Yearly Archives: 2013

THE LONE RANGER     

  • THE LONE RANGER     
  • ***

    Direttur:        Gore Verbinski

    Atturi:            Armie Hammer, Johnny Depp, William Fichtner, Ruth Wilson

    Ħin:                149 minuti

    Klassifika taċ-Ċensura: 12A

    Klassifika tal-Knisja: 12

    Meta John Reid imur ma’ grupp ta’ nies, immexxija mix-Sheriff, biex jaqbdu l-briganti li jkunu serqu train u għamlu massakru, li l-perċimes tagħhom ikun Butch Cavendish,  isibu ruħhom f’imbuskata…

  • Kompli aqra »

ARBITRAGE

  • ARBITRAGE                 
  • ***

    Direttur:          Nicholas Jarecki

    Atturi:              Richard Gere, Susan Sarandon, Tim Roth, Brit Marling, Laetitia Casta u Nate Parker

    Ħin tal-film:    100 min.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       15

    Robert Miller, ras kbira fid-dinja finanzjarja, jmexxi flimkien mat-tifla tiegħu Brooke, kumpanija li issa, li wasal għas-sittin sena, ddeċieda li jbiegħ il-kumpanija bi profit kbir…

  • Kompli aqra »

RED 2                  

  • RED 2                  
  •  ****

    Direttur:          Dean Parisot

    Atturi:              Bruce Willis, John Malkovich, Mary-Louise Parker, Catherine Zeta-Jones, Byung-hun Lee, Anthony Hopkins u Helen Mirren

    Ħin tal-film:    116 min.

    KLASSIFIKA  TAĊ-ĊENSURA:                12A

    KLASSIFIKA  TAL-KNISJA:                      15

    Frank Moses qiegħed jagħmel ħiltu biex jgħix ħajja normali mat-tfajla tiegħu Sarah Ross…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fil-Festa ta’ Santa Marija f’Jum is-saċerdoti u r-Reliġjużi

  • Messaġġ tal-Arċisqof fil-Festa ta’ Santa Marija f’Jum is-saċerdoti u r-Reliġjużi
  • Festa ta’ S. Marija, Ħ’Attard

    4 ta’ Awwissu 2013

    Ħuti, it-tlett lezzjonijiet tal-lum ifakkruna fil-ħajja ta’ dejjem; li għalina hemm realtà oħra li rridu naslu fiha wara din id-dinja. U kellna tagħlima oħra wkoll: ma tistax int tkun tixtieq il-ħajja ta’ dejjem imbagħad l-attenzjoni tiegħek tqiegħdha biss fuq l-affarijiet materjali…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fil-pussess tal-kappillan Fr Christopher Galea

  • Messaġġ tal-Arċisqof fil-pussess tal-kappillan Fr Christopher Galea
  • Ħal-Għargħur

    8 ta’ Awwissu 2013 

    Ħuti, illum qegħdin niċċelebraw il-pussess tal-kappillan il-ġdid tagħkom, fil-parroċċa ta’ S. Bartilmew Appostlu, patrun ta’ dan ir-raħal, li l-festa tiegħu hi fl-24 ta’ dan ix-xahar t’Awwissu. Nemmen li kull patrun ta’ kull parroċċa għandu jkun sinjal li permezz tiegħu naslu għand Kristu…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 20 t’Awwissu

  • Il-Vanġelu tal-jum: 20 t’Awwissu

  • Mattew 19,23-30

    Mbagħad Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew ngħidilkom li l-għani se jsibha iebsa biex jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet! Iva, nerġa’ ngħidilkom, eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet!” Id-dixxipli stagħġbu ħafna meta semgħu dan, u qalu: “Mela min jista’ jsalva?” Ġesù ħares lejhom u qalilhom: “Għall-bnedmin dan ma jistax ikun; għal Alla kollox jista’ jkun.” Mbagħad qabeż Pietru u qallu: “Tajjeb! …

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 19 t’Awwissu

  • Il-Vanġelu tal-jum: 19 t’Awwissu
  • Mattew 19, 16-22

    Resaq wieħed fuqu u qallu: “Mgħallem, x’għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” U Ġesù qallu: “Għax tistaqsini fuq it-tajjeb? Wieħed hu t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti.” “Liema?” staqsieh dak. U Ġesù wieġbu: “La toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, weġġaħ lil missierek u ‘l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek.” Qallu ż-żagħżugħ: “Jiena dan kollu ħaristu; x’jonqosni iżjed?”  Wieġbu Ġesù: “Jekk trid tkun perfett, mur, bigħ il-ġid li għandek, agħtih lill-foqra, u jkollok teżor fis-sema ; mbagħad ejja u imxi warajja.” Iż-żagħżugħ kif sama’ dan, telaq b’qalbu sewda, għax kien għani ħafna…

  • Kompli aqra »

19 – 25 t’Awwissu

  • 19 – 25 t’Awwissu

  • It-Tnejn

    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

    It-Tlieta         

    8.45 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

    L-Erbgħa       

    Il-Ħamis         

    10.15 a.m.       L- Arċisqof isiefer fuq żjara privata…

  • Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-Kalkara

  • Kappillan ġdid għall-Kalkara

  • L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Fr Ronnie Zammit bħala kappillan tal-parroċċa ta’ San Ġużepp, il-Kalkara.

    Fr Ronnie Zammit twieled Ħ’Attard fis-9 ta’ Marzu tal-1982…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 18 t’Awwissu

  • Il-Vanġelu tal-jum: 18 t’Awwissu
  • Il-20 Hadd ta’ matul is-Sena
    Luqa 12, 49-53

    “Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad! Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x’diqa għandi sa ma dan iseħħ! Taħsbu intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja? Le, ngħidilkom, imma l-firda; għax mil-lum ‘il quddiem ħamsa minn nies f’dar waħda jkunu mifruda bejniethom, tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta; jinfirdu l-missier kontra  l-iben u l-iben kontra l-missier, l-omm kontra l-bint u l-bint kontra l-omm, omm ir-raġel kontra mart binha u mart l-iben kontra omm żewġha.”

  • Kompli aqra »