Yearly Archives: 2013

Il-Vanġelu tal-jum – 20 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 20 ta’ Settembru
  • Luqa 8,1-3

    Wara dan huwa qagħad idur l-ibliet u r-rħula, jippriedka u jxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta’ Alla. Kellu miegħu t-Tnax u xi nisa li kien fejjaqhom mill-ispirti ħżiena u mill-mard: Marija, li kienu jgħidulha ta’ Magdala, li minnha kienu ħarġu seba’ xjaten, Ġwanna, mart Ħuża, prokuratur ta’ Erodi, Susanna, u ħafna oħrajn, li kienu jaqduhom minn ġidhom…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ l-għalliema u LSAs ġodda fl-iskejjel tal-Knisja

  • L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ l-għalliema u LSAs ġodda fl-iskejjel tal-Knisja
  • Nhar l-Erbgha 18 ta’ Settembru, l-Arcisqof Pawlu Cremona O.P. ltaqa’ ma’ l-ghalliema u LSAs li ser jibdew jahdmu fi skola tal-Knisja fis-sena akkademika li tibda dan ix-xahar.

    L-Arcisqof, fil-prezenza ta’ Dr Rose Anne Cuschieri, Direttur ghas-Servizzi fl-Edukazzjoni fis-Segretarjat ghall-Edukazzjoni Nisranija, rringrazzja lill-edukaturi kollha ghar-responsabilità li qed jiehdu. Huwa enfasizza li l-edukaturi fl-iskejjel tal-Knisja jridu jwasslu t-taghlim ta’ Kristu u ghalhekk ir-responsabilità taghhom tizdied. Stqarr li l-mira tal-edukaturi trid tkun li jghinu u jappoggjaw lill-istudenti billi juruhom imhabba, ikollhom pacenzja u joffru appogg…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 19 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 19 ta’ Settembru
  • Luqa 7, 36-50

    Wieħed mill-Fariżej stieden lil Ġesù biex jiekol miegħu; Ġesù daħal għand il-Fariżew u qagħad għall-ikel. Issa fil-belt kien hemm midinba magħrufa. Din saret taf li kien qiegħed għall-ikel fid-dar tal-Fariżew; ġiebet vażett ta’ l-alabastru biż-żejt ifuħ; u marret qagħdet warajh ħdejn riġlejh, tibki u xxarrablu riġlejh bi dmugħha u tixxuttahomlu b’xuxitha; mbagħad bisitlu riġlejh u dilkithomlu biż-żejt ifuħ…

  • Kompli aqra »

Riddick

  • Riddick
  • Direttur:        David Twohy

    Atturi:            Vin Diesel, Jordi Molla, Matt Nable, Katee Sackhoff

    Ħin:                119 minuti

    Klassifika taċ-Ċensura: 15

    Klassifika tal-Knisja: 18

    Riddick, ħabsi minħabba qtil, iwassluh fuq pjaneta b’ambjent ostili ħafna u deżert, infestatha b’annimali li jieklu lil kull min isibu. Kienu tawh x’jifhem li kien se jiġi meħud lura lejn id-dinja tiegħu, iżda hemmhekk dawk li jkunu miegħu jippruvaw joqtluh u meta jaħsbu li jkun miet jitilqgħu u jħalluh hemm…

  • Kompli aqra »

Kick – Ass 2

  • Kick – Ass 2
  • ***

    Direttur:          Jeff  Wedlow

    Atturi:              Aaron Taylor-Johnson, Christopher Mintz-Plasse, Chloe Grace Moretz, Jim Carey, Clark Duke, Olga Kurkulina, Lindy Booth u Morris Chestnut

    Ħin tal-film:    103 min.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:     15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:           18       

    Dave Lizewski  jispira ruħhu  minn ċitadini ordinarji biex isir wieħed  mis-“Super Heroes”…

  • Kompli aqra »

2 Guns

  • 2 Guns
  • Direttur:          Baltasar Kormakur

    Atturi:              Denzel Washington, Mark Wahlberg, Paula Patton, Bill Paxton, Fred Ward, James Marsden u Edward James Olmos

    Ħin tal-film:    109 min.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       18

    Robert Trench u Michael Stigman, it-tnejn li huma kriminali, jiġu arrestati mid-Dwana Amerikana  wara li t-tnejn kellhom laqgħa mal-baruni tad-droga Papi Greco ġewwa Messico…

  • Kompli aqra »

Stuck in Love

  • Stuck in Love
  • ****

    Direttur:          Josh Boone

    Atturi:              Jennifer Connelly, Graig Kinnear, Lily Collins, Logan Lerman, Kristen Bell, Liana Liberato u Nat Wolff

    Ħin tal-film:    97 min.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       15

    In-novelist Bill Borgens, f’dawn l-aħħar tliet snin qiegħed jiġi wiċċ imbwiċċ mal-fatt li martu Erica ħallietu għal raġel ieħor…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Professjoni Perpetwa ta’ Żewġ Sorijiet Agostinjani

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Professjoni Perpetwa ta’  Żewġ Sorijiet Agostinjani
  • Parroċċa ta’ S. Pawl il-Baħar

    8 ta’ Settembru 2013

    Ħuti, diġa fil-bidu għamilna riflessjoni li llum iktar minn dak li jidher, irridu nagħtu każ ta’ dak li ma jidhirx, jiġifieri l-wegħda li se jagħmlu Sr Rosanne u Sr Sandra li huma jingħataw lil Alla l-Imbierek…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ Settembru

  • Il-Vanġelu tal-jum – 17 ta’ Settembru
  • Luqa 7, 11-17

    Wara dan imbagħad mar f’belt jisimha Najn, u marru miegħu d-dixxipli tiegħu u kotra kbira ta’ nies.  Kif wasal qrib il-bieb  tal-belt, kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu; u magħha kien hemm għadd ġmielu ta’ nies mill-belt. Kif raha l-Mulej tħassarha.”Tibkix” qalilha.  Resaq, u mess it-tebut…

  • Kompli aqra »