Yearly Archives: 2012

Il-Papa dwar l-iskoperta mill-ġdid tal-Ewkaristija

Pope Benedict XVI

Qabel ir-reċita tal-Angelus, il-Papa Benedittu XVI ħa l-ħin tiegħu biex irrifletta fuq il-vanġelu tal-Ħadd bil-karatteristika ewlenija jkun id-diskors ta’ Ġesu fis-sinagoga ta’ Kafarnaum.

“Fil-vanġelu Ġesu jippreżenta lilu nnifsu bħala l-Ħobż Ħaj nieżel mis-sema. Jalla lkoll kemm aħna nixxenqu għar-rigal tal-preżenza tiegħu fis-sagrifiċċju tal-Ewkaristija, fejn Ġesu jagħtina lilu nnifsu f’ikel u xorb li jsostnuna fil-vjaġġ tagħna lejn Alla l-Missier”, qal il-Papa… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-20 t’Awwissu

Mattew 19, 16-22

Resaq wieħed fuqu u qallu: “Mgħallem, x’għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” U Ġesù qallu: “Għax tistaqsini fuq it-tajjeb? Wieħed hu t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti.” “Liema?” staqsieh dak. U Ġesù wieġbu: “La toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, weġġaħ lil missierek u ‘l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek.” Qallu ż-żagħżugħ: “Jiena dan kollu ħaristu; x’jonqosni iżjed?” Wieġbu Ġesù: “Jekk trid tkun perfett, mur, bigħ il-ġid li għandek, agħtih lill-foqra, u jkollok teżor fis-sema ; mbagħad ejja u imxi warajja.” Iż-żagħżugħ kif sama’ dan, telaq b’qalbu sewda, għax kien għani ħafna… Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa tal-Imqabba

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Kan. Dun Ġorġ Spiteri bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ S. Marija, l-Imqabba.

Dun Ġorġ Spiteri twieled iż-Żejtun fit-30 ta’ Novembru 1957. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fi skola primarja u sekondarja tal-Istat.  Fl-1977 daħal fis-seminarju fid-djoċesi ta’ Westminster, Londra, fejn studja l-filosofija. Kompla l-istudji tiegħu fis-seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, ir-Rabat Għawdex, u fis-seminarju tal-Virtù, r-Rabat Malta… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-19 t’ Awissu

L-20- il-Hadd tas-Sena

Gwann 6, 51 – 58

Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja.” Fuq hekk il-Lhud tlewwmu bejniethom, u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?” Ġesù mela qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-18t’ Awwissu

Mattew 19,13-15

Mbagħad ressqulu quddiemu xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom. Iżda d-dixxipli qabdu jgħajjtu magħhom. U Ġesù qalilhom: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.” Mbagħad qiegħed idejh fuqhom u telaq minn hemm.

Il-Qaddisa tal-jum: Santa Elena Kompli aqra »

Ir-rwol tal-Unions tal-ħaddiema fit-tiġdid t’ekonomija mkissra

Trade Union roles

Iċ-Ċermen tal-Kumitat tal-Isqfijiet Amerikani dwar il-Ġustizzja Domestika u l-Iżvilupp Uman, l-Isqof Stephen E.Blaire ta’ Stockton f’California, qal li l-Unions tal-ħaddiema u assoċjazzjonijiet oħra tal-ħaddiema jeħtieġu jgħinu lill-ħaddiema u lill-familji tagħhom joħorġu mill-faqar, f’xenarju ta’ ekonomija mkissra. “Ebda tiġdid ekonomiku li jpoġġi lill-ħaddiema u lill-familji tagħhom fiċ-ċentru tal-ħajja ekonomika ma jista’ jsir jekk mhux bil-għajnuna u l-effiċjenza tal-Unions u l-Assoċjazzjonijiet tal-ħaddiema”, qal l-Isqof… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-17 t’ Awissu

Mattew 19,3-12

Resqu fuqu xi Fariżej biex iġarrbuh, u qalulu: “Jista’ wieħed jitlaq lil martu fuq xi ħaġa, tkun xi tkun?” Iżda hu qalilhom: “Ma qrajtux li sa mill-bidu  l-Ħallieq għamilhom raġel u mara, u qal, ‘Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u ‘l ommu u jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed?’ Għalhekk m’humiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed… Kompli aqra »

Il-Papa jfakkar l-Assunzjoni biċ-ċelebrazzjoni ewkaristika u l-Angelus

Pope Benedict XVI in Assumption feast

Il-Papa Benedittu XVI, nhar is-solennita tat-tlugħ ta’ Marija Santissima fis-sema, fil-bitħa tal-Palazz Appostoliku f’Castel Gandolfo, talab l-Angelus u spjega li t-tlugħ fis-sema ta’ Marija bir-ruħ u bil-ġisem wara l-ħajja tagħha fid-dinja, anki jekk definit b’domma ta’ fidi minn Papa Piju XII fl-1950, minn dejjem kien emmnut u ċċelebrat mill-Insara madwar id-dinja. Il-Kap tal-Knisja Kattolika talab lil dawk kollha li jemmnu sabiex iduru lejn Marija tiggwidahom sabiex isibu t-triq li twassalhom għand binha Ġesu… Kompli aqra »

Il-bniedem tat-tama

Il-motto kardinalizju tiegħu, Gaudium et Spes, jiġifieri l-hena u t-tama, ifisser ħajtu kollha. Il-Qaddej ta’ Alla, il-Kardinal Vjetnamita, François Xavier Nguyen van Thuân, għadda parti sostanzjali minn ħajtu mħabbat minn inġustizzji kbar imma, fl-istess ħin, imħarreġ fit-tliet virtujiet teologali tal-fidi, it-tama u l-imħabba. Minħabba l-vanġelu kien lest li jbati kull xorta ta’ tbatija speċjalment il-ġuħ u l-mibegħda li jġib miegħu l-fatt li tkun priġunier… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-16 t’ Awissu

Mattew 18,21-19,1

Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?” “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet,” wieġbu Ġesù,”imma sa sebgħa u sebgħin darba. Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu. Kif beda jagħmel dan, ħadulu quddiemu wieħed li kellu jagħtih għaxart elef talent. Billi ma kellux minn fejn iroddhomlu, is-sinjur ordna li jinbiegħu hu, martu, uliedu u kull ma kellu, ħalli b’hekk jitħallas id-dejn… Kompli aqra »