Arkivji mensili: Frar 2013

Postijiet vakanti fl-iskejjel tal-Knisja fl-Ewwel Sena Primarja u t-tieni sena Kindergarten

F’Novembru 2012 saru l-applikazzjonijiet skont l-Ewwel Kriterju għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika li tibda f’Settembru 2013. Hawn taħt qegħdin nagħtu rendikont ta’ kemm applikaw u kemm baqa’ postijiet vakanti għall-Ewwel Sena Primarja u t-Tieni Sena Kindergarten.

L-Ewwel Sena Primarja Subien

Għall-ewwel sena primarja subien kellna dan it-total ta’ applikanti:

Kriterju Applikanti 1b Aħwa 85 1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja 15 1d Trasferiment bejn skejjel tal-istess kongregazzjoni 1 1e Tfal minn skola bla kontinwità 40 12 Tfal tal-ewwel kriterju li applikaw bħala Każijiet Umanitarji Gravi (It-Tieni Kriterju) 12 Total ta’ applikanti tal-ewwel kriterju subien 153

It-total ta’ applikanti huwa ta’ 153… Kompli aqra »

Il-Papa: Ġesu – Profeta tal-verita’

Pope during Angelus

Meta kien qed jindirizza lil dawk miġbura fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, il-Papa Benedittu XVI irrifletta fuq is-silta tal-vanġelu ta’ San Luqa u spjega li “Ġesu qed ifakkarna li, li tkun profeta tal-verita mhuwiex faċli, anki fost dawk qrib tagħna”.

“Ġesu jfakkarna li anki fost dawk li huma l-eqreb tagħna, li tkun profeta mhux faċli. Ejja nitolbu lill-Mulej jagħtina lkoll spirtu ta’ kuraġġ u għerf, sabiex bi kliemna u għemilna inxandru l-verita salvivika tal-imħabba t’Alla b’ċerta saħħa, b’umilta u koerenza”, kompla… Kompli aqra »

Konċistorju fil-11 ta’ Frar

It-Tnejn 1 ta’ Frar, fl-Awla tal-Konċistorju fil-Palazz Appostoliku tal-Vatikan se jinżamm Konċistorju Pubbliku Ordinarju b’vot fuq il-kanonizzazzjoni ta’ dawn il-Beati:

-Antonio Primaldo u sħabu, martri;

– Laura di Santa Caterina da Siena Montoya Y Upegui, verġni, fundatriċi tal-Kongregazzjoni tal-Missjonijiet ta’ Marija Immakulata u Santa Katerina ta’ Siena; u

– Maria Guadalupe Garcia Zavala, ko-fundatriċi tal-Kongergazzjoni ta’ dawk magħrufa bħala Handmaids of St Margaret Mary (Alacoque) u dawk li jgħinu lill-foqra… Kompli aqra »

Memorandum mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

MEMORANDUM GĦALL-PARTITI POLITIĊI – ELEZZJONIJIET ĠENERALI 2013

Introduzzjoni

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) dejjem għamlet dmirha li toffri l-fehmiet tagħha fuq diversi kwistjonijiet dwar l-immaniġġjar tar-riżorsi ambjentali, l-iżvilupp sostenibbli f’dawn il-gżejjer u r-responsabbiltajiet u d-drittijiet taċ-ċittadini (speċjalment dawk Insara) f’dan il-qasam. Il-KA tħoss li għandha twettaq  dan id-dmir speċjalment f’dan iż-żmien meta ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin huma msejħa jeleġġu r-rappreżentanti tagħhom fil-Parlament… Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur il-kappella Ta’ Ċejlu fil-Marsa

Nhar is-Sibt 2 ta’ Frar 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra quddiesa fil-kappella ta’ Ċejlu, l-Marsa bħala parti miż-żjara pastorali li għamel fil-Parroċċa tat-Trinita’ Mqaddsa, l-Marsa. Wara l-Arċisqof iltaqa’ man-nies li ingħaqdu miegħu fil-quddiesa.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

Eżerċizzi tar-Randan għal persuni separati

Eżerċizzi tar-Randan għal persuni separati, organizzat mill-Moviment ta’ Kana, l-Caritas u l-Kummissjoni Djoċesana Familja.

