schembri bħala kappillan tal-parroċċa ta’ Santa Luċija, l-Imtarfa.

Dun Denis twieled fl-1951 u trabba f’San Ġiljan. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ ta’ Stella Maris, Gżira, u kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta.

Dun Denis ġie ordnat saċerdot fl-1979 u nħatar viċi-kappillan fil-parroċċa tal-Isla… Kompli aqra »

17-23 ta’ Settembru

It-Tnejn

9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’ Attard.

It-Tlieta

7.15 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kunsill tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali, Ħ’ Attard.

9.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mall-għalliema u l-LSAs ġodda tal-iskejjel tal-Knisja waqt Induction Course, l-Kurja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-16 ta’ Settembru

l-24 Hadd ta’ matul is-Sena

Mark 8,27-35

Telaq Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu lejn l-irħula ta’ Ċesarija ta’ Filippu. Huma u mexjin, lid-dixxipli tiegħu għamlilhom din il-mistoqsija: “Min jgħidu n-nies li jien?” Weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, wieħed mill-profeti.” “Imma intom,” staqsiehom, “intom min tgħidu li jien?” Qabeż Pietru u qallu: “Inti l-Messija.” Mbagħad ordnalhom ħafna biex ma jitkellmu ma’ ħadd fuqu.U beda jgħallimhom fuq li kien meħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, ikun miċħud mill-anzjani u mill-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u wara tlitt ijiem jerġa’ jqum… Kompli aqra »