Yearly Archives: 2013

Il-Ġurnata taż-Żgħażagħ imfakkra f’Malta

Nhar Ħadd il-Palm, l-24 ta’ Marzu 2013, il-Knisja universali fakkret it-30 edizzjoni tal-Ġurnata taż-Żgħażagħ, li ilha ssir kull Ħadd il-Palm sa mill-1983. Id-djoċesi ta’ Malta wkoll, iċċelebrat il-fidi taż-żgħażagħ waqt quddiesa speċjali flimkien ma’ Arċisqof Pawl Cremona, ġewwa l-Kappella ta’ Santa Marija ta’ Bubaqra, ż-Żurrieq.

Mons. Cremona sellem liż-żgħażagħ u fakkarhom li l-ġrajjiet storiċi tal-passjoni u l-mewt ta’ Ġesù, kellhom fil-qalba tagħhom l-imħabba tiegħu lejn kull persuna… Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof liż-żgħażagħ f’Ħadd il-Palm

Bubaqra, Żurrieq

24 ta’ Marzu 2013

Ħuti, kif smajna, llum il-Vanġelu kien ir-rakkont tal-passjoni tal-Mulej, imma aħna qegħdin f’Ħadd il-Palm u allura rridu niftakru li f’dan il-jum Ġesù beda t-triq tal-passjoni. Tajjeb li f’din il-ġimgħa niftakru li l-protagonist huwa Ġesù, imma r-raġuni għaliex bata huwa jien u int. Jiġifieri importanti li dawn il-ġranet ma ngħixuhomx barra minna qiesna qegħdin naraw dramm, imma kull darba li nisma’ parti mill-passjoni, jien irrid ngħid: “Mulej, imma kif tħobbni daqshekk? … Kompli aqra »

Il-Papa lid-diplomatiċi: Ir-relattiviżmu morali jipperikola l-paċi

Pope Francis greets diplomats

Meta kien qed jindirizza lill-membri tal-Korp Diplomatiku tal-Vatikan f’Sala Regia fil-Palazz Appostoliku – fejn fil-passat Papiet kienu jilqgħu lill-monarki kattoliċi, il-Papa Franġisku qal li r-relattiviżmu morali “jipperikola l-koeżistenza tal-popli”. Żied li etika komuni ibbażata fuq in-natura umana hi kundizzjoni indispensabbli għall-paċi fid-dinja.

Franġisku fakkar fl-imħabba lejn il-fqar prattikata minn San Franġisk t’Assisi u lmenta li kemm il-faqar materjali kif ukoll dak spiritwali ta’ żmienna qed iferu anki lill-pajjiżi għonja… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ fil-Ħamrun

Nhar it-Tnejn 18 ta’ Marzu 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ tal-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun. Din kienet attivita’ li kienet tifforma parti mill-Viżta Pastorali fl-istess parroċċa.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Aġġornata: Via Crucis Nazzjonali

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jmexxi l-Via Crucis Nazzjonali li ser issir nhar l-Erbgħa 27 ta’ Marzu 2013, fit-8.00 p.m. It-tema se tkun marbuta mas-Sena tal-Fidi.

Il-Via Crucis Nazzjonali se tibda minn ħdejn il-Monument ta’ Kristu Re fil-Furjana, tgħaddi mit-toroq tal-Belt Valletta u tintemm quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

Il-Via Crucis hija organizzata minn radju RTK flimkien mas-Segretarjat Pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-26 ta’ Marzu

It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa

Ġwanni, 13:21-33,36-38

Wara li qal dan, Ġesù ħass ruħu jitħawwad, u stqarr bil-miftuħ: “Tassew tassew ngħidilkom li wieħed minnkom se jittradini!” Id-dixxipli qabdu jħarsu lejn xulxin, ma jafux għal min qal hekk. Wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li Ġesù kien iħobb, kien maġenbu fuq il-mejda, b’rasu ma’ sider Ġesù… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku ħerqan biex jiltaqa’ maż-żgħażagħ f’Rio

Pope Francis on Palm Sunday

Fl-ewwel quddiesa tiegħu ta’ Ħadd il-Palm il-Papa Franġisku waħħad b’mod spontanju l-omelija maċ-ċelebrazzjoni tal-ġurnata dinjija dedikata liż-żgħażagħ. Huwa appella liż-żgħażagħ sabiex iħarsu ‘l quddiem għal-laqgħa internazzjonali taż-żgħażagħ miegħu f’Rio De Janeiro fil-Brażil f’Lulju li ġej. Baqa’ jappella liż-żgħażagħ sabiex f’Rio ikunu spiritwalment preparati għax huwa tajjeb li tkun ħaġa waħda ma’ Kristu. Papa Franġisku fakkar dak li qal il-Papa Emeritu Benedittu XVI li ż-żgħażagħ huma prinċpijiet ta’ Kristu Re li huwa msallab… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-25 ta’ Marzu

It-Tnejn tal-Gimgha Mqaddsa

Ġwanni, 12, 1-11

Sitt ijiem qabel il-festa ta’ l-Għid Ġesù mar Betanja, fejn kien joqgħod Lazzru li Ġesù kien qajjem mill-imwiet. Hemmhekk għamlulu ikla; Marta bdiet isservi, waqt li Lazzru kien wieħed minn dawk li qagħdu fuq il-mejda ma’ Ġesù. [Ġw:12:3] Marija ħadet libbra fwieħa tan-nard pur, tiswa ħafna, u dilket biha riġlejn Ġesù, mbagħad ixxuttathomlu b’xagħarha; u d-dar imtliet bir-riħa tfuħ… Kompli aqra »

25-31 ta’ Marzu

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tad-Delegati tiegħu, fir-residenza ta’ Ħ’Attard.

It-Tlieta

3.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq Radju RTK .

5.15 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa bejn il-membri tal-Fakulta tat-Teoloġija u l-istaff tas-Seminarju Maġġuri fis-Seminarju, Tal-Virtu.

L-Erbgħa

10.00 a.m… Kompli aqra »