Arkivji mensili: Diċembru 2012

Messaġġ tal-Milied lill-missjunarji mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.

Għeżież Missjunarji,

Nieħu din l-okkażjoni biex f’isem il-Knisja li tinsab ġewwa Malta nibgħatilkom l-isbaħ xewqat qaddisa tal-Milied għal din is-sena.

Din is-Sena ta’ Fidi tħeġġiġna biex dejjem iktar nidħlu fil-qalba tal-Miteri tal-Ħajja ta’ Sidna Ġesù Krsitu. Jiena xtaqt naqsam magħkom din ir-riflessjoni.

Meta ħadt sehem fis-Sinodu tal-Isqfijiet fuq “il-Kelma t’Alla”, waħda mir-riflessjonijiet li laqtuni kienet li aħna m’aħniex in-nies tal-Ktieb, iżda tal-Kelma… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal mid-Djar tal-Knisja

Nhar il-Ħadd 23 ta’ Diċembru 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. attenda festin għat-tfal ġejjin mid-Djar tal-Knisja, fis-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù, r-Rabat. Dan il-festin annwali ġie organizzat minn radju RTK.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

Il-Papa qabel il-Milied jiffoka fuq l-ospitalita

Il-Papa Benedittu XVI, meta indirizza lill-pellegrini fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan fir-raba’ Ħadd tal-Avvent, eżattament qabel iċ-ċelebrazzjoni tal-Milied, tkellem dwar iż-żjara tal-Madonna lill-qariba tagħha Santa Eliżabetta. Dan l-episodju, fi kliem il-Papa, “ma jirrappreżentax ġest ta’ kortesija, imma jlaqqa’ it-Testment il-Qadim mal-Ġdid”. Ikompli li Eliżabetta, imdaħħla fl-eta u mirakolożament fertili, tirrappreżenta lil Israel jistenna l-Messija. Il-Papa jinnota l-vers li lissnet Eliżabetta meta laqgħet lil Marija u qaltilha ‘Imbierka inti fost in-nisa’, u jispjega li fl-iskrittura ebrajka hu vers attribwit għal Jael u Ġuditta, li l-azzjonijiet erojċi tagħhom salvaw lil Israel mill-periklu… Kompli aqra »

24 – 30 ta’ Diċembru

It-Tnejn

9.00 a.m.             L-Arċisqof iżur is-saċerdoti residenti fid-Dar tal-Kleru, f’Birkirkara.

12.30 p.m.         L-Arċisqof jattendi għal ikla mal-Qaddejja taċ-Ċenaklu fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.

11.30 p.m.          L-Arċisqof jippresiedi l-Quddiesa ta’ lejlet il-Milied, fil-Katidral tal-Imdina.

It-Tlieta

09.30 a.m.          L-Arċisqof jmexxi Quddiesa Pontifikali ta’ Jum il-Milied fil-Konkatidral ta’ San Ġwann… Kompli aqra »

Il-Papa jżur lil Paolo Gabriele l-ħabs, jaħfirlu u jilliberah

Pope with Gabriele in prison

Il-Papa Benedittu XVI ħafer lill-eks maġġordom tiegħu, Paolo Gabriele, li ngħata sentenza ta’ tmintax-il xahar ħabs wara li seraq karti kunfidenzjali, li spiċċaw f’idejn il-mezzi tal-istampa.

Fi stqarrija, il-Vatikan ħabbar li l-Papa żar lil Gabriele fil-ħabs biex personalment jinfurmah bid-deċiżjoni tiegħu.

F’Ottubru li għadda, l-eks maġġordom instab ħati li seraq xi dokumenti u anke ħareġ xi informazzjoni lill-media Taljana… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Reliġjużi mill-Arċisqof Pawlu Cremona u l-Isqof Charles J. Scicluna

Il-funzjonijiet reliġjużi li se jmexxu l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni tal-Milied jibdew fil-Lejl tal-Milied.

It-Tnejn 24 ta’ Diċembru, l-Arċisqof Cremona jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali Konċelebrata fil-Katidral, l-Imdina. Il-funzjoni tibda fil-11.00 p.m. b’kant ta’ għanjiet tal-Milied u l-prietka tat-tifel. Fil-11.30 a.m. tibda translazzjoni ta’ Ġesù Bambin li tkompli biċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa.

F’ Jum il-Milied, it-Tlieta 25 ta’ Diċembru, l-Arċisqof imexxi Quddiesa Stazzjonali Konċelebrata fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fid-9.30 a.m… Kompli aqra »

L-Isqfijiet jaqsmu l-Awguri tal-Milied mal-impjegati tal-Kurja

Nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Diċembru 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna u l-Isqof Emeritus Ġużeppi Mercieca awguraw Milied ħieni lil impjegati tal-Kurja, tal-Caritas u tat-Tribunal Ekklezjastiku, filwaqt li apprezzaw il-ħidma fejjieda li dawn iwettqu tul is-sena kollha.

Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni Kompli aqra »

Awguri tal-istaġun tal-festi lill-Isqfijiet

Fl-okkażjoni tal-festi ta’ żmien il-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Awziljarju Charles J. Scicluna u l-Arċisqof Emeritus Ġuzeppi Mercieca, nhar il-Ħadd 30 ta’ Diċembru se jilqgħu lil kull min jixtieq iżurhom għal bdil tal-awguri tal-istaġun, bejn id-9.30 a.m. u nofsinhar, l-Kurja tal-Arċisqof il-Furjana.

Il-bdil tal-awguri se jsir fil-Kurja tal-Arċisqof, Floriana. Minħabba raġunijiet ta’ aċċessibilità, se jkun miftuħ il-bieb ta’ San Kalċedonju fi Triq Vincenzo Bugeja (u mhux il-bieb prinċipali)… Kompli aqra »

Esebizzjoni tal-Arti b’risq Id-Dar tal-Provdenza

On Tuesday 18 December 2012, Auxiliary Bishop Mgr Charles Scicluna inaugurated an art exhibition at the Mdina Cathedral Museum. Over seventy local and foreign artists have donated one or more pieces of art to be auctioned off on New Year’s Day during the Festa ta’ Generozita’ organized by RTK 4 Charity.

The Exhibition will be open between the 19 and 27 December and is open Monday to Friday (excluding Christmas Day) between 9.30am and 4.30pm and on Saturday between 9.30am and 3.30pm… Kompli aqra »

Iktar minn żewġ miljuni jsegwu l-paġna tal-Papa fuq Twitter fl-aħħar ġimgħatejn

Pope's account on Twitter

Il-paġna Twitter tal-Papa Benedittu XVI, @Pontifex, fl-aħħar ġimgħatejn minn mindu nfetħet, attirat segwitu ta’ iktar minn żewġ miljun persuna.L-ewwel twijts tal-Papa ntbagħtu fi tmien lingwi differenti wara l-udjenza ġenerali ta’ nhar l-Erbgħa.

F’intervista ma’ Radju Vatikan, l-Arċisqof Claudio Maria Celli, President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjonijiet Soċjali, qal li l-Papa xtaq u ried li jkun preżenti fl-iktar mezzi moderni ta’ komunikazzjoni, u dan biex jista’ jaqsam kliem ta’ verita… Kompli aqra »