Yearly Archives: 2013

Fond għall-Youth Ministry 2013

  • Fond għall-Youth Ministry 2013
  • Il-Knisja f’Malta tinvesti bis-sħiħ fiż-żgħażagħ. Permezz tal-KDŻ, id-Djoċesi ta’ Malta waqqfet fond ta’ €3,000 biex jappoġġja inizjattivi ta’ formazzjoni għal dawk li jservu liż-żgħażagħ. Komunitajiet, movimenti u gruppi ta’ mexxejja jistgħu japplikaw għal għotjiet ta’ massimu ta’ €500 għal proġetti ta’ formazzjoni personali.

    Il-Fond għall-Youth Ministry jimxi skont il-viżjoni maħruġa fil-Mappa Formattiva għall-Pastorali maż-Żgħażagħ f’Malta…

  • Kompli aqra »

Il-Kwadru tal-Madonna ta’ Pompej f’Malta

  • Il-Kwadru tal-Madonna ta’ Pompej f’Malta
  • Il-Kwadru tal-Madonna ta’ Pompei, meqjum fis-santwarju tagħha f’Pompei Napli, jdur numru ta’ bliet u rħula madwar l-Italja u anke madwar id-dinja. Fuq inizjattiva tal-parroċċa ta’ Marsaxlokk dan il-kwadru se jinġieb Malta bejn it-22 u d-29 ta’ Settembru 2013. Se jżur diversi postijiet fosthom Għawdex, il-Belt Valletta u r-raħal pittoresk ta’ Marsaxlokk. L-għan ewlieni ta’ din iż-żjara hu li titqajjem mill-ġdid fil-poplu tagħna d-devozzjoni lejn t-talb tar-rużarju…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 26 t’Awwissu

  • Il-Vanġelu tal-jum: 26 t’Awwissu
  • Mattew 23, 13-22

    “Ħażin għalikom intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tagħlqu s-Saltna tas-Smewwiet għall-bnedmin, u la intom ma tidħlu fiha u lanqas tħallu lil ħaddieħor li jkun irid jidħol! “Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom taqsmu l-ibħra u dduru d-dinja kollha biex iddawwru bniedem għar-reliġjon tagħkom, u meta tiġbduh għal magħkom tagħmluh bniedem ħaqqu l-infern darbtejn aktar minnkom! …

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 25 t’Awwissu

  • Il-Vanġelu tal-jum: 25 t’Awwissu
  • Il-21 Hadd ta’ Matul is-Sena

    Luqa 13, 22-30

    Huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, għadda jgħallem f’xi bliet u rħula.  U kien hemm wieħed qallu: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?” U huwa weġibhom: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb  id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 24 t’Awwissu

  • Il-Vanġelu tal-jum: 24 t’Awwissu
  • Ġwann 1,45-51

    Filippu sab lil Natanjel u qallu: “Sibna lil dak li fuqu kitbu Mosè fil-Liġi, u l-profeti fil-kotba tagħhom: Ġesù minn Nazaret, bin Ġużeppi.” Qallu Natanjel: “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?” “Ejja u ara,” wieġbu Filippu. Meta Ġesù ra lil Natanjel riesaq lejh qal għalih: “Ara, dan tassew wieħed minn Iżrael li jixraqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanjel staqsieh: “Kif sirt tafni?” U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma sejjaħlek Filippu.” “Rabbi,” qallu Natanjel, “int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Iżrael!” Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għedtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? …

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 23 t’Awissu

  • Il-Vanġelu tal-jum: 23 t’Awissu
  • Mattew 22, 34-40

    Il-Fariżej, meta semgħu kif lis-Sadduċej kien saddilhom ħalqhom, nġabru madwaru, u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din il-mistoqsija biex iġarrbu: “Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?” Qallu Ġesù: “Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu.’ Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed. U it-tieni jixbhu: ‘Ħobb lil għajrek bħalek innifsek.’ Dawn iż-żewġ kmandamenti huma l-qofol tal-Liġi kollha u tal-Profeti.”

    Il-Qaddis tal-jum: Santa Rosa ta’ Lima

  • Kompli aqra »

Il-Papa mistenni jħabbar d-data tal-kanonizzazzjoni ta’ Roncalli u Wojtyla fit-30 ta’ Settembru

  • Il-Papa mistenni jħabbar d-data tal-kanonizzazzjoni ta’ Roncalli u Wojtyla fit-30 ta’ Settembru
  • “On September 30th, the Pope will hold consistory and on this occasion he will announce the date of canonizations.” It is with these words that Cardinal Angelo Amato, prefect of the Congregation for the Causes of Saints responded to reporters who asked him when was the planned canonizations of John Paul II and John XXIII…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Charles J. Scicluna fuq Twitter – @BishopScicluna

  • L-Isqof Charles J. Scicluna fuq Twitter – @BishopScicluna
  • L-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna jinsab preżenti fuq in-network soċjali Twitter. It-Twitter handle (username) ta’ Mons. Scicluna huwa @BishopScicluna. Fil-blog tiegħu fuq in-news portal Newsbook.com.mt, l-Isqof Charles J. Scicluna qal li kienet l-esperjenza tiegħu fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Rio de Janeiro, il-Brażil, li wasslitu li jiddeċiedi li jkun preżenti fuq network tal-midja soċjali…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Mario Grech President tal-Konferenza Episkopali Maltija

  • L-Isqof Mario Grech President tal-Konferenza Episkopali Maltija
  • F’laqgħa li saret dalgħodu fin-Nunzjatura Appostolika, ir-Rabat, ġie deċiż li Monsinjur Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, ser ikun il-President tal-Konferenza Episkopali Maltija għat-tliet snin li ġejjin. Għal dawn l-aħħar sitt snin, il-President tal-Konferenza Episkopali kien Monsinjur Pawlu Cremona O.P., Arċisqof ta’ Malta.

    Il-Konferenza Episkopali hija l-ogħla organu tal-Provinċja Ekkleżjastika Maltija (Malta u Għawdex), u hija ffurmata minn:

    Mons…

  • Kompli aqra »