Yearly Archives: 2013

Il-ħasil tar-riġlejn sinjal tal-kura ta’ Ġesu

Pope Francis washing feet

Il-Papa Franġisku fakkar Ħamis ix-Xirka billi ċċelebra quddiesa f’ħabs minorili f’Casal dal Marmo f’Ruma. F’dan il-ħabs jinżammu mas-46 żagħżugħ u żagħżugha. Ħafna mill-priġunieri ġejjin minn pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq. Huwa ħasel ir-riġlejn ta’ 12-il detenut.

Fost it-tnax-il detenut li mhux bilfors kienu Kattoliċi kien hemm ukoll tifla ta’ 12-il sena. Kien propju l-Papa stess li talab biex ikun hemm preżenza femminili… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-29 ta’ Marzu

Il-Ġimgħa l-Kbira

Ġwanni 18:1-19:42

Kif qal dan, Ġesù ħareġ mad-dixxipli tiegħu u qasam għan-naħa l-oħra tal-Wied ta’ Kedron; hemmhekk kien hemm ġnien, u daħal fih mad-dixxipli tiegħu. Ġuda, dak li ttradih, kien jafu l-post, għax Ġesù kien sikwit jinġabar hemm mad-dixxipli tiegħu. Ġuda ħa ġemgħa suldati u xi għases mingħand  il-qassisin il-kbar u l-Fariżej, u mar bihom hemmhekk, bil-fanali, torċi u armi… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa mas-saċerdoti f’Ħamis ix-Xirka

Nhar Ħamis ix-Xirka, fit-28 ta’ Marzu 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra l-quddiesa tat-tberik taż-Żjut Imqaddsa li jintuża matul is-sena għas-sagramenti li jsiru fil-parroċċi ta’ Malta. Iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa saret fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. Flimkien mal-Arċisqof Pawlu Cremona, f’din iċ-ċelebrazzjoni jieħdu sehem saċerdoti djoċesani u reliġjużi. Is-saċerdoti preżenti għal din iċ-ċelebrazzjoni jġeddu l-wegħdiet li għamlu dakinhar tal-ordinazzjoni saċerdotali.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

L-Arċisqof jmexxi l-Via Crucis Nazzjonali


Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2013 l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa l-Via Crucis Nazzjonali li bdiet fit-8.00 p.m. It-tema kienet marbuta mas-Sena tal-Fidi.

Il-Via Crucis Nazzjonali bdiet minn ħdejn il-Monument ta’ Kristu Re fil-Furjana, għaddiet mit-toroq tal-Belt Valletta u ntemmet bil-barka Ewkaristika quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

Il-Via Crucis ġiet organizzata minn radju RTK flimkien mas-Segretarjat Pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

L-Amerika f’riskju titlef ruħha meta tinjora l-umanita tal-immigranti

Archbishop Jose Gomez

L-Arċisqof ta’ Los Angeles appella lill-Istati Uniti tal-Amerka sabiex ma tinjorax l-umanita tal-irġiel, in-nisa u t-tfal li jinsabu fil-pajjiż illegalment, għax jekk tagħmel hekk, tirriskja titlef ruħha. Mons Jose H. Gomez qal li wasal iż-żmien li l-Amerka tadotta immigrazzjoni komprensiva li tipprovdi lill-immigranti mhux dokumentati biċ-ċittadinanza. Appella wkoll lill-uffiċjali Amerikani sabiex iwaqqfu l-prattika tat-tkissir tal-familji permezz tad-deportazzjoni. Temm jappella għar-riforma tal-immigrazzjoni, fi kliemu urġentissima… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-28 ta’ Marzu

Il-Ħamis ix-Xirka

Ġwanni 13,1-15

Qabel il-festa ta’ l-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar. Kienu qegħdin għall-ikel. Ix-Xitan kien ġa webbel lil Ġuda ta’ Xmun l-Iskarjota u daħħallu f’rasu li jittradih. Ġesù kien jaf li l-Missier tah kollox f’idejh, u li hu kien ġie mingħand Alla u kien sejjer għand Alla… Kompli aqra »

Ħaddiema tal-Vatikan jingħaqdu mal-Papa għall-quddies

Pope with Vatican workers

Lebsin bl-ilbies tax-xogħol, ħaddiema tal-Vatikan, fosthom ġardinara u ħaddiema li jnaddfu u jiġbru l-iskart, ingħaqdu mal-Papa Franġisku għall-quddies ta’ filgħodu. Il-koordinatur tal-ħaddiema qal li kienet okkażjoni li ma tiġix kuljum. Wara l-quddiesa kellhom il-ħin li jitolbu privatament, bil-Papa jingħad li poġġa magħhom fl-aħħar ringiela ta’ siġġijiet fil-Kappella tad-Domus Sanctae Marthae, fejn Franġisku qed joqgħod. Kompli aqra »

Direttorju Ekkleżjastiku Ġdid

Ġie ppublikat id-direttorju tal-Knisja għas-sena 2013 b’aktar minn 530 paġna ta’ tagħrif aġġornat, bil-Malti u bl-Ingliż, dwar l-istrutturi, l-oqsma u l-entitajiet kollha tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Id-direttorju Ekkleżjastiku jinkludi tagħrif dettaljat dwar il-Kurja ta’ Malta, is-Segretarjat u l-Kummisjonijiet tal-Knisja, il-parroċċi, l-Ordnijiet Reliġjużi, l-Istituzzjonijiet, l-Għaqdiet u l-Movimenti, id-Djar tal-Anzjani u Skejjel tal-Knisja.

It-taqsima dwar il-parroċċi fiha tagħrif dwar l-għadd ta’ parruċċani u ta’ familji; Quddies matul il-ġimgħa, fil-Ħdud u l-Festi; purċissjonijiet; lista ta’ l-għaqdiet u movimenti reliġjużi rappreżentanti fil-parroċċa; in-numru ta’ Magħmudijiet, l-Ewwel Tqarbina, Griżma tal-Isqof, Żwiġijiet u Funerali tas-sena ta’ qabel f’kull parroċċa; u l-knejjes u kappelli fejn jistgħu jiġu ċċelebrati ż-żwiġijiet… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-27 ta’ Marzu

l-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa

Matthew 26,14-25

Mbagħad wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar u qalilhom: “Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f’idejkom?” U huma tawh tletin biċċa tal-fidda bħala ħlas. Minn dak il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biex jagħtihom lil Ġesù f’idejhom… Kompli aqra »

Funzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Katidral tal-Imdina

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Katisral ser jiġu mmexxija mill-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali Mons. Charles J. Scicluna. Iċ-ċelebrazzjonijiet se jsiru kif ġej:

Ħamis-ix-Xirka, 28 ta’ Marzu

.

06.30pm – Konċelebrazzjoni bil-ħasil tar-riġlejn u purċissjoni bis-Sagrament għall-Artal tar-Repożizzjoni.

08.00pm – Jibdew il-Viżti.

10.00pm – Siegħa Adorazzjoni organiżżata mill-Parroċċa.

Il-Ġimgha l-Kbira, 29 ta’ Marzu

Kompli aqra »