Yearly Archives: 2012

2 ta’ Novembru

Saint Matthew 25:31-46.

Jesus said to his disciples: «When the Son of Man comes in his glory, and all the angels with him, he will sit upon his glorious throne, and all the nations will be assembled before him. And he will separate them one from another, as a shepherd separates the sheep from the goats. He will place the sheep on his right and the goats on his left.  … Kompli aqra »

Ir-rispett ud-differenzi: id-djalogu inter-reliġjuż minn Vatikan II ‘l hawn

Arcbishop Gerhard Muller

Ħamsin sena wara li l-Konċilju Vatikan II nieda impenn kattoliku ġdid għad-djalogu inter-reliġjuż, ix-xogħol ikompli, partikolarment dwar kjarifiċi tal-attitudnijiet tal-Knisja lejn reliġjonijiet oħrajn. Sakemm għadd ta’ kattoliċi għadhom iħarsu lejn reliġjonijiet oħra b’disrispett, kattoliċi oħra donnhom iżommu li Konċilju Vatikan II għallem li r-reliġjonijiet kollha huma toroq validi ndaqs li jwasslu lejn Alla u lejn il-milja tal-verita.

Il-Prefett il-ġdid tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, l-Arċisqof Gerhard Muller, qal riċentament li ż-żewġ estremi huma żbaljati… Kompli aqra »

Il-Qaddisin, fejn is-sema u l-art jiltaqgħu

All Saints day

Il-festa tal-Qaddisin kollha tinħass sew f’Ruma, bl-ewwel għaxriet ta’ eluf ta’ Rumani jaslu sal-Pjazza quddiem il-Bażilika ta’ San Pietru. Il-pulizija kellha tagħlaq l-aċċess madwar il-bażilika tal-Vatikan, u projbixxiet ukoll ċertu traffiku milli jasal sa Via della Conciliazione. F’dan ix-xenarju, pellegrini u turisiti urew kurżita waqt li l-qniepen daqqew tmiem il-quddiesa, biċ-ċittadini tal-post iħarsu mill-ewwel lejn it-tieqa tal-istudju tal-Papa għall-bidu tal-maratona fil-jum li jfakkar il-qaddisin kollha… Kompli aqra »

Tnedija ufficjali ta’ Newsbook.com.mt fl-okkazjoni tal-20 sena tal-RTK

Nhar il-31 ta’ Ottubru 2012, saret it-tnedija uffiċċjali tan-news portal Newsbook.com.mt, fil-lukanda The Palace, tas-Sliema.Dan in-news portal, li huwa immexxi mill-kamra tal-ahbarijiet tal-RTK, tnieda fl-okkazjoni tal-20 sena mit-twaqqif ta’ dan l-istazzjon. Matul din l-attivita’ tnediet ukoll il-mobile phone application ‘Newsbook’ li tista’ titniżżel mill-App Store għal dawk li huma iOS users, u fi żmien li ġej se tkun disponibbli wkoll mill-Google Play għal dawk li huma Android users… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-1 ta’ Novembru

Festa tal-Qaddisin Kollha

Mattew 5, 1-12

Kif ra l-folol, Ġesù tala’ fuq il- muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid: “Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa. Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art. Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx  tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-31 ta’ Ottubru

Luqa 13,22-30

Huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, għadda jgħallem f’xi bliet u rħula. U kien hemm wieħed qallu: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?” U huwa weġibhom: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb  id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx. Għax meta sid id-dar ikun qam jagħlaq il-bieb, intom tibqgħu barra, u tibdew tħabbtu l-bieb u tgħidu, ‘Mulej, iftħilna.’ Iżda hu jweġibkom u jgħid, ‘Ma nafx mnejn intom.’ Mbagħad taqbdu tgħidulu, ‘Kilna u xrobna miegħek aħna, u int għallimt fil-pjazez tagħna.’ Hu jwieġeb u jgħidilkom, ‘Ma nafx mnejn intom; morru minn quddiemi, intom ilkoll li tagħmlu dak li m’hux sewwa!’ Hemmhekk ikun hemm il-biki u tgħażżiż tas-snien, meta taraw lil Abraham u lil Iżakk u lil Ġakobb u l-profeti kollha fis-Saltna ta’ Alla, u intom imkeċċija ‘l barra… Kompli aqra »

Il-Papa dwar il-migrazzjoni bħala pellegrinaġġ ta’ fidi u tama

Il-Papa Benedittu XVI qal li minħabba instabilita ekonomika, in-nuqqas ta’ ħtiġijiet essenzjali, diżastri naturali, gwerer u kunflitti soċjali, “il-migrazzjoni saret esperjenza diffiċli ta’ trawma, fejn in-nies qed jispiċċaw vittmi, iktar milli aġenti responsabbli għad-deċiżjoni tal-migrazzjoni. Il-Papa kiteb il-messaġġ għad-99 Jum Dinji għall-Migranti u Refuġjati li jitfakkar fit-13 ta’ Jannar 2013 bit-tema “Il-Migrazzjoni:pellegrinaġġ ta’ fidi u tama”.

Il-Papa kiteb li “il-fidi u t-tama huma inseparabbli fi qlub il-migranti li profondament jixtiequ ħajja aħjar, speċjalment meta jkunu qed iħallu warajhom xenarju ferm bogħod minn prospettiv għal futur aħjar”… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof f’għeluq il-175 sena mill-istatwa ta’ Santa Marija

Qrendi

30 ta’ Ottubru 2012

Ħuti, statwa ta’ S. Marija li aħna qegħdin niċċelebraw illum, mija u ħamsa u sebgħin sena, nippruvaw nagħmlu meditazzjoni fuqha ħalli tgħinna nikbru fil-ħbiberija tagħna ma’ Binha.

Kif jibdew l-istatwi?  Ikun hemm komunita,  komunita li jkollha ħafna fidi fil-Madonna u forsi xi ħadd, min jaf min kien, ġieħ l-ħsieb li kieku aħna ngħinu l-fidi tagħna billi jkollna xbieha, allura nistgħu nużaw is-sensi tagħna, narawha biex il-fidi tagħna nkunu nistgħu ngħixuha iktar… Kompli aqra »

‘We don’t need no religion’ f’diskussjoni

L-Għaqda Studenti tat-Teoloġija se tiċċelebra s-67 sena mit-twaqqif tagħha nhar it-Tlieta 6 ta’ Novembru b’quddiesa ċċelebrata fil-knisja ta’ Santa Katerina tal-Italja l-Belt Valletta fis-6.30pm, u wara, diskussjoni fil-Kavallier ta’ San Ġakbu fis-7.30pm.

Din id-diskussjoni ġġib it-titlu ta’: “We don’t need no religion. Għalfejn ħafna nies illum jemmnu f’Alla mingħajr bżonn ta’ reliġjon” u se tkun immexxija minn Peppi Azzopardi waqt li l-kelliema se jkunu Ranier Fsadni, Fr Mark Sultana u Jason Copperstone… Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur t-tfal li jattendu l-katekiżmu u l-katekisti

Nhar il-Ħamis 25 ta’Ottubru 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.  iltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekiżmu fiċ-Ċentru tal-Kapuċċini l-Kalkara, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu. Aktar tard, l-Arċisqof iltaqa’ mal-katekisti tat-tfal fiċ-Ċentru tal-Kapuċċini.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof fil-Kalkara.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »