Yearly Archives: 2012

Żewġ seminaristi jingħataw il-Ministeru tal-Akkolitat

Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Novembru 2012, l-Arċisqof Pawl Cremona O.P. mexxa ċelebrazzjoni Ewkaristika li fiha żewġ seminaristi ingħataw il-Ministeru tal-Akkolitat. Iċ-ċelebrazzjoni saret fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl, ir-Rabat, fis-6 p.m.

Iz-żewġ seminaristi, li jinsabu fis-sitt sena tal-formazzjoni tagħhom fis-Seminarju tal-Arċisqof huma Luke Cutajar mill-Parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat u Brian Gialanzè mill-Parroċċa ta’ San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa.

L-għoti tal-Ministeru tal-Akkolitat immarka pass ieħor importanti fil-mixja ta’ dawn iż-żgħażagħ lejn is-saċerdozju… Kompli aqra »

Irtir għall-ħaddiema tal-Kurja

Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Novembru 2012, l-Arċisqof attenda rtir u jiċċelebra quddiesa għall-impjegati tal-Kurja, tal-Caritas u tat-Tribunal Ekkleżjastiku. Kien hemm preżenti wkoll l-Isqofs Awżiljarju Charles J. Scicluna u l-Isqof Ġużeppi Mercieca. L-Irtir sar fis-Seminarju tal-Arċisqof, Rabat, u r-riflessjonijiet mexxiehom Patri Sandro Overend OFM, Provinċjal tal-Patrijiet Franġiskani Minuri.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

3-9 ta’ Diċembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Rev. Fr Jeffery Williams u s-Sinjura Williams, tal-knisja Anglikana, li se jtemm il-ħatra tiegħu f’Malta. Il-laqgħa se ssir fir-residenza tal-Arċisqof Ħ’Attard.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa b’suffraġju ta’ Dun René Cilia, organizzata mis-saċerdoti żgħażagħ, fis-Seminarju tal-Arċisqof, f’Tal-Virtù, ir-Rabat.

It-Tlieta

10.00 a.m… Kompli aqra »

Ittra Pastorali tal-Avvent 2012

Verżjoni bil-Malti


Għeżież ħutna,

Waħda mill-kwalitajiet sbieħ li għandu l-bniedem hija l-kapaċità li jisma’.  M’humiex ftit dawk fostna li jixxenqu biex jisimgħu kelma bis-sens li jistgħu joqogħdu fuqha.  Fl-istess ħin, illum il-bniedem hu ttentat jagħlaq widnejh għax għejja jisma’ kliem li għandu ħoss ħelu imma vojt.  Il-kliem sar wisq irħis, tant li sar faċli nilagħbu bih.   … Kompli aqra »

Ittra Pastorali għat-Tfal – Avvent 2012

Għeżież tfal,

Waħda mill-karatteristiċi li għandu l-bniedem u li għandna aħna hija l-kapaċità li nisimgħu.  Ħafna drabi ħafna nies ikollhom ix-xewqa li jisimgħu kelma li tagħmel sens u tgħinhom f’ħajjithom allavolja hemm xi wħud li qishom jagħlqu widnejhom biex jisimgħu l-kelma sabiħa ta’ Kristu.

Għalhekk sar importanti iktar minn qatt qabel li aħna naqsmu mal-oħrajn il-kliem ta’ Ġesù.  Din hija l-missjoni tagħna bħala tfal insara… Kompli aqra »

Żewġ seminaristi se jingħataw il-Ministeru tal-Akkolitat

Brian Gialanzè

Iz-żewġ seminaristi, li jinsabu fis-sitt sena tal-formazzjoni tagħhom fis-Seminarju tal-Arċisqof, huma: Luke Cutajar mill-Parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat u Brian Gialanzè mill-Parroċċa ta’ San Pietru fil-ktajjen, Birżebbuġa.

L-għoti tal-Ministeru tal-Akkolitat jimmarka pass ieħor importanti fil-mixja ta’ dawn iż-żgħażagħ lejn is-saċerdozju. Bħala akkoliti huma se jingħatalhom l-uffiċċju li jgħinu lis-saċerdot u lid-djakni fil-qadi tal-ministeru tagħhom waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija, iqarbnu lil ħuthom Insara, fosthom ukoll lill-morda, jitħeġġu fl-imħabba personali tagħhom lejn l-Ewkaristija, u fuq kollox jgħixu b’mod li jkun jixirqilhom iservu fil-mejda tal-Mulej u tal-Knisja… Kompli aqra »

L-Esebizzjoni tal-Arti ta’ Caritas Malta 2012

The Prime Minister, the Hon. Lawrence Gonzi, inaugurated an Art Exhibition in aid of Caritas At Auberge de Castille, Valletta. The Caritas Malta Art Exhibition 2012 will be open for public viewing at the Auberge de Castille from the 28th November to 1st December 2012.

Leading Maltese and visiting artists will be exhibiting paintings which are being sold, making a contribution towards the services offered by Caritas Malta at no charge to people in need… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof għall-gradwati l-ġodda tal-Universita’

Kon-Katidral ta’ San Ġwann
14 ta’ Novembru 2012

Kif smajna fil-bidu tal-quddiesa l-akbar ferħ illum huwa kemm tal-gradwandi kif ukoll ta’ dawk li wassluhom biex jiggradwaw.  Imma naħseb li ma dawn irridu inżidu żewġ ferħat oħra: l-ewwel ferħ huwa tal-pajjiż tagħna u tal-poplu tagħna għaliex fikom jara possibbiltajiet aktar għal futur dejjem aħjar. U jien ngħid illum hemm ukoll il-ferħ ta’ Alla l-Imbierek għaliex id-doni li hu takom ħaddimtuhom b’sagrifiċċju kbir imma ma ħlejtuhomx.   … Kompli aqra »

Isqfijiet fi Spanja iħeġġu kontra żwieġ bejn koppji tal-istess sess

Gay Marriage

L-Isqfijiet Kattoliċi ta’ Spanja appellaw lill-partiti politiċi sabiex jingħaqdu fi front wieħed kontra ż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess. Dan wara li kien ikkonfermat bħala legali mill-Qorti Kostituzzjonali. “Il-leġislazzjoni Spanjola dwar iż-żwieġ hi gravament inġusta – ma tipproteġix id-dritt tal-partijiet li jkunu rikonoxxuti mil-liġi bħala ‘husband’ u ‘wife’, lanqas id-dritt tfal u ż-żgħażagħ li jikbru bħala futuri raġel u mara fiż-żwieġ li jgawdu omm u missier f’familja stabbli”, qalet il-konferenza episkopali wara l-plenarja fil-jiem li għaddew f’Madrid… Kompli aqra »

Il-Papa Benedittu XVI Jaħtar lill-Isqof Charles J. Scicluna bħala Membru tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi

Il-Qdusija Tiegħu, il-Papa Benedittu XVI ħatar lill-Eċċellenza Tiegħu Reverendissima Mons. Charles J. Scicluna, bħala membru tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi fil-Vatikan. Il-membri tal-Kongregazzjoni huma Kardinali u Isqfijiet li jew jaħdmu fil-Vatikan jew fi Djoċesijiet madwar id-Dinja.  Huma jiltaqgħu diversi drabi matul is-sena, dejjem nhar ta’ Erbgħa, biex jiddiskutu l-kwistjonijiet l-iżjed importanti dwar id-duttrina tal-Knisja u jiddeċiedu l-kawżi l-iżjed gravi li jitressqu quddiem il-Kongregazzjoni.  … Kompli aqra »