Arkivji mensili: Settembru 2013

Il-Vanġelu tal-jum – 15 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 15 ta’ Settembru
  • L-24 Ħadd ta’ matul is-Sena

    Luke 15,1-32

    Il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!” U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: “Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? …

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 14 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 14 ta’ Settembru
  • L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes

    John 3,13-17

    Ħadd ma tela’ s-sema ħlief Bin il-bniedem, li niżel mis-sema. U kif Mosè rafa’ s-serp  fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem, biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem…

  • Kompli aqra »

Omelija tal-E.T. Mons. Charles J. Scicluna fil-Grotta ta’ Lourdes

  • Omelija ta’ Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Awżiljarju, fil-Grotta ta’ Lourdes
  • 1 ta’ Settembru

    Il-Mulej, illum jgħallimna lezzjoni iebsa, dik li hemm bżonn tagħżel il-post tal-aħħar.  L-istint tagħna hu li nagħżlu l-post l-aktar importanti, il-post it-tajjeb, l-aħjar post.  Il-Mulej Ġesu jgħallimna li mhux diżunur li tagħżel l-aħħar post, imma sempliċiment li tiftaħ qalbek u tkun ta’ servizz lil ħaddieħor…

  • Kompli aqra »

Provinċjal ġdid għad-Dumnikani

  • Provinċjal ġdid għad-Dumnikani
  • P. Frans Micallef O.P. ġie magħżul bħala l-Provinċjal tal-Patrijiet Dumnikani Maltin waqt is-47 Kapitlu Provinċjali tal-Provinċja Dumnikana Maltija  li qed isir fil-kunvent tad-Dumnikani ġewwa l-Gwardamangia.

    P. Frans Micallef O.P. twieled ir-Rabat fl-1948 u ħa l-edukazzjoni tiegħu is-Seminarju u fil-Kulleġġ Filosofiku Teoloġiku San Tumas D’Akwinu . F’Settembru tal-1965 huwa għamel il-Professjoni Reliġjuza u ġie ordnat saċerdot f’Marzu tal-1971…

  • Kompli aqra »

Stedina għall-Assemblea Djoċesana 2013

  • Stedina għall-Assemblea Djoċesana 2013
  • Din hija stedina minn Mons. Arċisqof għall-Assemblea Djoċesana.

    Din ser issir nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru bejn is-6.00 u 9.00 ta’ filgħaxija, u s-Sibt 5 t’ Ottubru bejn id-9.00 ta’ filgħodu u nofsinhar.

    Post: ĊAK (Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni), Birkirkara

    Is-suġġetti għall-Assemblea ta’ din is-sena huma:

    Il-Ġimgħa: Preżentazzjoni ta’ rapport minn task force tal-Kummissjoni Djoċesana Familja – Riflessjoni Pastorali dwar Żwieġ u Familja…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 12 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 12 ta’ Settembru
  • Luqa 6,27-38

    “Imma lilkom, li qegħdin tisimgħuni, ngħidilkom: “Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom. Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda, dawwarlu wiċċek ħalli jagħtik fuq in-naħa   l-oħra; min jeħodlok il-mantar, anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu. Agħti lil kull min jitolbok; u min jeħodlok xi ħaġa tiegħek, titlobhilux lura…

  • Kompli aqra »

Professjoni Reliġjuża ta’ żewġ Sorijiet fl-Ordni Agostinjan

  • Professjoni Reliġjuża ta’ żewġ Sorijiet fl-Ordni Agostinjan
  • Nhar il-Ħadd 8 ta’ Settembru 2013, saret il-Professjoni Perpetwa ta’ Sr. Rosanne u Sr. Sandra fl-Ordni tas’ Sorijiet Agostinjani, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar. Mexxa din iċ-ċelebrazzjoni L-Eċċellenza Tiegħu Mons. Pawlu Cremona O.P. fil-prezenza tal-Madre Ġenerali Sr. Tessie Bezzina OSA. Nawgurawlhom u nitolbu għalihom.

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 11 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 11 ta’ Settembru
  • Luqa 6,20-26

    Ġesù rafa’ għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u qal: Ħenjin intom il-foqra, għax tagħkom hija s-Saltna t’Alla. Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, għax għad tkunu mxebbgħin. Ħenjin intom li għalissa tibku, għax għad tithennew. Henjin intom meta minħabba Bin il-bniedem in-nies jobogħdukom, jaqtgħukom minn magħhom, jgħajjrukom u jwarrbu isimkom bħallikieku kien xi ħaġa ħażina…

  • Kompli aqra »

Abbatini Maltin fil-Vatikan

  • Abbatini Maltin fil-Vatikan
  • This was the first  group (of two) of Altar boys (25 in all from various parishes in Malta and Gozo) that went to the Vatican this year. They left Malta on the 9th of August and came back on the 23rd of August. These boys had the daily duty to serve for masses at St. Peter’s Basilica…

  • Kompli aqra »