Arkivji mensili: Diċembru 2013

Festa ta’ Ġenerożità

  • Festa ta’ Ġenerożità
  • Fl-1 ta’ Jannar 2014 mid-disa’ ta’ filgħodu ‘l quddiem se ssir maratona ta’ ġbir ta’ fondi b’risq id-Dar tal-Providenza. Jipparteċipaw diversi talenti lokali. Il-Maratona tiġi mxandra fuq l-istazzjonijiet lokali tat-televiżżjoni.

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 22 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 22 ta’ Dicembru
  • Ir-Raba’  Ħadd tal-Avvent
    Mattew 2,13-15.19-23

    It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu. Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies. Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: “Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu  s-Santu…

  • Kompli aqra »

Funzjonijiet tal-Milied fil-Katidral tal-Imdina 2013/2014

  • Funzjonijiet tal-Milied fil-Katidral tal-Imdina 2013/2014

  • Lejlet  il-Milied – It-Tlieta  24  ta’  Diċembru         
    05.00pm              L-ewwel Għasar  kantat.
    06.00pm              Quddiesa tal-ħin.
    10.00pm              Qrar.
    11.00pm              Kant ta’ Għanjiet tal-Milied u Prietka tat-tifel.
    11.30pm              Traslazzjoni ta’ Ġesù Bambin, Uffiċċju tal-Qari kantat u Konċelebrazzjoni Pontifikali presjeduta minn Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona O.P…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 21 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 21 ta’ Dicembru
  • Luqa 1, 39-45

    F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost  in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? …

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof u l-Isqof Awżiljarju fi Żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena

  • L-Arċisqof u l-Isqof Awżiljarju fi Żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena
  • Il-funzjonijiet reliġjużi li ser imexxu l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni tal-Milied jibdew fil-Lejl tal-Milied. It-Tlieta 24 ta’ Diċembru, l-Arċisqof Cremona jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali Konċelebrata fil-Katidral, l-Imdina. Il-funzjoni tibda fil-11.00 p.m. b’kant ta’ għanjiet tal-Milied u l-prietka tat-tifel. Fil-11.30 a.m. tibda translazzjoni ta’ Ġesù Bambin li tkompli biċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa…
  • Kompli aqra »

Knisja li tisma’ mingħand in-nies

  • Knisja li tisma’ mingħand in-nies

  • F’dawn il-jiem qed jintbagħat fid-djar kollha ta’ Malta u Għawdex il-‘Kwestjonarju għas-Sinodu tal-Isqfijiet’, biex jitqassam fost l-Insara skont ix-xewqa tal-Papa Franġisku. Dan il-kwestjonarju dwar il-familja qed isir biex tinġabar l-informazzjoni bi tħejjija għas-Sinodu Straordinarju tal-Isqfijiet fl-2014…

  • Kompli aqra »

It-twelid ta’ Ġesù mhux ħrafa

  • It-twelid ta’ Ġesù mhux ħrafa

  • Vatican City
    20 December 2013

    “There is no play without You” is the slogan adopted by the children of Italian Catholic Action, who met with the Holy Father this morning in the Consistory Hall of the Vatican Apostolic Palace…

  • Kompli aqra »

Party għal Familji fil-Bżonn organizzat minn RTK4Charity

  • Party għal Familji fil-Bżonn organizzat minn RTK4Charity
  • Il-Kampnja ta’ RTK4Charity b’risq Familji fil-bżonn tilħaq il-qofol tagħha bejn il-Ħamis u l-Ħadd 22 ta’ Dicembru.  Nhar il-Ħadd 22 ta’ Diċembru 2013, fl-Awditorju tas-Seminarju, madwar 250 tifel u tifla minn Familji fil-Bzonn jiltaqgħu għal party organizzat minn Radju RTK u li fih Father Christmas iqassmilhom ir-rigali.  Mons Arcisqof Cremona u l-Isqof Awziljarju Mons Scicluna mistennija jzuru lil dawn it-tfal.  Il-party jibda fid-9.30am…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 20 ta’ Dicembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 20 ta’ Dicembru
  • Luqa 1, 26-38

    Fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jilqa’ lit-tim tal-futbol tiegħu

  • Il-Papa jilqa’ lit-tim tal-futbol tiegħu
  • Vatican City, 18 December 2013

    Among the participants in today’s general audience there was a delegation from the Buenos Aires football team “San Lorenzo de Almagro”, of whom Archbishop Bergoglio was an official supporter, the holder of card no. 88235N-0, and who won this year’s league championship in Argentina, a trophy they have not held since 2007…

  • Kompli aqra »