Arkivji mensili: Diċembru 2012

Messaġġ tal-Arċisqof fis-Solennita’ tal-Beata Verġni Marija, Omm Alla

Konkatidral, S. Ġwann

31 ta’ Diċembru 2012

Ħuti bħalma għidtilkom fil-bidu, l-ewwel, bħala Nsara, komunita’ Nisranija, aħna se niċċelebraw il-misteru tal-Imqaddsa Verġni Marija Omm Alla.

Hemm żewġ affarijiet li aħna rridu nifhmu biex nidħlu f’dan il-misteru. L-ewwel waħda hija kif inhi Verġni u Omm?  F’waħda mill-enċikliċi tal-Papa Ġwanni Pawlu II hemm li r-rabta bejn verġinita` u maternita` tinsab għaliex Sidtna Marija għexithom it-tnejn bl-ubbidjenza lejn Alla l-Missier… Kompli aqra »

L-iktar attivitajiet importanti tal-Papa u s-Santa Sede fl-aħħar erba’ xhur tal-2012

L-aħħar erba’ xhur kienu ferm impenjattivi għall-Papa Benedittu XVI u għas-Santa Sede, b’attivtajiet li varjaw minn ftuħ is-sena tal-fidi, żjarat appostoliċi u djoċesani, messaġġi tematiċi u riflessjonijiet kateketiċi, fost attivitajiet u inizjattivi oħra. Ħarsa lejn il-kalendarju papali fl-aħħar erba’ xhur.

SETTEMBRU

4: Messaġġ imqanqal mill-Papa fil-funeral tal-Kardinal Carlo Maria Martini, Arċisqof emeritus ta’ Milan fl-Italja li miet fl-eta ta’ 85 sena fl-aħħar jum ta’ Awwissu li għadda

10: Laqgħa bejn il-Papa u t-tieni grupp ta’ Isqfijiet mill-Konferenza Episkopali tal-Kolumbja

14-16: Żjara Appostolika fil-Libanu

14: Pubblikazzjoni tal-Eżortazzjoni Appostolika Post-Sinodali tal-Assembela Speċjali tas-Sinodu tal-Isqfijiet għal-Lvant Nofsani f’Bejrut, il-Libanu

18: Il-Papa jappunta l-Missirijiet tas-Sinodu għat-tlettax-il Assemblea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet bit-tema “L-Evanġelizzazzjoni l-ġdida għat-trasmissjoni tal-fidi nisranija”

20: Imut il-Kardinal Fortunato Baldelli, li kien penitenzjarju emeritus ewlieni tal-Penitenzjarju Appostoliku

21: Laqgħa tal-Papa mal-Isqfijiet tal-Konferenza Episkopali Franċiża

25: B’inizjattiva tal-Kunsill Pontifiċju għall-Kultura, il-Kunvent Imqaddes t’Assisi u l-Assoċjazzjoni ‘Oicos Riflessioni, organizzat l-‘Atrium ta’ San Franġisk bit-tema “Alla, li ma nafux… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-31 ta’ Dicembru

Ġwann 1,1-18

Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma’ Alla. Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru; kull ma sar kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin. Id-dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux. Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni. Dan ġie bħala xhud, biex jixhed għad-dawl, biex bih kulħadd jemmen… Kompli aqra »

Awgurji tal-Milied lill-Isqfijiet

Nhar il-Ħadd 30 ta’ Diċembru 2012, fl-okkażjoni tal-festi ta’ żmien il-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Awziljarju Charles J. Scicluna u l-Arċisqof Emeritus Ġuzeppi Mercieca,  iltaqgħu mal-familji u kull min xtaq iżurhom għal bdil tal-awguri tal-istaġun. Akkumpanjaw l-isqfijiet kor tat-tfal li kantaw innijiet tal-Milied.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

31 ta’ Diċembru 2012 – 6 ta’ Jannar 2013

It-Tnejn

5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u l-kant tat-Te Deum fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fl-okkażjoni tat-tmiem tas-sena 2012.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof flimkien mal-Isqof Awżiljarju jagħti l-awguri ta’ sena ġdida lill-E.T. President ta’ Malta u s-Sinjura Abela, fil-Palazz il-Belt. Wara l-Arċisqof jilqa’ l-Awguri tal-Korpi Kostitwiti, fil-Palazz tal-Arċisqof il-Belt.

8.00 p.m. L-Arċisqof iżur id-Dar tal-Providenza fl-għeluq tal-maratona ġbir ta’ fondi, fis-Siġġiewi… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-30 ta’ Dicembru

Il-Festa tal- Familja Mqaddsa

Luqa 2,41-52

Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa ta’ l-Għid. Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skond id-drawwa ta’ dik il-festa. Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesù baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu. Huma ħasbuh qiegħed ma’ xi wħud li kienu fit-triq magħhom; iżda meta wara jum mixi fittxewh fost qrabathom u n-nies li kienu jafuhom, ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-29 ta’ Dicembru

Luqa 2, 22-35

Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skond il-Liġi ta’ Mosè, il-ġenituri tiegħu ħaduh Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej, li ‘kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej,’ u biex joffru b’sagrifiċċju ‘par gamiem jew żewġ bċieċen,’ kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej. F’Ġerusalemm kien hemm wieħed, jismu Xmun, raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-28 ta’ Dicembru

Matthew 2, 13-18

Meta telqu, deher anġlu tal-Mulej f”ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ‘l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi se jfittex lit-tifel biex joqtlu. ” Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ‘l ommu billejl u telaq lejn l-Eġittu, u baqa’ hemmhekk sal-mewt ta’ Erodi, biex hekk iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal, ‘Mill-Eġittu sejjaħt lil ibni.’ Erodi mbagħad, meta ra li l-maġi kienu daħku bih, nkorla  bis-sħiħ, u bagħat joqtol f’Betlehem u fl-inħawi kollha tagħha lit-tfal subjien kollha ta’ minn sentejn ‘l isfel, skond iż-żmien li sar jaf mingħand il-maġi… Kompli aqra »

President ġdid għall-Moviment ta’ Kana

Dr Arthur Galea Salomone is the new President of the Cana Movement.  His appointment was announced by Archbishop Paul Cremona O.P. during Cana’s annual Christmas gathering. Dr Galea Salomone is a lawyer by profession. He is married and has three children. He succeeds Dr Anna Maria Vella who for the past seven years has offered her invaluable services and expertise in the field of the family, to the Cana Movement… Kompli aqra »

Il-Papa: San Stiefnu, mudell ta’ Evanġelizzazzjoni Ġdida

St Stephen

“F’jum San Stiefnu, aħna msejħin inħarsu lejn l-Iben t’Alla, u bħal San Stiefnu, djaknu u l-ewwel martri tal-Knisja, “ninfetħu għad-dawl li jmexxina fil-ħajja tagħna”. Dan qalu l-Papa Benedittu XVI fir-riflessjonijiet tiegħu l-għada tal-Milied, jum li jikkommemora l-ewwel martri tal-Knisja, San Stiefnu.

Iżid li “fil-Magħmudija u l-Griżma tal-Isqof, bid-doni prezzjużi tal-fidi sostnuti mis-Sagramenti tal-Knisja, partikolarment l-Ewkaristija, Ġesu Kristu żammna miegħu u permezz tal-Ispirtu s-Santu irid ikompli fina l-ħidma salvivika li tkun għalina l-fidwa u li twassalna għall-qofol… Kompli aqra »