Yearly Archives: 2013

Il-Vanġelu tal-26 ta’ Mejju

Festa tat-Trinita Qaddisa

Gwann 16, 12-15

“Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom. Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’, u jħabbrilkom il-ġejjieni. Hu jagħtini glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom. Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-25 ta’ Mejju

Mark 10, 13-16

Ġibulu quddiemu xi tfal ċkejknin biex iberikhom, iżda d-dixxipli tiegħu qabdu jgħajjtu magħhom. Ġesù, meta ra hekk, inkorla u qalilhom: “Ħalluhom it-tfal żgħar jiġu għandi; iżżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna ta’ Alla. Tassew ngħidilkom, li min is-Saltna ta’ Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha.” Mbagħad ħaddanhom miegħu u qiegħed idejh fuqhom u berikhom… Kompli aqra »

Il-Papa jħeġġeġ li nitolbu hekk: ‘Mulej, jiena nemmen, għinni fejn ma nemminx’

Pope Francis praying

Waqt quddiesa f’Casa Santa Marta fil-Vatikan, il-Papa Franġisku qal li talb umli, kuraġġuż u intens jista’ verament iwassal għal miraklu. Imnebbaħ mill-vanġelu li jirrakkonta kif id-dixxipli naqsu milli jagħmlu miraklu, b’Ġesu jċanfar in-nuqqas ta’ fidi, il-Papa jfakkar fil-kliem li ‘kollox possibbli għal min għandu l-fidi’. Il-Papa jistaqsi għaliex in-nuqqas ta’ fidi u jkompli jgħid li jaħseb li dan jiġri meta wieħed ma jiftaħx qalbu u meta qalb il-bniedem tkun trid il-kontroll ta’ kollox u allura ma tkunx tista’ tagħti lil Ġesu dak il-kontroll… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-24 ta’ Mejju

Mark 10, 1-12

Telaq minn hemmhekk u mar fl-art tal-Lhudija u ‘l hemm mill-Ġordan, u n-nies mill-ġdid inġabret madwaru; u hu, kif kienet id-drawwa tiegħu, raġa’ qabad jgħallimhom. Resqu xi Fariżej lejh, u biex iġarrbuh staqsewh jekk raġel jistax jitlaq lil martu. Weġibhom u qal: “X’ordnalkom Mosè?” Qalulu: “Mosè ta  l-permess li wieħed jagħmel il-kitba tad-divorzju, u jibgħatha… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet tal-Papa f’Mejju, Ġunju u Lulju

Pope Francis

Ħareġ il-kalendarju ta’ attivitajiet li l-Papa Franġisku se jkun qed jieħu sehem fihom matul l-aħħar jiem ta’ Mejju u matul Ġunju u Lulju.

MEJJU

23: 6pm, Professjoni ta’ Fidi mal-Isqfijiet tal-Konferenza Episkopali Taljana.

26: Solennita tat-Trinita Qaddisa: Żjara pastorali f’parroċċa fid-djoċesi ta’ Ruma, b’quddiesa fid-9.30am

30: Solennita ta’ Corpus Cristi: 7pm Quddiesa fi Piazza San Ġwann Lateran… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-20 Anniversarju tar-Richmond Foundation

Konkatidral ta’ S. Ġwann, Valletta

13 ta’ Mejju 2013

Eċċellenza, ħuti,

Aħna niġu hawn fil-Knisja, bħalma ġejna llum, biex nirringrazzjaw lil Alla għal kull għajnuna spiritwali u umana li huwa jagħtina. Imma niġu hawnhekk mhux għal din ir-raġuni biss; aħna niġu hawnhekk biex inpoġġu l-ġrajjiet tagħna taħt dawl spiritwali u nibdew nifhmuhom f’kuntest spiritwali u kristjan… Kompli aqra »