Arkivji mensili: Awwissu 2013

L-Isqof Awżiljarju jkompli bil-pellegrinaġġ f’Lourdes

  • L-Isqof Awżiljarju jkompli bil-pellegrinaġġ f’Lourdes
  • Matul dawn il-jiem l-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna, qed imexxi pellegrinaġġ f’Lourdes.  Għal dan il-pellegrinaġġ organizzat mill-Assoċjazzjoni Volontarji Lourdes (AVL) qed jattendu 336 pellegrin, fosthom għadd ta’ persuni morda. Nhar il-Ħadd l-1 ta’ Settembru, fit-8.30 a.m., l-Isqof Scicluna ser jmexxi Quddiesa kkonċelebrata bil-Malti fil-Grotta ta’ Massabielle.

  • Kompli aqra »

PLANES

  • PLANES
  • ***

    Direttur:        Klay Hall

    Atturi:            (vuċijiet ta’) Dane Cook, Teri Hatcher, Brad Garrett, John Cleese

    Ħin:                92 minuti

    Klassifika taċ-Ċensura: U

    Klassifika tal-Knisja: U

    Dusty Crophopper huwa ajruplan żgħir li jbexx il-ħxejjex iżda li jħobb isuq, u jixtieq ħafna li jtellaq maċ-champion tad-dinja Ripslinger fil-kompetizzjoni ‘Wings Around the Globe’…

  • Kompli aqra »

GROWN UPS 2

  • GROWN UPS 2
  • **

    Direttur:          Dennis Dugan

    Atturi:              Adam Sandler, Kevin James, Chris Rock, David Spade, Salma Hayek, Maya Rudolph, Maria Bello u Nick Swardson

    Ħin tal-film:    101 min.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:     12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:           15

    Lenny Fedder, tliet snin wara l-ġrajjiet  li assistejna għalihom fil-film: Grown Ups,  li ħareġ għall-wiri fis-sena 2010, jerga’ lura lejn Connecticut mal-mara tiegħu Roxanne u t-tliet itfal tiegħu, Greg, Keithie u Becky…

  • Kompli aqra »

ONE DIRECTION: THIS IS US    

  • ONE DIRECTION: THIS IS US    
  • ***

    Direttur:                      Morgan Spurlock

    Jieħdu sehem:             Liam Payne, Harry Styles, Zayn, Malik, Niali Horan, Louis Tominson, Jon Shone, Dan Richards, Sandy Beales u Josh Devine

    Ħin tal-film:                92 min

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 U

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       U

    One Direction hu l-isem ta’ grupp ta’ żgħazagh kantanti li għal dawn l-aħħar tliet snin serqu x-xena mużikali tad-diinja tal-pop u għamlu suċċess wieħed wara l-ieħor kull fejn taw wirjiet meraviljużi tagħhom fil-bliet ewlenin fid-dinja lil eluf ta’ żgħażagħ l-aktar tas-sess feminili…

  • Kompli aqra »

ELYSIUM

  • ELYSIUM

  • Direttur:          Neil Blomkamp

    Atturi:              Matt Damon, Jodie Foster, Sharlto Copley, Alice Braga, Diego Luna, Wagner Moura u William Fichtner

    Ħin tal-Film:    109 min

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       15

    Il-film jeħodna għas-2154 fejn hemm jeżistu żewġ klassijiet ta’ nies: dawk sinjuri ħafna li jgħixu fuq stazzjon spazjali msejjaħ Elysium, mibnija mill-Korporazzjoni Armadyne…

  • Kompli aqra »

Children Cinema Day

  • Children Cinema Day

  • Għal darb’oħra f’dan iż-żmien tas-sena, meta t-tfal huma ħerqana għal edizzjoni oħra ta’ Children Cinema Day, din sejra tinżamm nhar is-Sibt 7 ta’ Settembru 2013…

  • Kompli aqra »

Applikazzjonijiet għal xi postijiet vakanti fi skejjel tal-Knisja

  • Applikazzjonijiet għal xi postijiet vakanti fi skejjel tal-Knisja
  • Ser jerġgħu jintlaqgħu applikazzjonijiet għal numru ta’ postijiet għall-bniet fl-ewwel sena sekondarja.

    L‑applikazzjonijiet jintlaqgħu nhar il-Tlieta, 3 ta’ Settembru 2013, fis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, 16, il-Mall, Furjana, bejn id-9:00 a.m. u nofsinhar, u jkunu skont dawn il-kriterji: studenti skont l-ewwel kriterju (Djar tal-Knisja), aħwa, ulied ta’ impjegati fi skola tal-Knisja u ta’ skola bla kontinwità, u skont it-tielet kriterju (Applikanti Oħra)…

  • Kompli aqra »

Jum Dinji taż-Żgħażagħ: L-Isqfijiet Pollakki jipproponu li ssir f’nofs Lulju tal-2016

  • Jum Dinji taż-Żgħażagħ: L-Isqfijiet Pollakki jipproponu li ssir f’nofs Lulju tal-2016
  • The Polish Bishops propose that the next World Youth Day be held in Cracow in the second half of 2016. This was announced by the final release of the Bishops’ meeting that took place in Czestochowa on August 26th. The committee in charge of Pope Francis’ visit to Poland during the gathering of – assumedly – at least two million young people from all over the world, which will get to work as early as next September, will be chaired by Cardinal Stanislaw Dziwisz…

  • Kompli aqra »

Abbatini Maltin jiltaqgħu mal-Papa Franġisku

  • Abbatini Maltin jiltaqgħu mal-Papa Franġisku
  • Ir-ritratt juri grupp ta’ abbatini Maltin mal-Papa Franġisku, fil-Belt tal-Vatikan. Dawn l-abbatini, 25 b’kollox minn 25 parroċċa differenti f’Malta, qed joffru servizz fil-Bażilika ta’ San Pietru matul dawn il-ġranet tas-sajf. Fir-ritratt jidhru wkoll Fr Karl Sultana (lemin) u seminarista Malti. Il-grupp ta’ abbatini Maltin ħalla Malta fit-23 ta’ Awwissu u jasal lura Malta fl-10 ta’ Settembru…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Charles J. Scicluna jmexxi Pellegrinaġġ f’ Lourdes

  • L-Isqof Charles J. Scicluna jmexxi Pellegrinaġġ f’ Lourdes
  • Għada, l-Erbgħa 28 ta’ Awwissu 2013,  l-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna ser iħalli Malta għall-pellegrinaġġ annwali f’Lourdes. Għal dan il-pellegrinaġġ organizzat mill-Assoċċjazzjoni Volontarji Lourdes (AVL) ser jattendu 336 pellegrin.

    Kull sena, l-Assoċjazzjoni tassisti numru ta’ persuni morda biex imorru Lourdes u jżuru l-grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret għall-ewwel darba lil Bernardette Soubirous fil-11 ta’ Frar 1858. 

    Nhar il-Ħadd l-1 ta’ Settembru 2013, fit-8.30 a.m., l-Isqof Scicluna ser jmexxi Quddiesa kkonċelebrata bil-Malti fil-Grotta…

  • Kompli aqra »