Arkivji mensili: Frar 2013

Il-Vanġelu tal-4 ta’ Frar

Mark 5,1-20

Waslu x-xatt l-ieħor tal-baħar u ġew fil-pajjiż tal-Gerasin. Kif niżel mid-dgħajsa, resaq fuqu wieħed, li ħareġ mill-oqbra, li kien maħkum minn spirtu ħażin. Dan kien jgħammar fl-oqbra, u ħadd ma kien jista’ jżommu marbut, anqas b’katina, għax bosta drabi laħqu rabtuh bix-xkiel u bil-ktajjen u hu kien jaqsam il-ktajjen u jkisser ix-xkiel, u ħadd ma kellu l-ħila jżommu.  … Kompli aqra »

4 – 10 Frar

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi individwali u wara jiċċelebra magħhom Quddiesa u jiekol magħhom fis-Seminarju tal-Virtu’, r-Rabat.

It-Tlieta

9.45 a.m. L-Arċisqof jippresiedi Laqgħa Distrettwali għas-saċerdoti, f’Marsaxlokk.

6.30 p.m. L-Arċisqof imexxi laqgħa ta’ talb fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja Konsagrata fis-Sala tal-Iskola ta’ Santa Monica, l-Gżira… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-3 ta’ Frar

Ir-Raba’ Hadd tas-Sena

Luqa 4, 21-30

U beda jgħidilhom: “Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu.” U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu u bdew jgħidu: “Dan m’huwiex bin Ġużeppi?” Iżda hu qalilhom: “Żgur li se tgħidu għalija dan il-proverbju, ‘Tabib, fejjaq lilek innifsek : dak kollu li smajna li ġara f’Kafarnahum agħmlu hawn f’pajjiżek ukoll.” U żied jgħidilhom: “Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f’pajjiżu… Kompli aqra »

Ittra Pastorali dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali 2013

Rispett lejn il-Verità u lejn xulxin

Għeżież ħutna,

L-Elezzjonijiet Ġenerali huma mument ta’ importanza kbira fil-ħajja ta’ kull soċjetà demokratika. Kull ċittadin għandu jħossu fid-dmir li jipparteċipa b’mod ħieles u responsabbli; il-kandidati billi jagħżlu li jkunu ta’ servizz għal kulħadd u l-elettorat billi jesprimi l-vot tiegħu.

Il-Knisja tirrispetta l-awtonomija tal-Istat u timpenja ruħha li ddawwal il-kuxjenza libera taċ-ċittadini f’isem il-ġid komuni u f’isem il-ħarsien tad-dinjità ta’ kull persuna, hi min hi… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-2 ta’ Frar

Il-Prezentazzjoni tal-Mulej (Il-Kandlora)

Luqa 2,22-40

Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skond il-Liġi ta’ Mosè, ħaduh Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej, li ‘kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej,’ u biex joffru b’sagrifiċċju ‘par gamiem jew żewġ bċieċen,’ kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej. F’Ġerusalemm kien hemm wieħed, jismu Xmun, raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu… Kompli aqra »

Memorandum mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija

MEMORANDUM GĦALL-PARTITI POLITIĊI – ELEZZJONIJIET ĠENERALI 2013

1.0  SFOND

F’dawn l-aħħar erbgħin sena l-iskejjel tal-Knisja komplew jevolvu u jitbiddlu f’diversi aspetti. Kienu skejjel li jitolbu ħlas għall-edukazzjoni li kienu joffru. Xi uħud anke kienu jżommu l-boarders. Bil-ftehim tal-1991 saru skejjel bla ħlas u d-dħul fl-iskejjel primarji beda jsir permezz tal-polza.  Dan it-tibdil żied it-taħlit ta’ abilitajiet li jkollhom l-istudenti biex l-iskejjel saru iktar aċċessibbli.  … Kompli aqra »

Messaġġ mill-Isqfijiet Maltin dwar is-sitwazzjoni f’Benghażi, l-Libja

Bħala Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, flimkien mal-poplu ta’ Alla fil-Gżejjer tagħna, nixtiequ nuru t-tħassib tagħna għas-sitwazzjoni li reġgħet inqalgħet f’Benghażi fil-Libja. Inħossuna qrib fit-talb u fil-ħsieb, b’mod partikolari ma’ ħuna l-Eċċellenza Tiegħu, Mons Silvestru Magro O.F.M.., Isqof Titulari ta’ Salde u Vigarju Appostoliku ta’ Benghażi.

Għalhekk, filwaqt li napprezzaw ħafna l-ħidma tal-missjunarji fil-Libja, partikularment il-presenza tal-patrijiet Franġiskani Minuri Maltin, inħeġġu lill-insara tagħna biex iressqu t-talb tagħhom lill-Missier twajjeb tas-sema biex iħares lil dan il-poplu u jagħtih is-sliem tant mixtieq u bżonnjuż… Kompli aqra »

Il-Programm taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ San Gejtanu l-Ħamrun

L-Erbgħa 6 ta’ Frar

10.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kappillan, fil-Kurja.

Il-Ħamis 7 ta’ Frar

5.00 p.m. L-Arċisqof iżur is-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù flimkien mar-residenti tad-Dar.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Xandir tal-Kelma u l-katekisti kollha fil-M.U.S.E.U.M. tas-sezzjoni Maskili.

Is-Sibt 9 ta’ Frar

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa bħala ftuħ tal-Vista Pastorali, fil-Knisja Parrokkjali u wara jiltaqa’ man-nies… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-1 ta’ Frar

San Mark 4,26-34

U qal: “Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet  iż-żerriegħa fl-art. Rieqed jew imqajjem, billejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif. L-art trodd minnha nfisha l-ewwel il-barma, mbagħad is-sbula, mbagħad il-qamħ mimli fis-sbula. U meta l-frott isir, malajr il-bidwi jmidd idu  għall-minġel, għax ikun wasal żmien il-ħsad.” U qal: “Ma’ xiex sejrin inqabbluha s-Saltna ta’ Alla, jew b’liema parabbola nfissruha? … Kompli aqra »