Arkivji mensili: Settembru 2013

PAIN AND GAIN

  • PAIN AND GAIN
  • **

    Direttur:        Michael Bay

    Atturi:            Mark Wahlberg, Dwayne Johnson, Anthony Mackie

    Ħin:                130 minuti

    Klassifika taċ-Ċensura: 18

    Klassifika tal-Knisja:   18

    Daniel Lugo huwa  personal trainer f’gym u jixtieq li jibda jgħix ħajja tas-sinjuri u mhux jibqa’ jgħix bħala ħaddiem. Għalhekk huwa jfassal pjan kif jieħu il-flus ta’ wieħed sinjur…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 10 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 10 ta’ Settembru

  • Luqa 6,12-19

    Mela darba fost l-oħrajn ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun l-Imħeġġeġ,  Ġuda ta’ Ġakbu u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 9 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 9 ta’ Settembru

  • Luqa 6,6-11

    F’Sibt ieħor daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. Kien hemm raġel li kellu idu l-leminija niexfa. Il-kittieba u l-Fariżej kienu moħħhom fih biex jaraw jekk ifejjaqx f’jum is-Sibt, ħalli b’hekk isibu fuqiex jixluh…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.  waqt Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni ta’ Jum il-Vitorja

  • Messaġġ tal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. waqt Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni ta’ Jum il-Vitorja
  • 8 ta’ Settembru 2013

    Konkatidral ta’ San Ġwann

  • Ħuti,

    Aħna llum, bħala poplu Nisrani, qegħdin niċċelebraw il-Festa tat-Twelid ta’ Sidtna Marija, jew il-Bambina, kif insejħulha b’affezzjoni. Għalina l-Maltin din hija festa li għandha wkoll konnotazzjonijiet storiċi għaliex kienet proprju f’din il-ġurnata li għal darbtejn – fl-Assedju tal-1565, kif ukoll fl-aħħar Gwerra Dinjija – dan il-Jum ġab għall-Maltin it-tmiem ta’ ġlied li kienu mdawra bih il-gżejjer tagħna…

  • Kompli aqra »

9 – 15 ta’ Settembru 

  • 9 – 15 ta’ Settembru 
  • It-Tnejn

    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

    6.30 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-mitt sena mit-twaqqif tal-parroċċa ta’ Birżebbuġa.

    It-Tlieta         

    2.30 p.m.         L-Arċisqof iħalla Malta għal żjara privata fl-Iskozja.

    L-Erbgħa

    Il-Ħamis

    Il-Ġimgħa

    Is-Sibt

    Il-Ħadd

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 18 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 18 ta’ Settembru
  • Luqa 7, 31-35

     “Ma’ min, mela, se nxebbahhom in-nies ta’ dan iż-żmien? Lil min jixbhu? Jixbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazza, jgħajjtu lil xulxin u jgħidu, ‘Daqqejnielkom il-flawt u ma żfintux, għannejnielkom għanja ta’ niket u ma ħabbattux fuq sidirkom!’ Għax tassew, ġie Ġwanni l-Battista, la jiekol ħobż u lanqas jixrob inbid, u intom tgħidu li ‘għandu fih xitan’…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 7 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 7 ta’ Settembru

  • Luqa 6,1-5

    Ġara li darba s-Sibt kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u  d-dixxipli tiegħu bdew jaqtgħu s-sbul, ifarrkuh b’idejhom u jikluh. Xi wħud mill-Fariżej qalulhom: “Dan kif qegħdin tagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?”  Qabeż Ġesù u weġibhom: “Anqas dan ma qrajtu, x’għamel David meta ħadu l-ġuħ, huwa u dawk li kienu miegħu?  Ma qrajtux kif daħal fid-dar ta’ Alla u ħa l-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, u kiel minnu hu u ta lil dawk li kienu miegħu? …

  • Kompli aqra »

Church Authorities in adherence to agreements reached with the Malta Union of Teachers

  • Church Authorities in adherence to agreements reached with the Malta Union of Teachers
  • The Secretariat for Catholic Education would like to clarify that the Collective Agreement to which the Church Authorities and the Malta Union of Teachers are parties, whilst providing for the right of appeal in the process for the Selection of Heads of Schools, does not contemplate such right of appeal in calls for other posts.  The fact that the Collective Agreement does not contemplate this right of appeal is not the result of any unilateral action on the part of the Church Authorities; it is the result of an agreement freely entered into between the Church Authorities and the Malta Union of Teachers…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 6 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 6 ta’ Settembru

  • Luqa 5, 33-39

    Id-dixxipli tiegħu qalulu: “Id-dixxipli ta’ Ġwanni sikwit isumu u joqogħdu jitolbu, u dawk tal-Fariżej ukoll, imma tiegħek jieklu u jixorbu!” U Ġesù qalilhom: “Jaqaw tistgħu ġġagħlu lill-ħbieb ta’ l-għarus isumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? …

  • Kompli aqra »