Yearly Archives: 2012

Il-Kardinal Prospero Grech O.S.A. iżur id-Dar tal-Providenza

Nhar it-Tlieta 7 t’Awwissu, l-E.T. Il-Kardinal Prospero Grech O.S.A. żar id-Dar tal-Providenza fejn iltaqa’ mar-residenti u l-ħaddiema kif ukoll mal-membri tal-Amministrazzjoni. Mal-wasla tiegħu, huwa  ingħata merħba mill-Arċisqof Mons. Pawl Cremona O.P. u mid-Direttur tad-Dar Fr Martin Micallef. Preżenti wkoll kien hemm l-Arċisqof Emeritus Mons Gużeppi Mercieca, s-Sindku tas-Siġġiewi, Dr Karol Aquilina u l-Arċipriet tal-parroċċa tas-Siġġiewi, Fr Joe Grech.

Huwa żar il-kappella tad-Dar kif ukoll il-mużew iddedikat lil Mons… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-8 t’ Awwissu

Mattew 15,21-28

Ġesù ħareġ minn hemm u telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: “Ħenn għalija, Mulej, Bin David; binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna !” Iżda hu ma weġibhiex kelma. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu, jitolbuh u jgħidulu: “Eħles minnha, għax ġejja tgħajjat warajna.” Imma hu qalilhom: “Ma ġejtx mibgħut ħlief għan-nagħaġ li ntilfu mid-dar ta’ Iżrael.” Iżda hi resqet, nxteħtet quddiemu u qaltlu: “Għinni, Mulej !” Hu weġibha: “M’hux sewwa tieħu l-ħobż ta’ l-ulied u tixħtu lill-ġriewi.” “Hekk hu, Mulej,” qaltlu,”iżda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak li jaqa’ minn fuq il-mejda ta’ sidienhom?” Mbagħad wieġeb Ġesù u qalilha: “Mara, il-fidi tiegħek kbira! … Kompli aqra »

Il-Kardinal Grech f’laqgħa informali mal-ġurnalisti.

Fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Kardinal Prospero Grech mexxa laqgħa informali mal-ġurnalisti. Din saret fuq xewqa tal-Kardinal innifsu. Din hija l-ewwel darba li l-Kardinal Grech qed iżur Malta mill-ħatra tiegħu ta’ Kardinal fi Frar li għadda, mill-Papa Benedittu Sittax.

Il-Kardinal Prospero Grech qal li l-ikbar sfida li l-Knisja qed tħabbat wiċċha magħha hija r-realtà tar-relattiviżmu li l-Papa jiddiskrivih bħala n-nuqqas fil-valuri.

Mistoqsi jekk iż-żgħażagħ hux qed jitbiegħdu mill-Knisja, qal li tajjeb li jippruvaw jifhmu lil Knisja qabel iwarbuha… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-7 t’ Awwissu

Matthew 14, 22-33

U minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu; id-dgħajsa kienet diġà f’nofs  il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom. Fir-raba’ sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar. Huma rawh miexi fuq il-baħar u twerwru… Kompli aqra »

Ġesu huwa l-ħobż tal-ħajja

Pope in Castel Gandolfo

Fil-messaġġ tiegħu qabel it-talba tal-Angelus mill-bitħa tal-Palazz Appostoliku ta’ Catesl Gandolfo fin-nofsinhar ta’ Ruma, il-Papa Benedittu XVI iffoka r-rimarki tiegħu fuq il-liturġija tal-ġurnata meħuda mis-sitt kapitlu tal-evanġelju ta’ San Ġwann, fejn Ġesu jirrivela lilu nnifsu bħala l-Ħobż tal-Ħajja.

“Anki jekk il-ġid materjali hu importanti, Ġesu jrid jgħin lill-bniedem jimxi iktar ‘il quddiem mis-sodisfazzjon immedjat lid an jagħti”. Hekk qal il-Papa waqt li spjega li l-Mulej irid jiftħilna orizzont ta’ eżistenza li mhuwiex sempliċiment marbut mal-affarijiet ta’ kuljum, bħall-ikel, ix-xorb, l-ilbies u x-xogħol… Kompli aqra »

Maratona Oħloq Tbissima – ‘Konna qegħdin naħdmu għal għan wieħed’

Il-Maratona Oħloq Tbissima, maratona ta’ 60 siegħa xandir live b’risq is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP), għadha kif intemmet.

Is-sittin siegħa kienu mimlija attivita.  Il-pubbliku ipparteċipa f’quddies, rużarju u mumenti oħra ta’ talb. Segwa wkoll filmati esklussivi, djalogu dirett mal-missjunarji permezz ta’ Skype, diskussjonijiet, interviszi mal-voluntiera li akkumpanjaw lil-President ta’ Malta Dr. George Abela fl-esperjenza missjunarja fil-Peru fix-xahar ta’ Lulju, Rokna għat-tfal,  Musichiere, Il-Festival Żifna mal-Istilel u diversi  varjetajiet immirati biex jolqtu l-gosti tal-familja kollha, fejn wieħed seta’ japprezza l-livell għoli tat-talent Malti u Għawdxi… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-6 t’ Awwissu

It-trasfigurazzjoni tal-Mulej

Mark 9,2-10

Sitt jiem wara Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. Lbiesu sar abjad u jgħammex b’dija ta’ l-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk. U dehrilhom Elija ma’ Mosè, jitkellmu ma’ Ġesù. Qabad Pietru u qal lil Ġesù: “Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-5 ta’ Awwissu

It-18 il-Hadd tas-Sena

Gwann 6, 24-35

Iżda n-nies, meta raw li fuqhom la kien hemm Ġesù u lanqas id-dixxipli tiegħu, telgħu fuq id-dgħajjes u marru lejn Kafarnahum ifittxu lil Ġesù. U meta sabuh in-naħa l-oħra tal-baħar staqsewh: “Rabbi, meta ġejt hawn?” Ġesù weġibhom: “Tassew tassew ngħidilkom, intom qegħdin tfittxuni mhux għax rajtu sinjali, imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu… Kompli aqra »

Tibda l-maratona Oħloq Tbissima

Għadha kif ġiet inawgurata l-għaxar edizzjoni l-Maratona Oħloq Tbissima, f’dar San Ġużepp, Santa Venera. Din hija maratona ta’ 60 siegħa ta’ xandir kontinwu li s-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl qed torganizza biex titqajjem kuxjenza missjunarja filwaqt li jinġabru fondi b’ risq il-missjonijiet li l-istess Soċjetà għandha fil-Perù, fil-Filippini u fil-Pakistan.

Mill-fondi miġbura fil-Maratona Oħloq Tbissima se tiggwadanja wkoll id-dar li fiha qed issir il-maratona li tgħin bosta tfal u adolexxenti li għal xi raġuni ma jistgħux jgħixu fil-familja naturali tagħhom… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tar-4 t’ Awwissu

Mattew 14, 1-12

Kien dik il-ħabta li Erodi t-tetrarka sama’ bil-fama ta’ Ġesù, u lill-qaddejja tiegħu qalilhom: “Dan Ġwanni l-Battista! Iva, hu, qam mill-imwiet! U minħabba f’hekk il-qawwa tal-mirakli qiegħda taħdem fih!” Għax Erodi kien arresta lil Ġwanni, u qaflu l-ħabs u ħallieh hemm minħabba Erodja, mart ħuh Filippu. Għax Ġwanni kien jgħidlu: “Inti lil dik ma tistax iżżommha.” Ried kieku joqtlu, imma kien jibża’ min-nies, għax kienu jżommuh  bi profeta… Kompli aqra »