Arkivji mensili: Lulju 2013

Jinfetaħ iċ-Ċentru Pastorali Parrokkjali Qalb ta’ Ġesu’ fil-Qrendi

  • Jinfetaħ iċ-Ċentru Pastorali Parrokkjali Qalb ta’ Ġesu’ fil-Qrendi
  • Nhar is-Sibt 13 ta’ Lulju 2013, l- Arċisqof ta’ Malta l-E.T. Mons. Pawl Cremona fetaħ uffiċċjalment iċ-Ċentru Pastorali Parrokkjali Qalb ta’ Ġesu’ fil-Qrendi. Il-binja li tinsab fi Triq iż-Żurrieq se tkun l-akbar waħda tax-xorta tagħha fl-inħawi, u beħsiebha tiġbor taħt saqaf wieħed il-ħidma pastorali kollha tal-parroċċa tal-Qrendi li sal-lum ma kelliex post adattat minn fejn tagħmel dan…
  • Kompli aqra »

Applikazzjonijiet għal xi postijiet vakanti fi skejjel tal-Knisja

  • Applikazzjonijiet għal xi postijiet vakanti fi skejjel tal-Knisja
  • Ser jerġgħu jintlaqgħu applikazzjonijiet għal numru ta’ postijiet għall-bniet fl-ewwel sena sekondarja u għas-subien fir-raba’ sena primarja.
    L‑applikazzjonijiet jintlaqgħu nhar il-Tlieta, 30 ta’ Lulju 2013, fis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, 16, il-Mall, Furjana, bejn id-9:00 a.m. u nofsinhar, u jkunu skont dawn il-kriterji: studenti skont l-ewwel kriterju (Djar tal-Knisja), aħwa, ulied ta’ impjegati fi skola tal-Knisja u ta’ skola bla kontinwità, u skont it-tielet kriterju (Applikanti Oħra)…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-28 ta’ Lulju

  • Il-Vanġelu tat-28 ta’ Lulju
  • Is-17 il-Ħadd ta’ matul is-sena

    ​Luqa 11, 1-4
    Darba kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: “Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu.” U qalilhom: “Meta titolbu, għidu, ‘Missier, jitqaddes ismek,  tiġi Saltnatek. Ħobżna ta’ kuljum agħtina kuljum. U aħfrilna dnubietna, għax aħna wkoll naħfru lil kull min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib.’ ” Gesu qalilhom ukoll: “Wieħed minnkom ikollu ħabib li jiġih f’nofs ta’ lejl u jgħidlu, ‘Ħabib, islifni tliet ħobżiet, għax ġie għandi wieħed ħabib tiegħi mill-vjaġġ u ma għandix x’nagħtih.’ U l-ieħor iwieġbu minn ġewwa u jgħidlu, ‘Iddejjaqnix; issa l-bieb magħluq, u wliedi qegħdin  fis-sodda miegħi; ma nistax inqum nagħtik.’ Ngħidilkom jien, li jekk ma jqumx jagħtih għax ħabib tiegħu, iqum u jagħtih kull ma jkollu bżonn minħabba l-wiċċ sfiq tiegħu…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-parteċipanti tal-Lifecyle Challenge

  • L-Arċisqof jiltaqa’ mal-parteċipanti tal-Lifecyle Challenge
  • Nhar l-Erbgħa 24 ta’ Lulju 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-partecipanti tal-Lifecycle Challenge, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard. L-isfida ta’ din is-sena għaċ-ċiklisti tal-Lifecycle ser tibda f’nofs Awwissu, mill-belt kapitali tal-Belarus, Minsk, lejn il-belt ta’ San Pietruburgu, ir-Russja, fi vjaġġ ta’ 2,000km.
  • Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-23 ta’ Lulju

  • Il-Vanġelu tat-23 ta’ Lulju
  • Saint Mattew 12:46-50

    Kif kien għadu qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh.  Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra jfittxu li jkellmuk.” Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? U min huma ħuti?” Mbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Dawn, araw, huma ommi u ħuti…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-22 ta’ Lulju

  • Il-Vanġelu tat-22 ta’ Lulju
  • San Ġwann 20, 1-2.11-18

    ​Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, fil-għodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej  mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!” Iżda Marija baqgħet ‘il barra mill-qabar, tibki…

  • Kompli aqra »

Tkompli l-esperjenza taż-żgħażagħ Maltin fil-Brażil

  • Tkompli l-esperjenza taż-żgħażagħ Maltin fil-Brażil
  • Iż-żgħażagħ Brażiljani f’Rolandia ipproduċew dan il-video, bil-kanzunetta uffiċċjali tal-Jum Dinji taż-żgħażagħ, “Esperança do Amanhecer” (Tama f’Għodwa). Il-Pellegrini Maltin li bħalissa qegħdin jgħixu fl-istess belt integraw ħafna ma’ dawn iż-żgħażagħ kemm fl-ispirtu kif ukoll fit-talb flimkien – kif jixhed dan il-vidjow.
  • Kompli aqra »

L-Isqof Charles J. Scicluna fil-Brażil għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-żgħażagħ

  • L-Isqof Charles J. Scicluna fil-Brażil għaċ-ċelebrazzjonijiet 
    tal-Jum Dinji taż-żgħażagħ
  • L-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna, jinsab il-Brażil biex fimkien maż-zgħażagħ Maltin jieħu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Iċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali, li ser jitmexxew mill-Papa Franġisku, jibdew nhar it-Tlieta 23 ta’ Lulju, fil-belt ta’ Rio de Janeiro. 

    Matul dawn il-jiem, l-Isqof Scicluna qed iżur parroċċa f’ Rolandia, fl-istat tal-Paraná, fejn iż-żgħażagħ Maltin qed jagħmlu xogħol volontarju fil-komunità…

  • Kompli aqra »

22 – 28 ta’ Lulju

  • 22 – 28 ta’ Lulju
  • It-Tnejn         

    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

    It-Tlieta

    4.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ individwalment mas-sorijiet Klarissi bi tħejjija għall-Kapitlu           tagħhom, fil-monasteru, f’San Ġiljan.

    L-Erbgħa

    5.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal- Parteċipanti tal-Life Cycle, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

    Il-Ħamis Il-Ġimgħa                  

    9.30 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi l-Kapitlu tas-sorijiet Klarissi, San Ġiljan…

  • Kompli aqra »