Yearly Archives: 2013

Il-Vanġelu tal-24 ta’ Jannar

Mark 3,7-12

Ġesù telaq flimkien mad-dixxipli tiegħu għan-naħa tal-baħar, u kotra kbira mill-Galilija marret warajh; u mil-Lhudija, minn Ġerusalemm, mill-Idumija, min-naħa l-oħra tal-Ġordan, u mill-inħawi ta’ Tir u Sidon, kotra kbira ta’ nies, li semgħu b’kull ma kien għamel, marru ħdejh. Hu qal lid-dixxipli tiegħu biex iżommulu dgħajsa mħejjija fil-qrib minħabba l-kotra, biex ma jagħfsux fuqu; għax billi kien fejjaq ħafna nies dawk kollha li kellhom xi mard kienu jrossu fuqu biex imissuh… Kompli aqra »

Udjenza: Li tmur kontra l-kurrent

Pope Benedict XVI gives a blessing during his Wednesday general audience in Paul VI's Hall at the Vatican

Il-Papa Benedittu XVI tratta l-professjoni tal-fidi fl-udjenza ġenerali ta’ din il-ġimgħa permezz ta’ riflessjoni dwar kif Abraham, missier ta’ dawk kollha li jemmnu, jgħallem lill-insara sabiex fis-soċjeta, fejn Alla sar assenti, imorru kontra l-kurrent.

Meta kien qed jindirizza lil dawk preżenti li imlew l-awla Pawlu VI minkejja l-maltemp f’Ruma l-Erbgħa filgħodu, il-Papa qal li “il-fidi tagħmel lilna pellegrini fuq din l-art, parti mid-dinja u mill-istorja, fi triqitna lejn postna fis-sema… Kompli aqra »

30 sena ta’ KDŻ

Il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ qiegħda tiċċelebra 30 sena mit-twaqqif tagħha, f’Jannar 1983. KDŻ hija l-organu uffiċjali fi ħdan il-knisja responsabbli għall-qadi taż-żgħażagħ f’Malta.

Matul is-snin, il-Kummissjoni nisslet xerjiet u perspettivi ġodda fis-servizzi għaż-żgħażagħ. Fost l-aktar inizjattivi li jibqgħu mfakkra nsibu l-edizzjonijiet ta’ Festażgħażagħ, il-pubblikazzjoni ta-s-serje Djarju Ħabib, il-kampanja edukattiva Lejn Ħajja Sesswali Isbaħ, il-laqgħa ta’ Papa Benedittu miż-żgħażagħ fuq il-Valletta Waterfront u il-Konkorsi ta’ Mu’ika tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-23 ta’ Jannar

Mark 3,1-6

Raġa’ daħal fis-sinagoga, u kien hemm raġel li kellu idu niexfa. U qagħdu jgħassulu jekk ifejjqux f’jum is-Sibt, biex ikollhom fuqiex jixluh.  Imma hu qal lir-raġel li kellu idu niexfa: “Qum, ejja fin-nofs.” Mbagħad staqsa lilhom: “X’jiswa li tagħmel nhar ta’ Sibt, ġid jew deni? Issalva ħajja jew toqtolha?” Iżda huma baqgħu siekta… Kompli aqra »

Il-Papa jagħżel lill-Kardinal Ravasi biex imexxi l-irtir annwali tiegħi tar-Randan

Il-Papa Benedittu XVI talab lill-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Kultura, il-Kardinal Gianfranco Ravasi, sabiex ikun hu li jmexxilu l-irtir tar-Randan bejn is-17 u t-23 ta’ Frar. Il-gazzetta tal-Vatikan L’Osservatore Romano, irrappurtat li l-kardinal se jkun qed jiffoka fuq l-arti tat-talb u l-fidi – ‘Ars orandi, ars credendi’, b’attenzjoni partikolari fuq il-wiċċ divin u l-wiċċ uman fit-talb tas-salmi. Il-Papa Benedittu u uffiċjali għolja mill-Kurja ta’ Ruma normalment jissospendu l-iskeda normali tagħhom mill-ewwel Ħadd tar-Randan wara nofsinhar, sas-Sibt ta’ wara filgħodu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-10 ta’ Frar

5th Sunday in Ordinary Time

Luke 5,1-11

Now it happened that he was standing one day by the Lake of Gennesaret, with the crowd pressing round him listening to the word of God, when he caught sight of two boats at the water’s edge. The fishermen had got out of them and were washing their nets. He got into one of the boats — it was Simon’s — and asked him to put out a little from the shore… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof f’għeluq is-sitt anniversarju tal-Ordinazzjoni Episkopali tiegħu

Konkatidral ta’ S. Ġwann

20 ta’ Jannar 2013

Ħuti l-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lil Mons. Scicluna għal dawk il-kliem sbieħ li qalilna biex jintroduċina għal din il-quddiesa. U llum nixtieq ukoll nirringrazzja lil-komunita’ Nisranija talli talbet għalija f’mument fejn iddgħajjift. Jiena dak iż-żmien kont għamilt patt mal-Mulej. Għidtlu: Mulej, jekk inti kuntent bis-sitt snin li għamilt, tagħtiniex saħħa, nerġa’ mmur lura l-kunvent, imma jekk tridni li jiena nkompli, tini s-saħħa… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof għall-koppji li żżewġu fl-2012

Konkatidral ta’ San Ġwann

19 ta’ Jannar 2013

Sabiħa l-esperjenza li tatna l-koppja li għada kemm iżżewġet. Hi sabiħa għaliex jiena ma nistax nagħtikom l-esperjenza tiegħi taż-żwieġ għax il-Mulej qalli biex noffrilu ż-żwieġ fejn tifforma familja biex il-miżżewġin kollha jkunu ħbieb tiegħi w uliedi u nifraħ biż-żwiġijiet ta’ l-oħrajn, mhux biż-żwieġ tiegħi.

Jiena nixtieq li nibda din ir-riflessjoni tiegħi billi ngħidilkom kemm huwa importanti għalina l-insara ż-żwieġ fil-kuntest kollu tal-Knisja… Kompli aqra »

Isqfijiet jitolbu lill-Kenja sabiex twaqqaf il-vjolenza etnika fir-reġjun tax-xmara Tana

Tana attacks

Isqfijiet Kenjani talbu lill-mexxejja tal-Gvern sabiex iwaqqfu l-vjolenza etnika fir-reġjun tal-kosta qrib ix-xmara Tana fil-pajjiż, fejn ġlied ħalla mijiet mejtin u mitlufa fl-aħħar ħames xhur. “Tfal żgħar fi triqithom għall-iskola inqatlu bil-basktijiet wara darhom, u l-anzjani li ma kinux abbli jaħarbu lejn postijiet siguri, spiċċaw inħarqu fi djarhom stess mill-ġirien tagħhom li għexu spalla ma’ spalla magħhom għal snin twal”, qalu l-isqfijiet fi stqarrija iffirmata mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni Episkopali għall-Ġustizzja u Paċi, u kapijiet tad-djoċesijiet mal-kosta… Kompli aqra »