Kuljum mill-11 ta’ Marzu sal-15 ta’ Marzu bejn is-7-8pm.

Post: Il-Knisja ta’ Sarria, l-Furjana.

Fr Anton Theuma se jmexxi l-Eżerċizzi.

Din hija opportunita’ għall-persuni seprati biex jirriflettu u jitolbu flimkien matul ir-Randan. Kompli aqra »

4 – 10 Frar

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi individwali u wara jiċċelebra magħhom Quddiesa u jiekol magħhom fis-Seminarju tal-Virtu’, r-Rabat.

It-Tlieta

9.45 a.m. L-Arċisqof jippresiedi Laqgħa Distrettwali għas-saċerdoti, f’Marsaxlokk.

6.30 p.m. L-Arċisqof imexxi laqgħa ta’ talb fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja Konsagrata fis-Sala tal-Iskola ta’ Santa Monica, l-Gżira… Kompli aqra »

Ittra Pastorali dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali 2013

Rispett lejn il-Verità u lejn xulxin

Għeżież ħutna,

L-Elezzjonijiet Ġenerali huma mument ta’ importanza kbira fil-ħajja ta’ kull soċjetà demokratika. Kull ċittadin għandu jħossu fid-dmir li jipparteċipa b’mod ħieles u responsabbli; il-kandidati billi jagħżlu li jkunu ta’ servizz għal kulħadd u l-elettorat billi jesprimi l-vot tiegħu.

Il-Knisja tirrispetta l-awtonomija tal-Istat u timpenja ruħha li ddawwal il-kuxjenza libera taċ-ċittadini f’isem il-ġid komuni u f’isem il-ħarsien tad-dinjità ta’ kull persuna, hi min hi… Kompli aqra »

Memorandum mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija

MEMORANDUM GĦALL-PARTITI POLITIĊI – ELEZZJONIJIET ĠENERALI 2013

1.0  SFOND

F’dawn l-aħħar erbgħin sena l-iskejjel tal-Knisja komplew jevolvu u jitbiddlu f’diversi aspetti. Kienu skejjel li jitolbu ħlas għall-edukazzjoni li kienu joffru. Xi uħud anke kienu jżommu l-boarders. Bil-ftehim tal-1991 saru skejjel bla ħlas u d-dħul fl-iskejjel primarji beda jsir permezz tal-polza.  Dan it-tibdil żied it-taħlit ta’ abilitajiet li jkollhom l-istudenti biex l-iskejjel saru iktar aċċessibbli.  … Kompli aqra »

Messaġġ mill-Isqfijiet Maltin dwar is-sitwazzjoni f’Benghażi, l-Libja

Bħala Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, flimkien mal-poplu ta’ Alla fil-Gżejjer tagħna, nixtiequ nuru t-tħassib tagħna għas-sitwazzjoni li reġgħet inqalgħet f’Benghażi fil-Libja. Inħossuna qrib fit-talb u fil-ħsieb, b’mod partikolari ma’ ħuna l-Eċċellenza Tiegħu, Mons Silvestru Magro O.F.M.., Isqof Titulari ta’ Salde u Vigarju Appostoliku ta’ Benghażi.

Għalhekk, filwaqt li napprezzaw ħafna l-ħidma tal-missjunarji fil-Libja, partikularment il-presenza tal-patrijiet Franġiskani Minuri Maltin, inħeġġu lill-insara tagħna biex iressqu t-talb tagħhom lill-Missier twajjeb tas-sema biex iħares lil dan il-poplu u jagħtih is-sliem tant mixtieq u bżonnjuż… Kompli aqra »